KORS GĦALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D. ġ L.S.327.79 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.79
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS GĦALL-GRAD 
TA’ DOCTOR OF LAWS - LL.D.
31 ta’ Jannar, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 9 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviżi Legali 179 ta’ l-
1997, 52 ta’ l-1998, 115 ta’ l-2000 u 37 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
il-Kors għall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Liġi;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D;
"il-kors" ifisser il-kors għall-grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 179 ta’ l-
1997;
A..L. 52 ta’ l-1998;
A.L. 115 ta’ l-
2000;
A.L. 37 ta’ l-2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad, kandidat għandu:
(a) jkun reġistrat bħala student matrikolat skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa rrekwiżiti l-oħra kollha kif hawn imniżżel
f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ko1lha mniżżlin fi statuti u
f’regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
Emendat:
A.L. 179 ta’ l-
1997;
A.L. 37 ta’ l-2002.
4. (1) Biex kandidat jirreġistra għall-kors jeħtieġ li, barra li
jissodisfa l-kondizzjonijiet kif imniżżla fir-Regolamenti għad-Dħul
ta’ l-Università , jissodisfa dawn ir-rekwiżiti speċjali għall-kors:
(a) ikun kiseb il-Grad ta’ Bachelor of Arts in Legal and
Humanistic Studies mill-inqas fil-kategorija IIB;
(b) ikun kiseb mill-inqas 54 kredtu fil-qasam tal-Liġi u
jgħaddi mill-eżamijiet finali f’dan il-qasam b’medja
ta’ mill-inqas Grad Ċ; u
(ċ) ikun għadda fl-Ingliż u fil-Malti fil-Livell Intermedju
jew ogħla:
Iżda l-istudenti li bdew l-istudji tagħhom għall-
Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola f’Ottubru 2001
ma jkunux meħtieġa jkollhom dawk il-kwalifiki.
(2) Il-Bord jista’ jirrakkomanda d-dħul ta’ applikant li mhux
ċittadin Malti u li m’għandux kwalifiki fl-Ingliż u/jew fil-Malti fil-
2 L.S.327.79 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D.
Livell Intermedju jew ogħla, sakemm ikun sodisfatt li l-applikant
huwa profiċjenti fil-lingwa Ingliża fl-livell ekwivalenti.
(3) Kandidat li hu gradwat ta’ Università , jew li għandu
kwalifiki oħra li huma meqjusa suffiċjenti, jista’ jiġi eżentat mill-
Bord tad-Dħul, bil-parir tal-Kumitat tad-Dħul tal-Fakultà , minn
kull rekwiżit speċjali għall-kors jew minn uħud minnhom.
(4) Kandidati bil-grad ta’ B.A. in Legal and Humanistic
Studies li ma jkollhomx ir-rekwiżiti neċessarji biex jirreġistraw
għall-kors skond it-termini tas-subregolament (1)(a) u (b), kif ukoll
kandidati li jkollhom grad ieħor fil-liġi barra mill-B.A. in Legal and
Humanistic Studies li jkun ikkonsidrat mill-Bord bħala ta’ livell
ekwivalenti, jistghu jitħallew mill-Bord jirreġistraw għal sena ta’
studji ta’ kwalifika li fi tmiem tagħha huma jkunu mitluba jagħmlu
eżamijiet finali fis-suġġetti tal-Liġi li jkunu studjaw matul is-sena
ta’ kwalifika. Dawn il-kandidati jsiru eliġibbli biex jidħlu fil-kors li
jwassal għall-grad ta’ Doctor of Laws jekk jgħaddu mill-eżamijiet
finali u jġibu medja ta’ Grad Ċ f’dawn l-eżamijiet.
L-istruttura tal-
kors.
5. (1) Il-programm ta’ studju jinfirex fuq tliet snin u jkun
maqsum f’żewġ partijiet: l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti.
(2) Il-Bord jista’ jeħtieġ li l-kandidati jirreġistraw qabel kull
sena tal-kors f’dawk it-taqsimiet studju indikati minnhom.
(3) Il-Bord għandu jfassal skeda ta’ taqsimiet studju u l-kredti
assenjati lil kull waħda. Il-Bord jista’ jemenda din l-iskeda minn
żmien għall-ieħor, kif jifhem li għandu jsir, bil-kondizzjoni li dan
isir qabel il-bidu tas-sena akkademika.
(4) Il-Bord jista’ jeżenta kandidat mill-ħtieġa li jikseb kredtu
jekk hu jkun kiseb minn l-Università , jew minn istituzzjoni
magħrufa mis-Senat għal dan il-għan, kwalifika li l-istudju għaliha,
fil-fehma tal-Bord, ikun ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għall-
istudju meħtieġ tal-kredtu li jkun.
L-Ewwel Parti. 6. (1) L-Ewwel Parti għandha tinfirex fuq l-ewwel erba’
semestri tal-kors. Biex itemm l-Ewwel Parti tal-kors, kandidat irid
jikseb minimu ta’ 55 kredtu, li minnhom mill-inqas 27 iridu jkunu
ttieħdu fl-ewwel żewġ semestri.
(2) Kandidat li ma jiksibx in-numru minimu tal-kredti fl-
ewwel żewġ semestri ma jitħalliex ikompli s-semestru li jkun imiss.
(3) Kandidat li jikseb in-numru minimu ta’ kredti skond is-
subregolament (1) għandu jitħalla joqgħod għall-eżamijiet finali
fit-tmiem ta’ l-Ewwel Parti.
(4) Kandidat li ma jiksibx in-numru meħtieġ ta’ kredti jew li
jeħel fl-eżamijiet finali ma jitħalliex ikompli t-Tieni Parti tal-kors,
bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 12.
It-Tieni Parti. 7. It-Tieni Parti tikkonsisti minn taqsimiet studju li għalihom
mhux anqas minn 10 kredti jkunu assenjati flimkien mas-
sottomissjoni ta’ teżi u eżami orali finali fuq is-suġġett tagħha iżda
l-ebda kandidat ma jista’ jissottometti t-teżi tiegħu lill-Bord qabel
ma jkun approvat fl-eżamijiet finali fi tmiem l-Ewwel Parti tal-
kors.
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D. ġ L.S.327.79 3
Progress.
mill-oghla sa l-inqas mertu: A, B, C, D u F, fejn F turi li Weħel.
(2) Kandidat li ma jirnexxilux jikseb kredtu għal taqsima
studju għandu jitħalla jagħmel riparatorju wieħed biss. Fir-
rivalutazzjoni l-istudent għandu jingħata l-grad ta’ "D" jew "F".
L-eżamijiet finali.
Emendat:
A.L. 115 ta’ l-
2000.
9. (1) L-eżamijiet finali għandhom isiru fit-tmiem ta’ l-
Ewwel Parti tal-kors, normalment f’Ġunju, u għandhom ikunu
magħmula minn karta waħda f’kull wieħed mis-suġġetti studjati,
sakemm li, l-Bord ta’ l-Eżaminaturi għal xi karta, kull meta jidhirlu
li jkun xieraq, jista’ jeħtieġ li xi kandidat jew kandidati joqogħdu
għal eżami viva voce ukoll.
(2) Biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-eżamijiet finali, kandidat
irid jgħaddi minn kull suġġett.
(3) Kandidat li jeħel f’suġġett wieħed jew aktar għandu jitħalla
jagħmel riparatorju f’Settembru fis-suġġett jew suġġetti li jkun
weħel fihom.
(4) Il-marka jew grad miksuba f’eżami supplimentari tkun il-
minima, jew Weħel.
(5) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu joħroġ avviż li jsejjaħ
lill-istudenti għall-eżami viva voce mill-inqas tliet ijiem qabel l-
eżami viva voce.
It-teżi.
Emendat:
A.L. 52 ta’ l-1998.
10. (1) Is-suġġett tat-teżi msemmija fir-regolament 7 għandu
jkun sottomess mill-kandidat għall-approvazzjoni tal-Bord f’xi
żmien wara li l-kandidat ikun daħal fil-kors iżda, ħlief għal raġuni
tajba u suffiċjenti għas-sodisfazzjoni tal-Bord, mhux aktar tard
minn tmiem ir-raba’ semestru tal-kors.
(2) Il-Bord, wara li japprova s-suġġett tat-teżi, għandu jaħtar:
(a) tutur li jmexxi u jissorvelja x-xogħol tal-kandidat; u
(b) Bord ta’ l-Eżaminaturi magħmul minn tliet persuni
biex jeżaminaw it-teżi.
(3) Kandidat jista’ jissottometti t-teżi tiegħu għall-
approvazzjoni tal-Bord tal-Fakultà  wara li jkun temm l-Ewwel
Parti.
(4) Kandidat li, għal raġuni li titqies ġustifikata mill-Bord tal-
Fakultà , ma jissottomettix it-teżi sa tmiem is-sitt semestru tal-kors,
jista’ jissottomettiha għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Fakultà  fi
żmien sentejn wara l-aħħar sena. Dan iż-żmien ta’ sentejn jista’ jiġi
mtawwal mis-Senat għal raġuni tajba u suffiċjenti.
(5) It-teżi għandha tkun xogħol oriġinali dwar is-suġġett
approvat jew kontribut ieħor lill-għerf ta’ dan is-suġġett, u li juri li
l-kandidat għamel tiftix suffiċ jenti għal dan il-għan.
(6) It-teżi għandha tkun ippreżentata fil-format, tkun ta’ tul u
sottomessa f’għadd ta’ kopji skond kif il-Bord tal-Fakultà  jista’
jindika fid-direttivi tiegħu. Il-Bord tal-Fakultà  jista’ ukoll jitlob
lill-istudenti jissottomettu kopja tat-teżi f’format li jinqara
elettronikament miftiehem minn qabel.
(7) Il-kandidat meta jissottometti t-teżi, għandu jiffirma
dikjarazzjoni fejn jgħid li din hi x-xogħol personali tiegħu u jgħid
4 L.S.327.79 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D.
espressament jekk kinitx sottomessa qabel jew hix qiegħda tkun
sottomessa fl-istess żmien bħala kandidatura għal xi grad jew
diploma oħra. F’dan il-każ l-istudent għandu jgħid ukoll liema parti
kienet jew qiegħda tiġi hekk sottomessa u l-Bord tal-Fakultà  jkollu
l-jedd li jiddeċiedi jekk jaċċettax din it-teżi jew le.
(8) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu, fi żmien li jista’ jiġi
determinat mill-Bord tal-Fakultà , jissottometti rapport lill-Bord tal-
Fakultà  dwar il-merti tat-teżi u dwar jekk tissodisfax ir-rekwiżiti
tas-subregolament (5).
(9) Jekk ir-rapport tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi jkun favorevoli,
il-kandidat ikun mistenni jagħmel eżami orali finali quddiem
Kumitat tal-Bord tal-Fakultà . Dan il-Kumitat għandu jkun
magħmul mill-membri tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi maħtura biex
jeżaminaw it-teżi u mill-membri tal-Bord tal-Fakultà . Il-kworum
ta’ laqgħat ta’ l-imsemmi Kumitat għandu jkun magħmul minn
żewġ membri tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi u żewġ membri tal-Bord
tal-Fakultà . Dan il-Kumitat għandu jitmexxa mid-Dekan tal-
Fakultà  u, fin-nuqqas tiegħu, minn Chairman maħtur mill-Kumitat.
(10) Il-Kumitat għandu jirraporta lill-Bord tal-Fakultà  dwar ir-
riżultat ta’ l-eżami orali msemmi f’dan ir-regolament.
(11) Il-Bord tal-Fakultà , wara li jirċievi dan ir-rapport, għandu
jaghmel arranġamenti sabiex l-ismijiet tal-kandidati li jkunu
kkwalifikaw għall-Grad jiġu ppubblikati fuq notice board ta’ l-
Università  f’ordni alfabetiku.
Diploma ta’ Nutar 
Pubbliku (N.P.).
11. Kandidati li, skond dawn ir-regolamenti, matul l-ewwel
żewġ semestri jiksbu minimu ta’ 25 kredtu fit-taqsimiet studju li
jiġu indikati mill-Bord b’dan il-għan, ikunu jistgħu jirreġistraw
għall-eżami biex jiksbu d-Diploma ta’ Nutar PubbIiku u jekk
jgħaddu, ikunu intitolati għal din id-Diploma. Dan l-eżami għandu
jsir fl-aħħar ta’ dawk iż-żewġ semestri u għandu jitħalla jsir
riparatorju fi żmien tliet xhur fis-suġġett jew suġġetti li jkunu
weħlu fihom.
Dħul mill-ġdid fil-
kors.
Emendat:
A.L. 115 ta’ l-
2000.
12. (1) Kandidat li interrompa l-kors ta’ l-istudji tiegħu jew
ma kisibx xi kredti meħtieġa fl-Ewwel Parti tal-kors jew weħel fl-
eżamijiet finali fl-aħħar ta’ dik il-Parti jista’ jitħalla mill-Bord biex
jerġa’ jidħol fil-kors f’dik is-sena li l-Bord jidhirlu xieraq, u meta
jagħmel hekk il-Bord jista’ jesiġi li dan l-istudent joqgħod għal
eżamijiet oħra, minbarra dawk li huma msemmija fir-regolament
9(1) kif jidhir1u li hu meħtieġ.
(2) F’ebda każ il-kandidat ma jista’ jtemm il-kors ta’ l-istudji
tiegħu fi żmien itwal minn erba’ snin, ħlief bil-permess speċjali tas-
Senat, għal raġuni tajba u suffiċjenti.
(3) Kandidati li kienu qed isegwu kors ta’ LL.D. skond ir-
regolamenti li kienu fis-seħħ qabel ir-regolamenti preżenti u li
nterrompew il-kors ta’ l-istudji tagħhom jew weħlu f’xi sena
partikolari f’xi żmien wara t-tielet sena ta’ dak il-kors, jistgħu
jitħallew mill-Bord tal-Fakultà  jidħlu fil-kors għad li dawn l-
kandidati ma jkunux kisbu minn qabel il-grad ta’ B.A. kif imfisser
ir-regolament 4, u dan isir fis-semestru u bil-kondizzjonijiet kif il-
Bord jidhirlu li hu meħtieġ.
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
DOCTOR OF LAWS - LL.D. ġ L.S.327.79 5
Disposizzjoni 
Transitorja.
Miżjud:
A.L. 179 ta’ l-
1997.
13. Ir-regolament 4(3) għandu japplika għall-kandidati kollha
li japplikaw biex jirreġistraw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru
1997 jew wara.
