KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN THEOLOGY AND HUMAN STUDIES - M. A. ġ L.S.327.80 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.80
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS GĦALL-GRAD 
TA’ MASTER OF ARTS IN THEOLOGY AND HUMAN 
STUDIES - M. A.
18 ta’ Marzu, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 36 ta’ l-1997.
Titolu u tifsir.
il-Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Theology and Human
Studies - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur skond ir-regolament
4;
"il-Grad" ifisser il-Master of Arts in Theology and Human
Studies - M.A.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad.
Applikabilità .
f’Ottubru 1991 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad kandidat għandu:
(a) ikun temm il-kors ta’ l-istudji mfassal għalih;
(b) ikun għadda mill-eżamijiet rilevanti u mid-
dissertazzjoni; u
(ċ) ikun issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti
f’dawn ir-regolamenti u fi statuti u regolamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Il-Bord ta’ l-Istudji 
u l-kordinatur.
4. (1) Il-Bord ta’ l-Istudji magħmul mid-Dekan tal-Fakultà
tat-Teoloġija u tliet membri oħra għandu jiġi mwaqqaf mill-Bord
tal-Fakultà  tat-Teoloġija għal perijodu ta’ tliet snin biex imexxi u
jissorvelja l-kors skond dawn ir-regolamenti.
(2) Il-Bord tal-Fakultà  għandu jaħtar għal perijodu ta’ tliet
snin kordinatur tal-kors minn fost il-membri tal-Bord.
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
5. (1) Biex kandidat jirreġistra għall-kors għandu:
(a) ikun kiseb il-grad ta’ Bachelor of Sacred Theology,
Summa cum Laude, Magna cum Laude jew cum Laude
minn l-Università  ta’ Malta jew minn xi Università
ohra approvata għal hekk mis-Senat; jew
(b) ikun kiseb l-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) in
Theology and Human Studies jew kwalifika
ekwivalenti ta’ l-Ewwel jew tat-Tieni Klassi bl-Unuri
minn l-Università  ta’ Malta jew minn xi Università
oħra approvata għal hekk mis-Senat; jew
(ċ) ikun kiseb ta’ l-inqas grad B fl-eżami tal-kwalifika u
2 L.S.327.80 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN THEOLOGY AND HUMAN STUDIES - M. A.
fil-valutazzjoni ġenerali tal-kors preparatorju ghall-
M.A.
Il-kors 
preparatorju.
6. (1) Biex kandidat jirreġistra għall-kors preparatorju tal-
M.A. in Theology and Human Studies għandu:
(a) ikun kiseb minn l-Università  l-grad ta’ B.A. in
Theology and Human Studies jew B.A. in Religious
Studies u jkun issodisfa l-Bord li kiseb il-livell
meħtieġ biex isegwi l-kors; jew
(b) ikun kiseb grad ieħor minn xi Fakultà  jew Università
oħra bil-kondizzjoni li dan il-grad ikun jinkludi mhux
inqas minn 20 kredtu fit-Teoloġija jew l-Istudji
Reliġjużi u li l-grad medju f’dawn il-kredti jkun ta’ l-
inqas B; jew
(ċ) ikun studja fuq bażi full-time il-Filosofija u t-
Teo1oġija għal ħames snin f’seminarju maġġuri jew
f’xi istituzzjoni li fl-opinjoni tal-Bord tal-Fakultà  hija
ta’ livell akkademiku simili, u jkun kiseb ta’ l-inqas
grad medju ta’ B fit-testijiet jew fl-eżamijiet.
(2) Kandidati ammessi għall-kors preparatorju għandhom
normalment jiksbu 16-il kredtu f’mhux inqas minn żewġ semestri
f’dawk it-taqsimiet studju li l-Bord tal-Fakultà  jidhirlu li huma
meħtieġa u barra minn hekk jista’ jkollhom jiktbu dissertazzjoni.
(3) Wara li jkunu kisbu l-għadd meħtieġ ta’ kredti, il-kandidati
għandhom joqogħdu għall-eżami tal-kwalifika li normalment ikun
simili għall-eżami kollu tal-B.A. (Honours) in Theology and
Human Studies.
(4) L-eżami tal-kwalifika għandu jikkonsisti f’żewġ karti.
It-tul tal-kors. 7. (1) Kandidat għall-Grad għandu jippreżenta dissertazzjoni
bil-miktub f’mhux inqas minn ħmistax u f’mhux iżjed minn sebgħa
u għoxrin xahar mid-data tar-reġistrazzjoni. Il-Bord tal-Fakultà ,
qabel ma’ l-kandidat jippreżenta d-dissertazzjoni, jista’ jtawwallu
ż-żmien tar-reġistrazzjoni bi tnax-il xahar. 
(2) Bil-permess tal-Bord tal-Fakultà  kandidat jista’ jirreġistra
fuq bażi part-time għal xi perijodu ta’ studju jew riċerka li jrid
jagħmel biex itemm il-kors ta’ studju. Kull perijodu li fih l-istudju
jew ir-riċerka ssir part-time jitqies li jiswa nofs l-istess perijodu ta’
studju jew ta’ riċerka full-time.
(3) Kandidat, kemm full-time u kemm part-time, għandu
jirreġistra għall-kors fil-bidu ta’ kull sena akkademika.
L-eżami finali. 8. (1) Qabel ma’ jippreżenta d-dissertazzjoni kandidat
għandu jkun għamel u temm b’suċċess żewġ korsijiet jew aktar li
wieħed minnhom ikun il-Metodi ta’ Riċerka.
(2) Normalment kandidat għandu wkoll jagħmel eżami viva
voce biex jiddefendi d-dissertazzjoni tiegħu.
Superviżjoni. 9. Il-Bord tal-Fakultà  għandu jaħtar f’kull każ Professur jew
Lecturer bħala superviżur, li għandu jeħtieġ li l-kandidat jirraporta
għandu ta’ l-anqas darba f’kull term, u barra minn hekk drabi oħra
skond ma’ jkun meħtieġ. Is-superviżur jista’ jirreferi lill-Bord tal-
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN THEOLOGY AND HUMAN STUDIES - M. A. ġ L.S.327.80 3
Fakultà  kandidat li x-xogħol tiegħu jqisu li mhux sodisfaċenti u
għandu jirreferi, għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Fakultà , kull
bidla sostanzjali fit-titolu jew fil-kontenut tad-dissertazzjoni
progettata. L-ebda dissertazzjoni ma tista’ tiġi sottomessa lill-
eżaminaturi mingħajr iċ-ċertifikat tas-superviżur li kollox tmexxa
skond ir-regolamenti.
Dissertazzjoni.
kandidat għandu jissottometti t-titolu proviżorju u ġabra fil-qosor
tad-dissertazzjoni għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Fakultà .
(2) Kull dissertazzjoni ppreżentata għall-grad għandha:
(a) tkun jew record ta’ xogħol oriġinali jew espressjoni
kritika u ordnata ta’ dak li hu magħruf dwar xi suġġett
partikulari;
(b) tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet kollha meħtieġa mill-
Bord tal-Fakultà ; u
(ċ) tinkludi dikjarazzjoni ffirmata mill-kandidat li x-
xogħol huwa oriġinali.
(3) Ma tiġi aċċettata l-ebda dissertazzjoni li tkun l-istess fil-
kontenut bħal dissertazzjoni oħra li tkun ġiet sottomessa fl-
Università  ta’ Malta jew f’Università  oħra. Iżda l-ebda kandidat ma
jiġi miżmum li jdaħħal fid-dissertazzjoni xogħol li ġa sar jekk dan
ikun neċessarju għall-preżentazzjoni u għall-għarfien aħjar ta’ l-
esposizzjoni tiegħu, sakemm n-natura u t-tul tal-parti nkorporata
jiġu ndikati biċ-ċar fid-dissertazzjoni stess.
(4) Kull dissertazzjoni għandha tiġi eżaminata minn ta’ l-inqas
tliet eżaminaturi.
(5) Kandidat li d-dissertazzjoni tiegħu ma tkunx instabet
sodisfaċenti jista’ jingħata permess mill-Bord tal-Fakultà , fuq
rakkomandazzjoni ta’ l-eżaminaturi, li jerġa’ jissottometti d-
dissertazzjoni kif riveduta f’perijodu ta’ żmien li ma jkunx inqas
minn sitt xhur u mhux aktar minn tmintax-il xahar.
Riżultati finali.
għall-Grad għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku skond din
il-klassifika:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Ċertifikazzjoni.
jingħataw il-Grad.
