KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN CREATIVITY AND INNOVATION - M.A. ġ L.S.327.86 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.86
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN CREATIVITY AND 
INNOVATION - M.A.
11 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 175 ta’ l-1997.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Creativity and Innovation -
M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord ta’ l-Istudji" jfisser il-Bord ta’ l-Istudji għall-Grad
maħtur mis-Senat biex jimplementa dawn ir-regolamenti, wara r-
rakkomandazzjoni tal-Bord taċ-Ċentru għat-Teknoloġija tal-
Kommunikazzjoni;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts in Creativity and
Innovation - M.A.;
"il-kors" ifisser il-kors ta’ studju u riċerka li jwassal għall-Grad
ta’ Master of Arts in Creativity and Innovation - M.A.
Bord ta’ l-Istudji.
ta’ l-Istudji maħtur mis-Senat skond ir-Regolamenti tal-Bord ta’ l-
Istudji ta’ l-Università .
Applikabilità .
mibdija f’Ottubru 1996, jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2),
biex jirreġistraw għall-kors, il-kandidati għandhom:
(a) ikollhom grad ta’ università  ta’ l-Ewwel jew it-Tieni
Klassi bl-Unuri f’kull suġġett relatat approvat mill-
Bord ta’ l-Istudji għal dan il-għan; jew
(b) ikollhom kwalifika professjonali magħrufa mill-
Università  ta’ Malta għall-għan tad-dħul f’dan il-kors
flimkien ma’ minimu ta’ tlett snin esperjenza ta’
xogħol f’livell għoli.
(2) F’każijiet eċċezzjonali kandidati li għandhom kwalifiki
oħra flimkien ma’ esperjenza estensiva ta’ ħidma jew akkademika
li tagħmilhom kandidati xierqa għall-kors jistgħu jiġu aċċettati bl-
approvazzjoni tas-Senat li jimxi fuq il-parir tal-Bord ta’ l-Istudji.
Reġistrazzjoni.
żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
It-tul tal-kors.
fuq bażi full-time.
(2) F’każijiet eċċezzjonali il-Bord ta’ l-Istudji jista jħalli
kandidat itemm il-kors f’perijodu massimu ta’ erbgħa u għoxrin
2 L.S.327.86 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN CREATIVITY AND INNOVATION - M.A.
xahar wara r-reġistrazzjoni.
(3) Kandidati jistghu, bil-permess tal-Bord ta’ l-Istudji,
jirreġistraw bħala studenti part-time. Kull perijodu ta’ studju part-
time għandu jkun ekwivalenti għal nofs l-istess perijodu ta’ studju
fuq bażi full-time.
Kors ta’ studji. 7. Il-kors għandu jkun magħmul minn tliet partijiet: l-Ewwel
Parti, it-Tieni Parti u t-Tielet Parti kif ġej:
(a) L-Ewwel Parti għandha tinfirex fuq semestru
akkademiku wieħed. Din għandha tikkonsisti
f’taqsimiet studju li għalihom għandhom jingħataw
mhux anqas minn għaxar kredti. Katalogu tat-taqsimiet
studju u l-kredti assenjati lil kull taqsima għandu jiġi
ppubblikat qabel il-bidu ta’ l-ewwel semestru. Xi
taqsimiet studju jistgħu jkunu indikati bħala
obbligatorji u oħrajn bħala fakultativi. Xi taqsimiet
studju jistgħu jinvolvu xogħol prattiku taħt
superviżjoni. L-istudenti għandhom jiġu meqjusa li
għaddew mill-Ewwel Parti jekk ikollhom mhux anqas
minn għaxar kredti inklużi kredti mit-taqsimiet studju
obbligatorji.
(b) It-Tieni Parti għandha tinfirex fuq semestru
akkademiku wieħed. Din għandha tikkonsisti
f’taqsimiet studju magħmulin kollha kemm huma minn
riċerka u xogħol prattiku. Superviżuri għandhom ikunu
allokati lill-istudenti f’dan il-għan. Minimu ta’ tnax-il
taqsima għandhom jiġu mitmuma minn kull student
fit-tieni parti.
(ċ) It-Tielet Parti għandha tinfirex fuq semestru
akkademiku wieħed u għandha tikkonsisti fi proġett ta’
riċerka taħt superviżjoni jew dissertazzjoni fuq suġġett
approvat mill-Bord ta’ l-Istudji.
Valutazzjoni 
kontinwa.
8. (1) L-istudenti għandhom ikunu valutati, fit-taqsimiet
studju li ġew mitmuma, skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord ta’ l-
Istudji.
(2) Il-gradi A, B, Ċ, D, u F għandhom jintużaw fl-
assenjazzjoni tal-kredti f’ordni dixxendenti ta’ mertu, fejn F tindika
li l-istudent weħel.
(3) Student li jeħel fi kredtu jista’ jitħalla li jkun rivalutat
darba waħda. Fil-każ ta’ rivalutazzjoni, l-għola grad li jista’
jingħata huwa D.
Attendenza. 9. Student li, wara twissija xierqa bil-miktub, jonqos b’mod
persistenti li jattendi għall-lectures u/jew għas-sessjonijiet
tutorjali, jew li b’xi mod ieħor jonqos li jaqdi d-dmirijiet
akkademiċi tiegħu mingħajr ġustifikazzjoni, jista’ jiġi mwaqqaf
mis-Senat, wara rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji, milli
joqgħod għal xi eżamijiet jew għall-eżamijiet kollha.
Eżamijiet. 10. (1) Fit-tmiem tat-Tieni Parti, wara li jkun temm b’suċċess
l-Ewwel Parti kif ukoll it-Tieni Parti tal-kors, l-istudent għandu
jkun meħtieġ joqgħod għall-eżami finali bil-miktub. Dan għandu
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN CREATIVITY AND INNOVATION - M.A. ġ L.S.327.86 3
jikkonsisti f’żewġ karti. Sabiex student jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-
eżami finali bil-miktub, huwa għandu jgħaddi miż-żewġ karti.
(2) Studenti li jeħlu mill-eżami finali bil-miktub jitħallew
jagħmlu eżami riparatorju fil-karta/i li jkunu weħlu fihom f’data li
tiġi deċiża mill-Bord ta’ l-Istudji wara l-pubblikazzjoni tar-
riżultati. Studenti jistgħu jerġgħu jagħmlu l-eżami finali bil-miktub
darba wahda biss u l-ogħla grad li jistghu jiksbu għandu jkun il-
grad D. Eżamijiet riparatorji bil-miktub għandhom isiru mhux aktar
tard minn sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultati.
Proġett/
Dissertazzjoni.
11. (1) Matul it-tie1et parti tal-kors il-kandidati għandhom
ikunu meħtieġa jagħmlu proġett ta’ riċerka jew dissertazzjoni.
(2) Superviżur għandu jkun maħtur mill-Bord ta’ l-Istudji għal
kull proġett jew dissertazzjoni. Il-kandidat għandu jkun meħtieġ
jirraporta lis-superviżur kull darba li dan ta’ l-ahħar iqis li jkun
hemm bżonn u s-superviżur għandu jirraporta lill-Bord ta’ l-Istudji
lill-kandidat li l-progress tiegħu huwa jqis bħala li mhux
sodisfaċenti.
(3) L-istudenti għandhom jissottomettu t-titolu propost u
abbozz tal-proġett jew dissertazzjoni għall-approvazzjoni tal-Bord
ta’ l-istudji mhux aktar tard mit-tmiem tat-Tieni Parti tal-kors.
(4) ll-proġett jew id-dissertazzjoni għandhom jissoddisfaw il-
Bord ta’ l-Istudji f’dak li huwa format u preżentazzjoni.
(5) Il-proġett jew id-dissertazzjoni għandhom ikunu ta’ bejn
20,000 u 25,000 kelma (minbarra titoli, tabelli, riferenzi u
appendiċijiet). Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jtawwal it-tul tal-proġett
jew dissertazzjoni wara r-rakkomandazzjoni tas-superviżur.
(6) Il-proġett jew id-dissertazzjoni għandhom jiġu sottomessi
fil-forma finali mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara l-bidu
tal-kors, sakemm il-Bord ta’ l-lstudji ma jagħtix estensjoni.
(7) Jista’ jsir eżami viva voce fuq il-proġett jew id-
dissertazzjoni.
(8) Student li jeħel fil-proġett jew dissertazzjoni jista’ jiġi
meħtieġ li jerġa jippreżenta l-proġett jew dissertazzjoni jew jiġi
kkonsidrat li weħel għall-kollox skond kif ikun weħel. Id-deċiżjoni
f’dan ir-rigward għandha tittieħed mill-Bord ta’ l-Istudji.
Il-gradi finali.
(a) it-taqsimiet studju - 20%
(b) it-taqsimiet ta’ studju prattiċi - 20%
(ċ) l-eżami finali bil-miktub - 25%
(d) il-proġett/dissertazzjoni - 35%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-Grad
għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku f’żewġ kategoriji li
huma:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
4 L.S.327.86 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF ARTS IN CREATIVITY AND INNOVATION - M.A.
