IMĠIEBA WAQT L-EŻAMIJIET ġ L.S.327.82 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.82
REGOLAMENTI DWAR L-IMĠIEBA
WAQT L-EŻAMIJIET
11 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 171 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviż Legali 259 ta’ l-
1998.
Titolu.
Imġieba waqt l-Eżamijiet.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 259 ta’ l-
1998.
Dawn ir-regolamenti japplikaw minn Mejju 1995 ’il quddiem.
IR-REGOLAMENTI DWAR L-IMĠIEBA WAQT L-EŻAMIJIET
1. Student ma jistax waqt eżami:
(i) jintroduċi jew jikkawża li jkunu introdotti fil-post ta’
l-eżami kotba, noti jew materjal ieħor stampat jew
miktub jew kull forma ta’ materjal irrekordjat, karti
vojta jew materjal ta’ rekordjar vojt ħlief dawk li
jkunu speċifikati mill-eżaminaturi li jistghu jiddaħħlu
għal eżami partikolari;
(ii) jintroduċi fil-post ta’ l-eżami xi strument elettroniku
għal kalkolazzjonijiet matematiċi jew xi data
processor elettroniku bil-permess speċifiku tal-Bord
ta’ l-Eżaminaturi għal eżami partikolari;
(iii) jagħti jew jipprova jagħti għajnuna direttament jew
indirettament lil, jew ifittex jew jaċċetta għajnuna
minn, xi student ieħor;
(iv) b’xi mod mhux xieraq jikseb jew jipprova jikseb xi
vantaġġ fl-eżami, jew jagħti jew jipprova jagħti
għajnuna lill-kandidati oħra billi jkollu jew ifittex li
jkollu aċċess għal informazzjoni jew materjal mhux
awtorizzati jew billi jikkopja jew jipprova jikkopja
minn, jew billi jikkomunika jew jipprova
jikkomunika ma’ xi persuna oħra matul iż-żmien
allokat għal eżami;
(v) meta jintuża l-index number, jikteb ismu fuq xi parti
mill-iskritt ta’ l-eżami jew jagħmel xi marka fuqu
maħsuba biex tikxef l-identità  tiegħu lill-eżaminatur;
(vi) jġib ruħu b’tali mod li jiddisturba lill-istudenti l-oħra
li qed jagħmlu eżami, f’liema każ ir-Reġistratur jista’
jordna lill-istudent biex iħalli l-post fejn ikun qed isir
l-eżami;
(vii) jidħol jew joħroġ mill-kamra ta’ l-eżami mingħajr il-
permess ta’ l-invigilator ta’ l-eżami skond it-termini
tar-regolamenti 2 jew 3 imsemmija hawn taħt;
(viii) jinvolvi ruħu fi plaġjariżmu - definit bħala l-użu
mingħajr rikonoxximent ta’ xogħol ta’ persuna oħra
2 L.S.327.82 ħ IMĠIEBA WAQT L-EŻAMIJIET
bħallikieku dak ix-xogħol kien ta’ l-istudent innifsu,
kemm jekk dak ix-xogħol ġie ppubblikat kif ukoll
jekk le.
2. L-ebda student ma jitħalla jidħol f’kamra ta’ l-eżami wara
l-ewwel nofs siegħa mill-bidu ta’ l-eżami jew jitlaq mill-kamra ta’
l-eżami kemm temporanjament jew permanentement, matul l-
ewwel nofs siegħa u matul l-aħħar kwarta ta’ eżami.
3. Student jista’ jitħalla joħroġ mill-kamra ta’ l-eżami
temporanjament wara nofs siegħa mill-bidu ta’ l-eżami u qabel l-
aħħar kwarta ta’ l-eżami sakemm ikun taħt superviżjoni xierqa
matul l-assenza temporanja tiegħu.
4. Meta jkun allegat li student ikkommetta ksur ta’ xi
provvediment tar-regolament 1 imsemmi hawn fuq, għandu jsir
ilment bil-miktub lir-Rettur, u dawn l-ilmenti għandhom ikunu
rreferuti lill-Bord tad-Dixxiplina ta’ l-Eżamijiet maħtur mis-Senat.
5. Il-Bord tad-Dixxiplina ta’ l-Eżamijiet ikun magħmul minn:
ir-Rettur jew id-delegat tiegħu bħala Chairman
ir-Reġistratur bħala Viċi-Chairman
membru akkademiku maħtur mis-Senat
id-Dekan tal-Fakultà  jew id-Direttur ta’ l-Istitut fejn l-
istudent li kontra tiegħu qed jinġieb l-ilment qed
jagħmel kors
student maħtur minn fost ir-rappreżentanti ta’ l-
istudenti fuq is-Senat.
Emendat:
A.L. 259 ta’ l-
1998.
6. Il-Bord tad-Dixxiplina għandu jkollu s-setgħa li:
(a) jtella’ quddiemu l-istudent li kontrih qed isir l-ilment
fit-termini tar-regolament 1 imsemmi hawn fuq;
(b) jtella’ quddiemu għall-għan li jagħti xhieda f’xi
seduta, kwalunkwe student, jew membru ta’ l-istaff
akkademiku jew mhux akkademiku ta’ l-Università ;
(ċ) jilħaq deċiżjoni u jimponi waħda mill-pieni li ġejjin:
(i) il-kanċellazzjoni ta’ kwalunkwe eżami;
(ii) il-kanċellazzjoni tal-karti kollha, jew ta’ parti
mill-karti ta’ l-eżami meħuda fl-istess sessjoni
ta’ l-eżamijiet;
(iii) is-sospensjoni tal-privileġġi, benefiċċji, drittijiet
u faċilitajiet akkademiċi jew Universitarji oħra
ta’ l-istudent għall-perjodu li ma jaqbiżx ix-
xahrejn. Matul il-perjodu ta’ sospensjoni, l-
istudent ma jkunx jista’ jidħol jew joqgħod f’xi
proprjetà ’ jew bini ta’ l-Università ;
(iv) il-Bord jista’ jirrakkomanda lis-Senat li l-
istudent ikun sospiż għal mhux aktar minn sena
akkademika jew li jitkeċċa mill-Università .
7. Student mixli bi ksur tal-provvedimenti tar-regolament 1
għandu d-dritt jistema’ u jġib xhieda għad-difiża tiegħu:
Iżda jekk student jonqos milli jidher quddiem il-Bord bla
IMĠIEBA WAQT L-EŻAMIJIET ġ L.S.327.82 3
ġustifikazzjoni huwa jkun meqjus illi irrinunzja għad-dritt li
jinstema’.
8. Id-deċiżjonijiei meħuda mill-Bord tad-Dixxiplina jkollhom
effett immedjat iżda d-deċiżjonijiet kollha meħuda għandhom
ikunu kkomunikati lis-Senat fl-ewwel laqgħa wara li tittieħed id-
deċiżjoni.
9. Is-Senat jista’ f’ċirkostanzi speċjali, jirrevedi d-
deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tad-Dixxiplina.
