TESTIJIET TA’ VALUTAZZJONI ġ L.S.327.85 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.85
REGOLAMENTI DWAR IT-TESTIJIET
TA’ VALUTAZZJONI
11 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 174 ta’ l-1997.
Titolu.
Testijiet ta’ Valutazzjoni.
Applikabilità .
quddiem.
REGOLAMENTI DWAR IT-TESTIJIET TA’ VALUTAZZJONI
1. Il-valutazzjoni tal-coursework għall-għoti ta’ kredtu hija r-
responsabbiltà  tal-lettur/i li jgħallem/jgħallmu t-taqsima studju
partikolari b’konsultazzjoni mal-Kap tad-Dipartiment. Il-metodu
ta’ valutazzjoni jiġi mgħarraf minn qabel fil-programm tal-kors
ippubblikat fil-bidu tas-sena u approvat mill-Bord tal-Fakultà  wara
r-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji tal-kors.
2. Il-valutazzjonijiet jistghu jikkonsistu fi:
(a) testijiet bil-miktub, normalment test ta’ siegħa għall-
għoti ta’ kredtu;
(b) xogħol fil-forma ta’ essay bil-miktub li għandu jsir fi
żmien speċifikat, normalment f’mhux inqas minn
ġimgħatejn. Xoghol ta’ bejn 1500 u 2500 kelma huwa
normalment meħtieġ għall-ghoti ta’ kredtu;
(ċ) testijiet orali;
(d) proġetti prattiċi;
(e) abbinament ta’ tnejn jew aktar min dawk li ġew
imsemmija aktar ’il fuq;
(f) kull forma oħra ta’ valutazzjoni approvata mill-Bord
ta’ l-Istudji.
3. Studenti li waqt test ta’ valutazzjoni jinqabdu b’xi mod jew
ieħor jieħdu jew jippruvaw jieħdu vantaġġ inġust fit-test ikunu
suġġetti għal azzjoni ta’ dixxiplina. Kondotta mhux korretta
tinkludi:
(a) ikkupjar jew tentattivi ta’ ikkupjar minn materjal
mhux awtorizzat, jew l-għoti jew l-attentat ta’ għoti ta’
għajnuna lil, jew attentat biex tinkiseb jew tiġi
aċċettata għajnuna mingħand, xi student iehor matul il-
ħin speċifikat għal test bil-miktub;
(b) pussess ta’ materjal mhux awtorizzat matul il-ħin
speċifikat għal test bil-miktub;
(ċ) plaġjariżmu - definit bħala l-użu mingħajr
rikonoxximent ta’ xogħol ta’ persuna oħra bħala x-
xogħol tiegħek, kemm jekk dan ix-xogħol huwa
2 L.S.327.85 ħ TESTIJIET TA’ VALUTAZZJONI
ppubblikat kif ukoll jekk le;
(d) sottomissjoni ta’ xogħol jew parti minn xogħol li ġie
sottomess għall-għoti ta’ kredtu ieħor mingħajr il-
permess tal-lettur konċernat.
4.1 Meta jiġi allegat li student ikkommetta ksur ta’ dawn ir-
regolamenti l-każ jiġi eżaminat mill-Bord tad-Dixxiplina tal-
Fakultà , magħmul mid-Dekan, il-Kap tad-Dipartiment konċernat u
l-lettur responsabbli għat-test. Meta d-Dekan ikun ukoll il-Kap tad-
Dipartiment kif ukoll il-lettur responsabbli għat-test, Kap ta’
Dipartiment ieħor jiġi maħtur mill-Bord tal-Fakultà  sabiex il-Bord
tad-Dixxiplina tal-Fakultà  ma jkunx jikkonsisti f’anqas minn żewġ
membri.
4.2 Student li jiġi akkużat bi ksur ta’ dawn ir-regolamenti
għandu d-dritt li jinstema’ mill-Bord tad-Dixxiplina tal-Fakultà  u
jekk jixtieq jista’ jiġi mgħejjun minn student ieħor.
5. Il-Bord tad-Dixxiplina tal-Fakultà  għandu s-setgħa li:
(a) jikkanċella r-riżultat tat-test u jiddeċiedi jekk jagħtix
opportunità  għal riparatorju; jew
(b) jirreferi l-każ lill-Bord tad-Dixxiplina ta’ l-Università
biex tista’ tittiehed azzjoni skond it-termini tar-
regolamenti ta’ l-Università .
6. Student jista’ jappella minn deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-
Bord tad-Dixxiplina tal-Fakultà  mal-Bord tad-Dixxiplina ta’ l-
Università  billi jikteb lir-Reġistratur f’perjodu ta’ mhux aktar minn
ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta d-deċiżjoni tal-Bord tad-
Dixxiplina tal-Fakultà  tkun ikkomunikata lilu.
