KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
MARKETING - M. A. - U TAL-MASTER OF ARTS IN 
MARKETING EDUCATION - M. A. ġ L.S.327.81 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.81
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS GĦALL-GRAD 
TA’ MASTER OF ARTS IN MARKETING - M. A. - U 
TAL-MASTER OF ARTS IN MARKETING 
EDUCATION - M. A.
18 ta’ Marzu, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 37 ta’ l-1997.
Titolu u tifsir.
il-Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Marketing - M.A. u tal-
Master of Arts in Marketing Education - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’ohra -
"il-Bord tal-Fakultà " ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u ta’ l-Accountancy;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji għall-Grad
maħtur mill-Bord tal-Fakultà ;
"il-Grad" ifisser, skond kif ikun mehtieġ fil-każ, il-Grad ta’
Master of Arts in Marketing - M.A. - u tal-Master of Arts in
Marketing Education - M.A.;
"il-kors" ifisser, skond kif ikun meħtieġ fil-każ, il-kors ta’ studji
u riċerka li jwassal għall-Grad ta’ Master of Arts in Marketing -
M.A. - jew għall-Grad ta’ Master of Arts in Marketing Education -
M.A.
Applikabilità .
mibdija f’Ottubru 1995 jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. (1) Kandidati għad-dhul fil-kors ta’ Master of Arts in
Marketing għandhom ikunu:
(a) persuni li għandhom Grad Universitarju bl-Ewwel
Klassi bl-Unuri jew it-Tieni Klassi Superjuri bl-Unuri
f’xi suġġett relatat approvat mill-Bord tal-Fakultà  għal
dan il-għan; jew
(b) persuni li għandhom Grad Universitarju bit-Tieni
Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri) jew kwalifika
professjonali rikonoxxuta mill-Università  ta’ Malta
għad-dħul f’dan il-kors flimkien ma’ minimu ta’ tliet
snin esperjenza f’livell għoli fil-qasam ta’
responsabbilità  għall-funzjoni tal-Marketing.
(2) Kandidati għad-dħul għall-Master of Arts fil-kors tal-
Marketing Education għandhom ikunu:
(a) persuni li għandhom Grad universitarju fl-Ewwel
Klassi bl-Unuri jew it-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima
Superjuri) f’xi suġġett relatat approvat mill-Università
2 ġ L.S.327.81
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
MARKETING - M. A. - U TAL-MASTER OF ARTS IN 
MARKETING EDUCATION - M. A.
ta’ Malta għal dan il-għan; jew
(b) persuni fil-pussess ta’ Grad universitarju jew kwalifika
professjonali rikonoxxuta mill-Università  ta’ Malta
għad-dhul f’dan il-kors flimkien ma’ minimu ta’ erba’
snin esperjenza fit-tagħlim f’suġġett tan-negozju.
(3) Qabel ma jiġu ammessi biex jirreġistraw għall-kors l-
applikanti kollha għandhom jiġu approvati mill-Bord tal-Fakultà
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji bhala li għandhom
kwalifiki, għarfien u kapaċitajiet meħtieġa biex isegwu l-kors bi
profitt.
Reġistrazzjoni. 4. Kandidat għandu jirreġistra fuq il-formola preskritta fiż-
żmien speċifikat mill-uffiċċju tar-Reġistratur.
Tul tal-kors. 5. (1) It-tul tal-kors għandu jkun ta’ tnax-il xahar skond il-
kalendarju ta’ studju full-time.
(2) F’ċirkostanzi eċċezzjonali kandidat jista’ jitħalla mill-Bord
tal-Fakultà  jtemm il-programm tal-kors f’perijodu massimu ta’
sentejn wara r-reġistrazzjoni.
Kors ta’ studju. 6. (1) Il-kors għandu jikkonsisti f’żewġ partijiet: l-Ewwel
Parti u t-Tieni Parti.
(2) L-Ewwel Parti tal-kors għandha tkun komuni kemm għall-
Grad tal-Marketing kif ukoll għall-Marketing Education u għandu
jestendi fuq żewġ semestri akkademiċi. Dan ikun jikkonsisti
f’taqsimiet studju li għalihom mhux inqas minn 20 kredtu
għandhom jiġu assenjati fil-moduli li ġejjin:
Consumer and Organisational Buying Behaviour
Marketing Research
The Components of Marketing
Media Production & Management
Specialised Marketing
Marketing Strategy.
(3) It-Tieni Parti tal-kors li jwassal għall-Grad fil-Marketing
għandu jikkonsisti fi proġett ta’ riċerka taħt superviżjoni jew
dissertazzjoni taħt superviżjoni fuq suġġett approvat li għalihom
għandhom jiġu mogħtija mhux inqas minn 6 kredti.
(4) It-Tieni Parti tal-kors li jwassal għall-Grad fil-Marketing
Education għandu jikkonsisti f’żewġ taqsimiet studju fil-
pedagogija fil-Marketing li għalihom mhux inqas minn 3 kredti
għandhom jiġu mogħtija u dissertazzjoni bil-miktub fuq suġġett
approvat li għaliha mhux inqas minn 3 kredti għandhom jiġu
mogħtija.
(5) Katalogu ta’ taqsimiet studju u tal-kredti mogħtija għal
kull taqsima studju għandu jiġi ppubblikat qabel il-bidu ta’ kull
semestru. Uħud mit-taqsimiet studju jistgħu jkunu ndikati bħala
obbligatorji u oħrajn bħala li jistgħu jingħażlu. It-taqsimiet studju
jistgħu jinvolvu xogħol prattiku taħt superviżjoni. Dan ix-xogħol
prattiku għandu jkun ikkonsidrat bħala komponent essenzjali tal-
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
MARKETING - M. A. - U TAL-MASTER OF ARTS IN 
MARKETING EDUCATION - M. A. ġ L.S.327.81 3
kors li għalih għandhom jiġu mogħtija kredti.
Valutazzjoni 
kontinwa.
7. (1) Il-kandidati għandhom jiġu vvalutati fit-taqsimiet
studju li għamlu skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord tal-Fakultà .
(2) Dawn il-gradi għandhom jiġu wżati fl-għoti tal-kredti: A,
B, C, D u F, li jibda mill-ogħla mertu u jasal sa l-inqas fejn F
tindika li kandidat ikun weħel.
(3) Kandidat li jeħel f’xi kredtu jista’ jitħalla jerġa’ jiġi
vvalutat darba biss. Fil-każ ta’ rivalutazzjoni l-grad massimu li
jista’ jikseb kandidat huwa D.
Attendenza.
persistentement milli jattendi l-lectures u/jew it-tutorials jew b’xi
mod ieħor ma jaqdix id-dmirijiet akkademiċi mingħajr
ġustifikazzjoni, jista’ jiġi eskluż mis-Senat, wara rikomandazzjoni
mill-Bord tal-Fakultà , milli joqgħod għal wieħed jew aktar mill-
eżamijiet.
Eżamijiet.
minimu ta’ għoxrin kredtu kandidat għandu joqghod għall-eżami
finali bil-miktub.
(2) L-eżami finali bil-miktub għandu jikkonsisti f’erba’ karti,
li waħda minnhom tkun tista’ tittieħed id-dar.
(3) Biex jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-eżami finali bil-miktub
kandidat għandu jikseb grad li għadda fl-erba’ karti kollha.
(4) Kandidati li jeħlu f’karta waħda biss fl-eżami finali bil-
miktub ikunu jistgħu jagħmlu eżami riparatorju ta’ dik il-karta
f’data li tiġi deċiża mill-Bord tal-Fakultà . Kandidati li ma jgħaddux
f’mhux iktar minn tliet karti ta’ l-eżami finali bil-miktub jistgħu
jitħallew mill-Bord tal-Fakultà  li joqoghdu għall-eżami riparatorju
ta’ l-eżami finali bil-miktub kollu f’data li ma tkunx aktar tard
minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tar-riżu1tati, u li tkun deċiża
mill-Bord tal-Fakultà . Il-kandidati jistghu jagħmlu l-eżami
riparatorju ta’ l-eżami finali bil-miktub darba biss u l-grad massimu
li jista’ jinkiseb fl-eżami riparatorju huwa l-grad D.
Proġett/
Dissertazzjoni.
10. (1) Matul it-Tieni Parti tal-kors il-kandidati li qed
jistudjaw għall-Grad fil-Marketing jinħtieġu li jagħmlu proġett ta’
riċerka jew dissertazzjoni iffokati fuq il-marketing.
(2) Il-kandidati li qed jistudjaw għall-Grad fil-Marketing
Education ikunu meħtieġa li jagħmlu dissertazzjoni li għandha tkun
iffokata fuq l-edukazzjoni jew fuq il-marketing. Dawk li jagħżlu
qasam wieħed jinħtieġu li juru l-konnessjonijiet u l-
implikazzjonijiet għall-qasam l-ieħor.
(3) Is-superviżur għandu jiġi appuntat mill-Bord tal-Fakultà
għal kull proġett jew dissertazzjoni. Is-superviżur għandu jeħtieġ li
l-kandidat jirrapporta għandu tant spiss kemm jidhirlu bżonjuż u
għandu jirrapporta lill-Bord ta’ l-Istudji u wara lill-Bord tal-
Fakultà  kull kandidat li l-progress tieghu huwa kkunsidrat mhux
sodisfaċenti.
(4) Kandidati li qegħdin jistudjaw għall-Grad fil-Marketing
għandhom jissottomettu t-titolu propost u l-linji tal-proġett jew
4 ġ L.S.327.81
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN 
MARKETING - M. A. - U TAL-MASTER OF ARTS IN 
MARKETING EDUCATION - M. A.
dissertazzjoni għal-approvazzjoni tal-Bord tal-Fakultà  mhux aktar
tard mill-aħħar tas-seba’ xahar tal-kors.
(5) Kandidati li qeghdin jistudjaw għall-Grad fil-Marketing
Education għandhom jissottomettu t-titolu u l-linji tad-
dissertazzjoni għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Fakultà  mhux aktar
tard mill-aħħar tad-disa’ xahar tal-kors.
(6) Il-proġett jew id-dissertazzjoni għandhom jissodifaw il-
Bord tal-Fakultà  f’dak li jirrigwarda format u preżentazzjoni.
(7) Il-proġett jew dissertazzjoni li għandhom jiġu sottomessi
skond is-subregolament (4) għandhom ikunu minn 15,000 sa
20,000 kelma fit-tul (esklużi titoli, tabelli, riferenzi u
appendiċijiet). Id-dissertazzjoni li għandha tiġi sottomessa taħt is-
subregolament (5) għandha tkun minn 10,000 sa 15,000 kelma fit-
tul (esklużi titoli, tabelli, riferenzi u appendiċijiet). Il-Bord tal-
Fakultà  jista’ jestendi t-tul tal-proġett jew dissertazzjoni fuq ir-
rakkomandazzjoni tas-superviżur.
(8) Il-proġett jew dissertazzjoni għandhom jiġu sottomessi fil-
forma finali tagħhom mhux aktar tard mit-tnax-il xahar mill-bidu
tal-kors sakemm ma tingħatax estensjoni mill-Bord tal-Fakultà .
(9) Jista’ jsir ukoll eżami viva voce fuq il-proġett jew
dissertazzjoni.
(10) Wieħed li jeħel fil-proġett jew dissertazzjoni jista’ jiġi
meħtieġ jerġa jissottometti l-proġett jew dissertazzjoni mill-ġdid
jew jiġi kkunsidrat li weħel fihom għal kollox skond il-gravità  tan-
nuqqas tieghu. Id-deċiżjoni f’dan ir-rigward għandha tittieħed mill-
Bord tal-Fakultà  fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji.
Il-klassifikazzjoni 
finali.
11. (1) Il-klassifikazzjoni finali għall-Grad fil-Marketing tkun
ibbażata fuq:
(a) it-taqsimiet studju - 40 fil-mija
(b) eżami finali bil-miktub - 30 fil-mija
(ċ) il-proġett/dissertazzjoni - 30 fil-mija.
(2) Il-klassifikazzjoni finali għall-Grad fil-Marketing
Education għandha tkun ibbażata fuq:
(a) it-taqsimiet studju - 50 fil-mija
(b) l-eżami finali bil-miktub - 30 fil-mija
(ċ) il-proġett/dissertazzjoni - 20 fil-mija.
(3) L-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu għall-Grad għandhom
ikunu ppubblikati f’ordni alfabetiku f żewġ kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
