EŻAMIJIET TA’ L-UNIVERSITÀ ġ L.S.327.88 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.88
REGOLAMENTI GĦALL-EŻAMIJIET
TA’ L-UNIVERSITÀ
14 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 181 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviżi Legali 30 ta’ l-
1998 u 201 ta’ l-2002.
Titolu.
Eżamijiet ta’ l-Università .
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 30 ta’ l-1998;
A.L. 201 ta’ l-
2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw minn Mejju
2002 ’il quddiem.
REGOLAMENTI GĦALL-EŻAMIJIET TA’ L-UNIVERSITÀ
l. Provvedimenti Ġenerali
1.1 Is-suġġetti ta’ l-eżamijiet ikunu dawk li hemm preskritti
fir-regotamenti rilevanti.
Emendat:
A.L. 201 ta’ l-
2002.
1.2 Jekk ma jingħadx mod ieħor fir-regolamenti għal kors
partikolari:
(i) l-eżamijiet isiru f’zewġ sessjonijiet: normalment
f’Ġunju u f’Settembru;
(ii) l-istudenti jkunu mistennija li jagħmlu l-eżamijiet
tagħhom għas-sena akkademika partikolari f’dawn iż-
żewġ sessjonijiet;
(iii) jekk kandidat ikun nieqes f’suġġett jew f’aktar minn
suġġett wieħed f’sessjoni oħra barra sessjoni ta’ Ġunju
għal raġuni li titqies mis-Senat bħala valida u ’l fuq
mill-kontroll tiegħu, u ma jkunx hemm sessjoni
regolari ta’ l-istess eżami fit-tnax-il xahar ta’ wara,
huwa jitħalla jagħmel l-eżami f’dak is-suġġett jew
f’dawk is-suġġetti f’sessjoni speċjali;
(iv) jekk kandidat ikun nieqes f’sessjoni ta’ Ġunju għal
raġuni li titqies mis-Senat bħala valida u barra mill-
kontroll tiegħu, s-Senat jista’ jħalli lil kandidat li
jagħżel li f’Settembru jagħmel jew l-eżamijiet kollha li
kellu jagħmel f’Ġunju li jkunu meqjusa bħala li saru l-
ewwel darba, jew l-eżami li ma resaqx għalih bħala
eżami riparatorju,
sakemm li d-Dekan flimkien mal-Kap tad-Dipartiment
ikkonċernat jista’ bl-approvazzjoni tar-Rettur,
jikkonċedi li l-kandidat jagħmel l-eżami/l-eżamijiet li
tilef matul sessjoni speċjali li ssir fi żmien ġimgħatejn
mill-ġurnata meta l-eżami li tilef kien sar;
(v) jekk biex ikun eliġibbli biex jagħmel l-eżamijiet finali,
student ikun jonqsu element wieħed, bħal per eżempju
kredtu għal taqsima studju waħda, ir-Rettur, fuq il-
parir tad-Dekan jew uffiċjal akkademiku ta’ l-
2 L.S.327.88 ħ EŻAMIJIET TA’ L-UNIVERSITÀ
Università  ieħor ekwivalenti, jista’ jawtorizza li l-
istudent jagħmel dak l-eżami b’dawk il-kondizzjonijiet
li jidhrulu meħtieġa biex jiżgura kompensazzjoni
adekwata għall-element nieqes imsemmi aktar qabel;
(vi) ir-rego1amenti 1.2(iii) u 1.2(iv) għandhom japplikaw
mutatis mutundis fil-każ ta’ assenza waqt eżamijiet li
jsiru matul sessjonijiet ta’ l-eżamijiet oħra li
eċċezzjonalment isiru f’dati oħra barra minn f’Ġunju u
f’Settembru.
2. Il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi
2.1 Ikun hemm Bord ta’ l-Eżaminaturi għal kull suġġett ta’ l-
eżami.
2.2 (a) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jkun normalment magħmul
mill-kap tad-dipartiment, jew mill-ko-ordinatur tal-
qasam ta’ studji li jipprovdi l-parti ewlenija tat-
tagħlim, bħala chairman, u minn żewġ eżaminaturi
oħra; bil-kondizzjoni li s-Senat, skond il-parir tal-Bord
tal-Fakultà  kkonċernata, jista’ jirrakkomanda lill-
Kunsill li jżid l-għadd ta’ l-eżaminaturi f’suġġett
partikolari.
(b) Meta s-Senat iqis li dun hu xieraq, eżaminaturi
addizzjonali jinħatru għal taqsimiet speċifiċi ta’ l-
eżami. Dawn l-eżaminaturi addizzjonali jieħdu sehem
fid-deliberazzjonijiet tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi iżda
biss sakemm dawn jikkonċernaw lil dawk it-taqsimiet
ta’ l-eżanni li huma mdaħħlin fihom huma.
(ċ) Eżaminaturi barranin, meta jkunu maħtura, ikunu
addizzjonali għall-formazzjoni normali tal-Bord ta’ l-
Eżaminaturi.
(d) Għalliem li mhux membru tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi
jista’ jkun mistenni mill-Bord li jgħinhom f’xi taqsima
ta’ l-eżami fis-suġġett li hu jgħallem.
(e) Meta hu xieraq, Bord ta’ Fakultà  għandu jaħtar
moderatur ta’ l-eżamijiet, megħjun minn sotto-kumitat,
bil-kondizzjoni li dan il-provvediment għandu japplika
dejjem fil-każ ta’ l-eżami ta’ teżijiet.
2.3 (a) Membru ta’ Bord ta’ l-Eżaminaturi (li jinkludi lil dawk
li jħejju l-karta u li jimmarkaw) jkun skwalifikat milli
jeżamina:
(i) jekk hu qarib tal-kandidat b’konsangwinità  jew
b’affinità  sat-tielet grad inkluż;
(ii) jekk huwa, f’xi żmien matul is-sena akkademika
li l-eżami jirreferi għaliha, kien kustodju ta’
kandidat jew ta lezzjonijiet privati fis-suġġett ta’
l-eżami;
(iii) fil-każ ta’ l-Eżamijiet tal-Matrikola u ta’ l-
Eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni
Sekondarja, ukoll jekk hu kien, għal xi żmien
matul it-tnax-il xahar qabel l-eżami kkonċernat,
EŻAMIJIET TA’ L-UNIVERSITÀ ġ L.S.327.88 3
għalliem ta’ xi kandidati fis-suġġett ta’ l-eżami
jew suġġett qrib ħafna.
(b) Il-panel tal-markers jista’ jikkonsidra l-evalwazzjoni
tal-proġetti u/jew tal-profiċjenza orali li jagħtuh
għalliema awtorizzati skond il-proċeduri stabbiliti
mill-Bord.
(ċ) Ir-Rettur, wara li jikkonsulta d-Dekan tal-Fakultà
kkonċernata, għandu jaħtar eżaminatur ieħor minflok
il-membru li ġie skwalifikat.
2.4 Jekk, qabel jew matul il-kors ta’ l-eżami, ir-Rettur hu
sodisfatt li membru tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi ma jistax jaqdi jew
ikompli jaqdi d-dmirijiet tiegħu, huwa, wara konsultazzjoni mad-
Dekan tal-Fakultà  kkonċernata, jaħtar eżaminatur ieħor minflok
dak il-membru.
2.5 Fejn l-eżaminatur li hu mbiddel skond it-termini ta’ 2.3 jew
2.4 imsemmija huwa c-chairman tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, ir-
Rettur jaħtar chairman ġdid li jrid ikun il-kap ta’ dipartiment ieħor
fi ħdan l-istess Fakultà  jew lettur mid-dipartiment ikkonċernat, u
eżaminaturi sostituti ohra kif ikun meħtieġ.
2.6 Valutazzjoni tax-Xogħol fil-Kors: Studenti li huma mitluba
mir-regolamenti biex jiksbu kredtu jkunu normalment evalwati
mill-lettur reponsabbli għat-taghlim tat-taqsima studju rilevanti. Il-
Kap tad-Dipartiment jew il-Koordinatur tal-kors ikun il-moderatur.
Jekk il-persuna responsabbli mit-tagħlim tat-taqsima studju tkun
hija nfisha l-Kap tad-Dipartiment jew il-Ko-ordinatur tal-Kors,
allura d-Dekan tal-Fakultà  jew id-Direttur ta’ l-Istitut ikun il-
moderatur.
Proċeduri għall-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi
3.1  Suġġett  għall-provvedimenti ta’ dawn ir-regolamenti u
ghal linji ta’ gwida magħmulin mis-Senat il-Bord ta’ l-Eżaminaturi
jiddetermina l-proċeduri li għandhom jittieħdu għat-tmexxija ta’ l-
eżami:
Iżda kull  membru tal-Bord jieħu sehem għallinqas f’parti
mill-eżami ta’ kull kandidat.
3.2 Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi, meta jiġġudika l-merti tal-
kandidati, jista’ jqis mhux biss x’għamlu matul l-eżami iżda wkoll
ix-xogħol tagħhom fis-suġġett matul il-kors.
3.3 Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi jsiru
b’maġġoranza ta’ voti. Ebda eżaminatur ma jista’ jastjeni fil-
votazzjoni. Fii-każ ta’ voti ndaqs, iċ-chairman jkollu u jagħti t-
tieni vot:
Iżda jkun sewwa għaċ-chairman li jikkonsidra l-materja
bħala li ġiet deċiża mill-Bord jekk il-kunsens ġenerali fost il-
membri jidher li jkun favur deċiżjoni bħal din u ebda vot ma jkun
mitlub:
Iżda jekk eżaminatur barrani ma jistax jieħu sehem fid-
deliberazzjonijiet finali tal-Bord għaliex ikun imsiefer, ikun skond
il-liġi għall-membri l-oħra tal-Bord li jieħdu deċiżjonijiet fin-
nuqqas tiegħu sakemm xi fehmiet li hu jkun ifisser bil-kitba jiġu
4 L.S.327.88 ħ EŻAMIJIET TA’ L-UNIVERSITÀ
kkonsidrati u d-deċiżjoni finali hi aċċettabbli għalih.
3.4 Il-membri tal-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi jqisu bħala
kunfidenzjali kull ħaġa marbuta ma’ dawn il-proċedimenti.
4. Eżamijiet li jinvolvu aktar minn suġġett wieħed
4.1 Meta r-regolamenti ta’ kors jitolbu li r-riżultati ta’ eżami li
jinvolvi aktar minn suġġett wieħed jiġu ppubblikati bħala ħaġa
waħda, il-proċedimenti adottati biex jinkiseb dan ir-riżultat
għandhom jikkunsidraw il-linji ta’ gwida maħruġa mis-Senat għal
dan il-għan.
5. Il-Bordijiet tal-Klassifikazzjoni tal-Gradi
5.1 Sakemm ma jingħadx mod ieħor fir-regolamenti għal kors
partikolari, jew il-kors jikkonsisti minn qasam ta’ studju wieħed
biss:
(a) kull meta r-regolamenti ta’ kors jipprovdu li grad/
diploma tiġi kklassifikat/a, għandu jkun hemm Bord
tal-Klassifikazzjoni tal-Gradi;
(b) kull Bord ta’ Klassifikazzjoni għandu jkun magħmul
miċ-Chairman tal-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi ta’ l-
eżami finali għal kull qasam ta’ studju fil-kors u l-
eżaminaturi barranin. Il-Bord jitmexxa mid-Dekan tal-
Fakultà  jew, fin-nuqqas tiegħu, minn wieħed mic-
Chairmen tal-Bordijiet ta’ l-Eżamijiet, elett biex
imexxi l-laqgħa mill-membri l-oħra tal-Bord. Il-Bord
jista’ jsejjaħ lil kwalunkwe eżaminatur ieħor biex jieħu
sehem bħala advisor;
(ċ) il-Bordijiet tal-Klassifikazzjoni jimxu mutatis
mutandis fuq il-proċeduri kif imsemmija fir-
regolamenti 3.2 u 3.3.
Reviżjoni tal-Karti ta’ l-Eżami
6.1 Suġġett għall-provvedimenti ta’ regolamenti u għal linji ta’
gwida magħmulin mill-awtorità  rilevanti ta’ l-Università , kandidat
jista’ fi żmien ġimgħatejn mill-pubblikazzjoni tar-riżultat ta’ l-
eżami jitlob li ssir reviżjoni ta’ l-iskritt ta’ l-eżami tiegħu bil-għan
li jiġi aċċertat li ma sar ebda żball fl-għoti tal-marki jew grad
miksub f’karta ta’ l-eżami partikolari.
6.2 Ir-reviżjoni ta’ l-iskritti ta’ l-eżami ssir mill-istess Bord ta’
Eżaminaturi flimkien ma’ eżaminatur addizzjonali maħtur mis-
Senat għal dan l-għan. Il-provvedimenti tar-regolament 3 japplikaw
mutatis mutandis.
6.3 Id-deċiżjoni akkademika ta’ l-eżaminaturi oriġinali ma
terġax titqies mill-ġdid mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi li qed
jikkonsidra l-appell u r-riżultat jiġi mibdul biss, jekk il-bidla tkun
tista’ tiġi ġġustifikata b’kriterji oġġettivi.
6.4 Ir-riżultat tar-reviżjoni tal-karti jiġi kkomunikat lill-
kandidat f’forma ta’ rapport qasir li jagħti l-motivazzjoni tar-
riżultat.
6.5 Jekk it-talba tar-reviżjoni tkun ġustifikata, l-informazzjoni
kollha, inkluż it-tibdil possibli fil-klassifikazzjoni finali, tkun
EŻAMIJIET TA’ L-UNIVERSITÀ ġ L.S.327.88 5
emendata skond il-ħtieġa, u kull ħlas imħallas b’konessjoni ma’ l-
appell jingħata lura.
Emendat:
A.L. 30 ta’ l-1998.
Ħtiġiet speċjali
7.1 L-Università  tieħu passi ħalli fejn hu possibbli, jsiru
provvedimenti biex ikunu ta’ għajnuna biex persuni bi ħtiġiet
speċjali jkunu jistgħu jersqu għall-eżamijiet tagħha, sakemm l-
għajnuna li tingħata ma tkunx ta’ vantaġġ mhux mistħoqq għall-
kandidat. Kull għajnuna mogħtija b’dan il-mod għandha tkun taħt
il-kontroll sħiħ ta’ l-Università .
7.2 Il-kandidati b’disabilità  jistgħu jingħataw l-għażla li jkunu
eżentati milli jiġu eżaminati f’element partikolari ta’ l-eżami,
bħalma huma l-ortografija (f’eżami mhux ta’ lingwa), l-orali jew il-
prattiku. Meta l-kandidati jaċċettaw l-ghażla, iċ-ċertifikati
għandhom jindikaw dan kif ġej:
"Arranġamenti speċjali kienu magħmula biex l-
kandidat ikun evalwat f’dan is-suġġett. Id-dettalji
jistgħu jinkisbu mingħand ir-Reġistratur."
Ċertifikati bħal dawn għandhom jinħarġu biss meta ma
jinstab l-ebda mezz ieħor kif kandidati b’disabilità  jingħataw
għajnuna biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-eżami.
