KORS GĦAD-DIPLOMA IN COMMERCE - DIP. COM. ġ L.S.327.89 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.89
REGOLAMENTI GĦALL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
COMMERCE - DIP. COM.
14 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 182 ta’ l-1997.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Commerce - Dip. Com.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy; ù
"id-Diploma" ifisser id-Diploma in Commerce - Dip. Com.;
"il-kors" tfisser il-kors li jwassal għad-Diploma.
Applikabilità .
l996 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
għotja tad-
Diploma.
3. Sabiex ikun eleġibbli għall-għotja tad-Diploma, kandidat
għandu:
(a) ikun reġistrat bħala student regolari skond ir-
Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jissodisfa kull rekwiżit speċjali għall-kors;
(ċ) jtemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa kull rekwiżit ieħor kif imniżżei f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) jissodisfa kull rekwiżit ieħor imniżżel fi statuti u
regolamenti oħra rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
żmien speċifikat mill-Uffiċċu tar-Reġistratur.
Il-kors ta’ l-istudji.
mitmum f’perijodu minimu ta’ żewġ semestri u żmien massimu ta’
tliet semestri fuq bażi full-time jew l-ekwivalenti tagħhom fi studju
fuq bażi part-time.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
jingħataw mhux inqas minn 28 kredtu fil-moduli li ġejjin:
Ekonomija, Accountancy, Finance, Management, Business
Computer Applications, u Behavioural Studies.
(3) Katalogu tat-taqsimiet studju bil-kredti assenjati għal kull
taqsima għandu jiġi approvat mill-Bord tal-Fakultà  u għandu jiġi
ppublikat qabel il-bidu tal-kors. Xi taqsimiet studju jistgħu jiġu
indikati bħala obbligatorji u oħrajn bħala fakultativi.
(4) F’kull semestru tal-kors, il-kandidati għandhom jiġu
ttestjati fit-taqsimiet studju koperti f’dak is-semestru skond il-
kriterji stabbiliti mill-Bord.
2 L.S.327.89 ħ KORS GĦAD-DIPLOMA IN COMMERCE - DIP. COM.
(5) Il-gradi li ġejjin għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tal-
kredti: A, B, C, D u F f’ordni mill-ogħla sa l-inqas mertu, fejn F
tindika li l-istudent weħel.
(6) Kandidat li jeħel f’xi taqsinna studju jista’ jitħalla jerġa’
jagħmel it-test għal darba oħra biss. L-ogħla grad li kandidat jista’
jingħata fit-test li jerġa’ jsir huwa D.
L-eżami finali. 6. (1) L-eżami finali komprensiv bil-miktub għandu jsir fit-
tmiem tal-kors. Dawk il-kandidati biss li għandhom mill-inqas 26
kredtu għandhom jitħallew jidħlu għall-eżami.
(2) Kandidat li jeħel fl-eżami finali jista’ jitħalla jagħmel
eżami supplementari f’darba waħda biss.
L-iggradar finali. 7. (1) Ir-riżultati finali għandhom ikunu bbażati fuq il-kredti
miksuba u fuq l-eżami finali, filwaqt li l-kredti għandhom 30% tal-
weighting għall-għotja tal-grad finali u l-eżami finali għandu l-
bqija, jiġifieri 70% tal-weighting.
(2) Kandidat m’għandux jingħata d-Diploma jekk ma jgħaddix
fl-eżami finali.
(3) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għad-Diploma
għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku f’dawn il-kategoriji:
Għadda b’Distinsjoni
Għadda.
