KORS GĦAD-DIPLOMA IN FACILITATING 
INCLUSIVE EDUCATION ġ L.S.327.83 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.83
REGOLAMENTI GĦALL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
FACILITATING INCLUSIVE EDUCATION
11 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 172 ta’ l-1997.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Facilitating Inclusive Education.
(2) F’dawn ir-regolamenti sakemm ir-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ Studji kif kostitwit mill-Istitut għall-
Iżvilupp tat-Tfal;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Facilitating Inclusive
Education;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma.
Applikabilità .
sena akkademika 1995/96 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-ghotja tad-Diploma, il-kandidati
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudju, jgħaddu mill-eżami finali u
jissodisfaw kull rekwiżit ieħor preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw kull rekwiżit ieħor preskritt f’kull statut u
regolament ieħor rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jekk għandhom
Certificate in Facilitating Inclusive Education jew Postgraduate
Certificate in Inclusive Education jew xi ċertifikat ekwivalenti kif
iddeterminat mill-Bord.
(2) ll-kandidati għandhom jissodisfaw ukoll l-Istitut għall-
Iżvilupp tat-Tfal li għandhom il-ħila meħtieġa. Kandidati jistgħu
jkunu meħtieġa jattendu intervista/valutazzjoni għal dan il-għan.
Il-programm tal-
kors.
5. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għad-Diploma għandu
jinfirex fuq żmien ta’ sentejn akkademiċi ta’ studju fuq bażi part-
time. Fl-ewwel sena l-istudent għandu jġib il-kwalifika msemmija
fir-regolament 4(1).
(2) Il-kors ta’ l-istudji tad-Diploma għandu jikkonsisti
f’taqsimiet studju li għalihom ma għandhomx jingħataw inqas minn
20 kredtu u jinkludu taqsimiet prattiċi li għalihom għandhom
jingħataw 7 kredti. Din li ġejja hija lista ta’ taqsimiet studju li
jkunu offruti bħala parti mill-kors:
* Il-Ħsieb Kreattiv u s-Soluzzjoni ta’ Problemi (kredtu)
2 L.S.327.83 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN FACILITATING 
INCLUSIVE EDUCATION
* Arti fl-Edukazzjoni (kredtu)
* Drama/P.E./Mużika (2 kredti)
* Inclusive Communities (kredtu)
* I.T. Bħala Għodda Inklużiva (kredtu)
* Difetti fil-komunikazzjoni (Communication
Disorders) (2 kredti)
* Tfal bi Żvilupp Ittardjat (Down Syndrome u oħrajn - 2
kredti li jinkludu Xogħol Prattiku)
Motor Disabilities (2 kredti li jinkludu Xogħol
Prattiku)
Pervasive Developmental Disorders (2 kredti li
jinkludu Xoghol Prattiku)
Diżabilitajiet Multipli (2 kredti li jinkludu Xoghol
Prattiku)
Diżabilitajiet fit-Tagħlim (2 kredti li jinkludu Xoghol
Prattiku)
* Xoghol Prattiku fi Sfond Inklużiv (2 kredti).
(3) Deskrizzjoni dettaljata tal-kredti għandha tiġi ppubblikata
qabel il-bidu ta’ kull kors.
(4) Dawk it-taqsimiet studju mmarkati b’asteriska fis-
subregolament (2) huma taqsimiet obbligatorji. L-istudenti jkunu
meħtieġa jagħżlu tnejn mit-taqsimiet studju l-oħra li jkunu qed jiġu
offruti. L-għażla għandha tkun determinata mid-disponibilità  ta’
postijiet tal-practicum.
 (5) Sabiex ikunu eliġibbli għall-ghoti tad-Diploma l-kandidati
għandhom jiksbu ta’ l-inqas 14-il kredtu, inklużi kredti mit-
taqsimiet obbligatorji fi żmien ta’ sena akkademika u jikkwalifikaw
fl-eżamijiet finali.
Il-valutazzjoni. 6. (1) Il-kredti għandhom jiġu mogħtija skond il-gradi li
ġejjin f’ordni mill-ogħla sa l-inqas mertu: A, B, C, D, u F, fejn F
tfisser li l-istudent weħel.
(2) Kandidati li jeħlu fi kredtu għandhom jitħallew jagħmlu
riparatorju fil-kredtu darba oħra biss. Kredti miġjuba fir-riparatorju
għandu jkollhom il-grad minimu.
L-eżami finali. 7. (1) Kandidati li jġibu n-numru minimu ta’ kredti kif
indikat fir-regolament 5(5) għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu l-
eżami finali.
(2) L-eżami finali għad-Diploma għandu jsir fl-aħħar tal-kors
(mhux qabel sena akkademika mir-reġistrazzjoni għall-kors),
normalment f’Ġunju/Lulju, u għandu jikkonsisti f’żewġ karti
sinottiċi u eżami orali.
(3) Il-kandidati li jeħlu f’xi karta jew karti ta’ l-eżami finali
għandhom jitħallew jagħmlu riparatorju fil-karta/i li weħlu darba fi
żmien tnax-il xahar mit-tmiem tal-kors. F’dawn il-każijiet l-ogħla
grad li jista’ jingħata jkun dak ta’ "D".
Ir-riżultati finali. 8. (1) Ir-Riżultati finali tal-kandidati għandhom iqisu l-
KORS GĦAD-DIPLOMA IN FACILITATING 
INCLUSIVE EDUCATION ġ L.S.327.83 3
għemil tal-kandidati fil-komponenti kollha tal-kors. Ix-xogħol tal-
kors għandu jiswa 60% tar-riżultat finali, filwaqt li l-karti ta’ l-
eżami finali jkunu jiswew il-bqija, i.e. 40% tar-riżultat finali.
(2) Fir-riżultati finali għad-Diploma l-ismijiet tal-kandidati li
jiksbu d-Diploma għandhom ikunu ppubblikati f’ordni alfabetiku
fil-kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
