KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PHARMACY (HONOURS) - B.PHARM. (HONS.) ġ L.S.327.93 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.93
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF PHARMACY (HONOURS) - 
B.PHARM. (HONS.)
18 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 190 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviż Legali 16 ta’ l-
2000.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Pharmacy (Honours) - B. Pharm.
(Hons.).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Mediċina u l-Kirurgija;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Pharmacy (Honours) -
B.Pharm. (Hons.);
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Bachelor of
Pharmacy (Honours) - B.Pharm. (Hons.).
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-2000.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
Eliġibbiltà  għall-
Grad.
3. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad kandidat għandu:
(a) ikun reġistrat bħala student regolari fil-kors skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt fl-istatuti u
regolamenti oħra ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-2000.
4. Biex jiġi reġistrat bħala student regolari fil-kors, barra li
jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali tad-dħul preskritti fir-Regolamenti
tad-Dħul ta’ l-Università , il-kandidat għandu jissodisfa dawn ir-
rekwiżiti speċjali għall-kors.
(a) Għall-korsijiet mibdija fl-1995 jew fl-1996:
Kwalifiki f’livell Avvanzat tal-Matrikola jew f’livelli
approvati li jikkorrispondu għalihom ta’ eżamijiet
ohrajn:
(i) fil-Kimika; u
(ii) f’żewġ suġġetti oħra minn dawn:
il-Fiżika, il-Bioloġija, il-Matematika, ix-Xjenza
tal-Kompjuter, il-Filosofija u l-Lingwa Ingliża.
(b) Għall-korsijiet li jibdew fl-1997 jew wara:
Il-kandidati għandhon joffru bħala parti miċ-Ċertifikat
2 L.S.327.93 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PHARMACY (HONOURS) - B.PHARM. (HONS.)
tal-Matrikola:
(i) ċertifikat li għaddew fil-Livell Avvanzat fil-
Kimika, u
(ii) ċertifikat li għaddew fil-Livell Avvanzat u
ċertifikat li għaddew fil-Livell Intermedju,
f’żewġ suġġetti magħżula minn fost il-
Matematika Applikata jew Pura, il-Bijoloġija, il-
Computing, l-Ingliż, il-Filosofija, il-Fiżika;
(ċ) Għall-korsijiet li jibdew fl-2001 jew wara:
Il-kandidati għandhon joffru bħala parti miċ-Ċertifikat
tal-Matrikola:
(i) ċertifikat li għaddew fil-Livell Avvanzat bi grad
Ċ jew aħjar fil-Kimika, u
(ii) ċertifikat li għaddew fil-Livell Avvanzat u
ċertifikat li għaddew fil-Livell Intermedju, fiż-
żewġ każijiet bi grad Ċ jew aħjar, f’żewġ
suġġetti magħżula minn fost il-Matematika
Applikata jew Pura, il-Bijoloġija, il-Computing,
l-Ingliż, il-Filosofija, il-Fiżika.
Struttura tal-kors. 5. (1) Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ ħames snin
akkademiċi ta’ studju full-time, u għandu jkun imqassam fi tliet
partijiet:
L-Ewwel Parti jew Sena Preliminari (l-Ewwel Sena),
it-Tieni Parti jew Snin Intermedji (it-Tieni, it-Tielet u
r-Raba’ Sena) u t-Tielet Parti jew is-Sena tal-Prattika u
Speċjalizzazzjoni (il-Ħames Sena).
(2) Il-kors għandu jikkonsisti f’taħriġ teoriku u prattiku fuq
bażi full-time, inkluż ta’ l-inqas sitt xhur taħriġ in-service ġo
spiżerija miftuħa għall-pubbliku jew fi sptar taħt is-superviżjoni
tad-Dipartiment Farmaċewtiku ta’ dak l-isptar.
(3) Kandidat ma jistax itemm il-kors qabel ħames snin jew
wara seba’ snin mill-ewwel reġistrazzjoni, ħlief f’ċirkostanzi
speċjali bil-permess tas-Senat li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord.
(4) Kull sena tal-kors għandha tikkonsisti f’żewġ semestri ta’
studju, u fl-ewwel sentejn tal-kors dawn iż-żewġ semestri
għandhom jiġu segwiti minn perijodu ta’ mhux inqas minn tmien
ġimgħat ta’ taħriġ prattiku taħt superviżjoni.
(5) Il-kors għandu jinkludi taħriġ kif ukoll prattiku. It-taħriġ li
jwassal għall-għoti tal-Grad għandu jiżgura:
(a) taghrif xieraq ta’ mediċina u sustanzi wżati fil-
manifattura ta’ mediċina;
(b) tagħrif xieraq ta’ Teknoloġija Farmaċewtika u l-
ittestjar fiżiku kimiku, bijoloġiku u mikrobijoloġiku
ta’ prodotti mediċinali;
(ċ) tagħrif xieraq tal-metaboliżmu u l-effetti ta’ prodotti
mediċinali u l-azzjoni ta’ sustanzi tossiċi, kif ukoll l-
użu ta’ prodotti mediċinali;
(d) tagħrif xieraq għall-valutazzjoni ta’ informazzjoni
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PHARMACY (HONOURS) - B.PHARM. (HONS.) ġ L.S.327.93 3
xjentifika li għandha x’taqsam ma’ mediċini sabiex
wieħed ikun jista’ jagħti tagħrif xieraq fuq il-bażi ta’
dan l-għarfien; u
(e) tagħrif xieraq dwar ir-rekwiżiti legali u oħrajn li
għandhom x’jaqsmu mal-prattika tal-Farmaċija.
(6) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
għandu jkun hemm assenjati mhux inqas minn 150 kredtu kif ġej:
(a) 107 kredtu f’taħriġ teoriku u prattiku fil-Bioloġija tal-
Pjanti u l-Annimali, Fiżika, Kimika Ġenerali,
Organika u Inorganika, Kimika Analitika, Kimika
Farmaċewtika li tinkludi analiżi ta’ prodotti
mediċinali, Biokimika Ġenerali u Applikata,
Anatomija u Fiżjoloġija, Mikrobijoloġija,
Farmakoloġija u Farmakoterapija, Teknoloġija
Farmaċewtika, Tossikoloġija, Farmakonjosija,
Leġislazzjoni u Etika Professjonali. Il-bilanċ bejn
taħriġ teoriku u prattiku għandu f’kull suġġett, jagħti
importanza suffiċjenti lit-teorija biex tinżamm il-
karatteristika universitarja fit-taħriġ;
(b) suġġetti fakultativi/elettivi li għalihom ma għandhomx
jingħataw aktar minn 8 kredti. Minn dawn il-kredti, 3
jiġu offruti għall-attivitajiet extrakurrikulari
fakultativi sakemm ma jingħatax aktar minn kredtu
wiehed fis-sena;
(ċ) rapport qasir (jew proġett) fuq aspett ta’ farmaċija
prattika approvat mill-Kap tad-Dipartiment li għalih
għandhom jingħataw għoxrin kredtu; u
(d) mill-inqas sitt xhur ta’ taħriġ in-service ġo spiżerija
miftuħa għall-pubbliku jew fi sptar taħt is-superviżjoni
tad-Dipartiment Farmaċewtiku ta’ dak l-isptar li
għalihom għandhom jingħataw 15-il kredtu.
(7) Il-Bord għandu jiġbor katalogu li jinkludi deskrizzjonijiet
tal-kors tat-taqsimiet studju għal kull sena tal-kors. Il-katalogu
għandu jindika l-kredti mogħtija lil kull taqsima studju u liema
taqsimiet huma obbligatorji. Il-Bord għandu jippublika l-katalogu
qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika.
(8) Il-Bord jista’ jeżenta kandidat mir-rekwiżiti li jikseb
kredtu jekk il-kandidat ikun kiseb mill-Università , jew istituzzjoni
magħrufa mis-Senat għal dan il-għan, kwalifika li l-Bord iqis li hija
ta’ l-anqas l-ekwivalenti fil-kontenut u l-livell li huwa mistenni fil-
kredtu rilevanti.
(9) Il-Bord jista’ jagħti l-permess lil kandidat illi jsegwi xi
taqsimiet studju f’Università  oħra jew f’istituzzjoni ta’ Tagħlim
Ogħla, sakemm f’dawn iċ-ċirkostanzi, il-kredti miksuba
f’istituzzjoni oħra jistgħu jiġu valuti skond il-kriterji stabbiliti mill-
Bord.
(10) In-numru massimu ta’ kredti li minnhom jista’ kandidat
jiġi eżentat matul il-kors għandu jkun ta’ 24 sakemm ma’ jingħatax
permess speċjali mis-Senat.
L-Ewwel Parti.
4 L.S.327.93 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PHARMACY (HONOURS) - B.PHARM. (HONS.)
għalihom mhux anqas minn 30 kredtu għandhom ikunu mogħtija
fil-Bioloġija tal-Pjanti u l-Annimali, Fiżika, Kimika Ġenerali,
Inorganika u Kimika Organika, Bijokimika Ġenerali, Anatomija u
Fiżjoloġija, Mikrobijoloġija, Metodi Matematiċi u Kura
Farmaċewtika.
(2) Biex itemm l-Ewwel Parti u biex ikun eleġibbli għat-Tieni
Parti tal-kors kandidat għandu jikseb mill-inqas 25 kredtu li
jinkludu dawk il-kredti kollha għat-taqsimiet studju ndikat mill-
Bord bħala obbligatorji u jgħaddi fl-eżami ta’ l-Ewwel Parti.
It-Tieni Parti. 7. (1) It-Tieni Parti għandha tikkonsisti f’taqsimiet studju li
għandhom jingħataw mhux inqas minn 90 kredtu fil-Kimika
Analitika, Kimika Mediċinali u Farmaċewtika li tinkludi analiżi ta’
prodotti mediċinali, Bijokimika Applikata, Mikrobijoloġija
Applikata, Farmakoloġija u Farmakoterapija, Teknoloġija
Farmaċewtika, Tossikoloġija, Farmakonjożija, Leġislazzjoni u
Etika Professjonali, u Kura Farmaċewtika.
(2) Sa mill-bidu tat-tieni sena tal-kors il-kandidati kollha
għandhom jaħdmu fuq proġett fuq xi aspett ta’ Farmaċija Prattika
approvata mill-Kap tad-Dipartiment.
(3) Fil-bidu tat-tieni semestru tar-raba’ sena l-kandidati jkunu
meħtieġa jagħżlu l-programm ta’ studju li se jsegwu fit-Tieni Parti
tal-kors.
(4) Biex itemm it-Tieni Parti u jkunu eliġibbli biex jirreġistraw
għat-Tielet Parti tal-kors kandidat għandu jikseb mill-anqas 75
kredtu li jinkludu dawk il-kredti kollha għat-taqsimiet studju
ndikati mill-Bord bħala obbligatorji u jkun għadda mill-eżami tat-
Tieni Parti.
It-Tielet Parti. 8. (1) It-Tielet Parti għandha tinkludi taqsimiet studju fil-
Kura Farmaċewtika u kontinwazzjoni u preżentazzjoni tal-proġett.
(2) Fit-Tielet Parti tal-kors il-kandidati jkunu meħtieġa jagħżlu
li jsegwu programm ta’ studju għal waħda minn dawn it-taqsiniiet
ta’ speċjalizzazzjoni li ġejjin:
(a) Farmaċija Klinika
(b) Analiżi Farmaċewtika.
(3) Il-kandidati kollha għandhom jagħmlu mill-inqas sitt xhur
ta’ taħriġ in-service ġo spiżerija miftuħa għall-pubbliku jew fi sptar
taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment Farmaċewtiku ta’ dak l-isptar.
Il-proġett. 9. (1) Protokol għall-proġett għandu jiġi ppreżentat fil-bidu
tat-tieni semestru tat-tieni sena.
(2) Rapport fuq il-progress tal-proġett għandu jiġi ppreżentat
mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar tar-raba’ sena u r-rapport sħiħ
sa l-aħhar ta’ Mejju tal-ħames sena.
(3) Sinteżi tal-proġett għandha tiġi ppreżentata sa Frar tal-
ħames sena.
Valutazzjoni u 
progress.
10. (1) Kredti għandhom jiġu mogħtija skond il-gradi li ġejjin
f’ordni dixxendenti ta’ mertu: A, B, Ċ, D u F, fejn F tindika li l-
kandidat weħel. Il-gradi jieħdu in konsiderazzjoni x-xogħol tal-
kors, testijiet bil-miktub u eżamijiet kif jiġi meqjus xieraq mill-
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PHARMACY (HONOURS) - B.PHARM. (HONS.) ġ L.S.327.93 5
Bord. Taħriġ prattiku jista’ jiġi fuq bażi ta’ Għadda/Weħel.
(2) Kandidat li ma jirnexxilux jikseb kredtu għal taqsima
studju għandu jitħalla jagħmel riparatorju darba matul l-istess sena
akkademika. Fir-rivalutazzjoni l-grad mogħti ma jistax ikun aktar
mill-grad ta’ D.
(3) Kandidat ma għandux jitħalla jgħaddi għas-sena ta’ wara
jekk ma jkollux il-kredti meħtieġa għat-taqsimiet studju indikat
bħala obbligatorji mill-Bord, ħlief bl-approvazzjoni tal-Bord.
(4) Kandidat li jonqos li jissoddisfa l-htiġiet biex jgħaddi
għas-sena ta’ wara tal-kors għandu jitħalla jirrepeti l-programm ta’
studju għas-sena li weħel, iżda l-ebda kandidat ma għandu jitħalla
jirrepeti sena aktar minn darba matul il-kors kollu u l-ebda kandidat
li rrepeta sena fil-kors ma għandu jitħalla jirrepeti sena oħra ħlief l-
aħħar sena, għajr f’ċirkostanzi straordinarji bl-approvazzjoni tas-
Senat.
(5) Kandidati li jitħallew jirrepetu sena jistgħu fid-
diskrezzjoni tal-Bord ikunu eżentati milli jiġu rivalutati fit-
taqsimiet studju li fihom ikunu kisbu kredtu matul is-sena li weħlu
fiha.
L-eżamijiet ta’ l-
Ewwel Parti, it-
Tieni Parti u t-
Tielet Parti.
11. (1) L-eżamijiet għandhom isiru fl-aħħar ta’ l-Ewwel Parti
u fl-aħħar ta’ l-aħħar sena tat-Tieni Parti u fl-aħħar tat-Tielet Parti.
Kandidati jistgħu jiġu meħtieġa jagħmlu test orali jew sessjoni
prattika f’kull suġġett.
(2) Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-
eżami ta’ l-Ewwel Parti:
(a) l-eżami jikkonsisti f’mhux aktar minn sitt karti bil-
miktub u jsir fit-tmiem tat-tieni semestru ta’ l-Ewwel
Sena tal-kors;
(b) kandidat li jeħel f’xi karta bil-miktub ta’ l-eżami
għandu jitħalla jagħmel riparatorju tal-karta/i li weħel,
darba, normalment f’Settembru. L-ogħla grad li jista’
jingħata għal sessjoni riparatorja huwa l-grad minimu
D;
(ċ) kandidat li jonqos li jissodisfa l-eżaminaturi f’sessjoni
riparatorja għandu jitqies bħallikieku weħel fl-eżami
kollu;
(d) kandidat li jeħel fl-eżami jista’ jitħalla mill-Bord
jerġa’ jagħmel l-ewwel sena tal-kors fl-okkażjoni li
jmiss. L-ebda kandidat ma jitħalla jirrepeti l-kors aktar
minn darba.
(3) Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-
eżami tat-Tieni Parti:
(a) l-eżami għandu jkun eżami sinottiku li jkopri t-Tieni
Parti tal-kors u jkun jikkonsisti f’mhux aktar minn
tmien karti bil-miktub u jsir fl-aħħar tat-tieni semestru
ta’ l-aħħar sena tat-Tieni Parti;
(b) sessjoni oħra ta’ l-eżami ssir f’Settembru ta’ wara;
(ċ) biex jissoddisfa r-rekwiżiti ta’ l-eżami kandidat
6 L.S.327.93 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PHARMACY (HONOURS) - B.PHARM. (HONS.)
għandu jgħaddi minn kull komponent ta’ l-eżami.
(4) Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-
eżami tat-Tielet Parti:
(a) l-eżami għandu jikkonsisti f’mhux aktar minn tliet
karti bil-miktub fil-Kura Farmaċewtika u tliet karti bil-
miktub, jew fil-Farmaċija Klinika jew fl-Analiżi
Farmaċewtika;
(b) kandidat li jonqos li jissodifa l-eżaminaturi fil-progett
jista’ jitħalla, fid-diskrezzjoni tal-Bord, jerġa’
jissottometti l-proġett sa mhux aktar tard mill-aħħar
ta’ Settembru ta’ dik is-sena. Jekk jgħaddi, l-ogħla
grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(5) F’kull suġġett ta’ l-eżamijiet l-ismijiet tal-kandidati li
jgħaddu għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku f’xi wieħed
minn dawn l-erba’ gruppi: A, B, Ċ u D, skond il-livell ta’ mertu.
Kandidat li ismu ma jidher f’ebda wieħed minn dawn il-gruppi
għandu jitqies li weħel mill-eżami kollu kemm hu. Ir-riżultat
ippubblikat ta’ l-eżami f’kull suġġett iqis il-partijiet kollha ta’ l-
eżami ta’ dak is-suġġett.
Ir-riżultati u l-għoti 
tal-Grad.
12. (1) Biex jingħata l-Grad, kandidat għandu:
(a) jkollu mill-inqas 125 kredtu inkluża kwalifika fil-
proġett;
(b) jkun għadda fl-eżamijiet kollha ta’ l-Ewwel, it-Tieni u
t-Tielet Parti.
(2) Il-gradi allokati għall-bżonnijiet tal-klassifikazzjoni tal-
kandidati għandhom ikunu kif ġejjin:
30% għax-xogħol tal-kors
15% għall-proġett
55% għall-eżamijiet, ta’ l-Ewwel Parti (5%), it-Tieni
Parti (20%) u t-Tielet Parti (30%).
(3) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad jew għall-B.Pharm. għandhom jiġu ppubblikati f’ordni
alfabetiku skond il-klassifikazzjonijiet li ġejjin:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi Bl-Unuri
Għadda mingħajr Unuri.
(4) Għandha tiġi ppubblikata lista’ separata ta’ dawk il-
kandidati li għalkemm ma jitqiesux denji ta’ Grad bl-Unuri, huma
meqjusin mill-eżaminaturi li għandhom mertu biżżejjed biex
jingħataw Grad ta’ Għadda.
(5) L-ebda kandidat ma jista’ jingħata l-Unuri jekk huwa ma
jgħaddix l-eżami finali ma l-ewwel darba fi żmien ħames snin mill-
ewwel darba li daħal fil-kors.
