STATUT 11 - ĦARSIEN TAL-KWALITÀ  
U L-AWDITJAR AKKADEMIKU ġ L.S.327.87 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.87
STATUT 11 - STATUT DWAR IL-ĦARSIEN TAL-
KWALITÀ  U L-AWDITJAR AKKADEMIKU
14 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 178 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviż Legali 218 ta’ l-
2002.
Titolu.
Ħarsien tal-Kwalità  u l-Awditjar Akkademiku.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 218 ta’ l-
2002.
2. Dan l-Istatut għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Ottubru
2001 ’il quddiem.
STATUT 11 - IL-ĦARSIEN TAL-KWALITÀ  U L-AWDITJAR 
AKKADEMIKU
1. L-Università  għandha tistabbilixxi u tirrevedi regolarment
il-politika tagħha dwar il-livelli akkademiċi. Biex tiżgura li dan
jitwettaq u li l-livelli ta’ kwalità  mixtieqa jintlaħqu, għandu
jitwaqqaf Kumitat biex jiżgura l-Kwalità  u Unit għall-Awditjar
Akkademiku.
2. Id-dmirijiet tal-Kumitat biex jiżgura l-Kwalità  għandhom
jinkludu dawn li ġejjin:
(a) li jistabbilixxi proċeduri għall-evalwazzjoni u l-
inkoraġġiment ta’ tagħlim, riċerka u servizzi
amministrattivi ta’ kwalità ;
(b) li jwaqqaf skemi biex tiġi rikonoxxuta l-kwalità  fis-
servizzi u metodi ta’ tagħlim innovattivi, fir-riċerka u
fis-servizzi amministrattivi; u
(ċ) li jipproponi modi kif jitjiebu s-servizzi ta’ l-
Università  li jsostnu t-tagħlim, ir-riċerka u s-servizzi
amministrattivi.
Sostitwit:
A.L. 218 ta’ l-
2002.
3. Il-Kumitat għall-Harsien tal-Kwalità  għandu jkun
magħmul kif ġej:
ir-Rettur, jew il-Pro-Rettur bħala delegat tiegħu
(Chairman)
id-Direttur tal-Unit għall-Awditjar Akkademiku
(Segretarju)
ir-Reġistratur jew delegat tiegħu
tmien membri ta’ l-istaff akkademiku anzjani maħtura
mis-Senat biex jirrappreżentaw dixxiplini differenti
membru ta’ l-istaff akkademiku biex jirrappreżenta l-
union ta’ l-istaff akkademiku
membru ta’ l-istaff mhux akkademiku
student maħtur mis-Senat minn fost ir-rappreżentanti
ta’ l-istudenti fuq is-Senat.
2 L.S.327.87 ħ
STATUT 11 - ĦARSIEN TAL-KWALITÀ  
U L-AWDITJAR AKKADEMIKU
4. Il-Unit għall-Awditjar Akkademiku għandu jkun magħmul
minn Direttur li għandu jkun membru ta’ l-istaff akkademiku
anzjan fuq bażi part-time, amministratur anzjan fuq bażi full-time,
u ħaddiema oħra kif ikun meħtieġ minn żmien għal żmien.
