GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY 
- PH.D - FIL-FAKULTÀ  TA’ L-ARTI ġ L.S.327.91 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.91
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
PHILOSOPHY - PH.D - FIL-FAKULTÀ  TA’ L-ARTI
14 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 186 ta’ l-1997.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - fil-Fakultà  ta’ l-Arti.
(2) F’dawn l-ordinamenti kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arti;
"il-Fakultà " tfisser il-Fakultà  ta’ l-Arti; u
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D.
Applikabilità .
1992 ’il quddiem.
Rekwiżiti minimi 
għad-dħul.
3.  Il-kwalifikazzjoni minima għar-reġistrazzjoni għall-Grad
ta’ Ph.D. hija l-Master of Arts - M.A. - ta’ l-Università  ta’ Malta
jew l-ekwivalenti tagħha, u rakkomandazzjoni posittiva magħmula
mill-Kumitat tal-Fakultà  tal-Ph.D.
Sunt tat-teżi 
proposta.
4. Minbarra proposta komprensiva tar-riċerka, il-Bord jeħtieġ
mill-kandidat abbozz tal-proġett propost, li jinkludi s-sorsi u
materjal ta’ riċerka, ta’ madwar 800 kelma.
Superviżjoni.
superviżuri (li jistgħu jinkludu studjużi minn universitajiet
barranin) għandhom ikunu diskussi fid-Dipartiment/il-Bord ta’ l-
Istudji. ld-Dipartiment/il-Bord ta’ l-Istudji jirrakkomanda
superviżur/superviżuri lill-Bord biex wara jgħaddihom lis-Senat.
(2) Is-superviżur għandu jkun awtorità  stabilita fil-qasam
rispettiv tar-riċerka.
(3) Fil-każ ta’ aktar minn superviżur wieħed, dan jista’
jinkludi akkademiku ieħor mill-Università  ta’ Malta jew espert
magħruf li mhux membru ta’ l-Università  ta’ Malta.
L-awtentiċita tat-
teżi.
6. Teżi li qed tiġi sottomessa għas-superviżjoni u għall-eżami
fl-ebda każ ma tista’ tkun diġà  ġiet sottomessa għal grad jew
diploma xi mkien ieħor, u ma tistax tkun ġiet ippubblikata
indipendentement, kollha jew sostanzjalment, mill-kandidat.
Il-format u l-
preżentazzjoni tat-
teżi.
7. (1) Teżi għall-Ph.D. sottomessa lill-Fakultà  normalment
m’għandiex tkun inqas minn 70,000 kelma u aktar minn 90,000
kelma fit-tul, inklużi l-footnotes u l-bibliografija, iżda b’esklużjoni
ta’ l-isem u/jew l-indiċi analitiċi u xi appendiċi.
(2) Teżi għandha jkollha format ta’ riferenzi standard. Iżda,
id-diskrezzjoni tad-Dipartiment għandha tintuża til-każ ta’ stili u
modalitajiet speċifiċi.
2 L.S.327.91 ħ
GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY 
- PH.D - FIL-FAKULTÀ  TA’ L-ARTI
(3) Wara l-approvazzjoni formali tas-superviżur/superviżuri,
erba’ kopji għandhom ikunu ppreżentati liċ-chairperson tad-
dipartiment biex jgħaddihom lill-eżaminaturi rispettivi.
(4) Għall-finijiet ta’ l-eżami għandhom ikunu ppreżentati erba’
kopji llegati heat-hound (thermal binding). Meta t-teżi tkun
approvata, dawn il-kopji għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati llegati
f’forma aktar permanenti (preferibilment bil-qoxra iebsa) fi żmien
ta’ mhux aktar minn sitt ġimgħat wara l-eżami viva voce. Kopja
oħra, llegata bl-istess mod, għandha tkun ippreżentata lir-
Reġistratur biex dan jgħaddiha lis-sezzjoni tal-Melitensia fil-
Bibljoteka ta’ l-Università .
