KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE IN INFORMA-
TION TECHNOLOGY - B.SC. I.T. - U TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
IN INFORMATION TECHNOLOGY (HONOURS) - B.SC. I.T. (HONS.) ġ L.S.327.94 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.94
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE IN INFORMATION 
TECHNOLOGY - B.SC. I.T. - U TA’ BACHELOR OF 
SCIENCE IN INFORMATION TECHNOLOGY 
(HONOURS) - B.SC. I.T. (HONS.)
18 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 191 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviżi Legali 169, 207
u 233 ta’ l-1998, 73 ta’ l-2000 u 91 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Emendat:
A.L. 233 ta’ l-
1998.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir regolamenti hu Regolamenti tal-
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Science in Information Technology
- B.Sc. I.T. - u ta’ Bachelor of Science in Information Technology
(Honours) - B.Sc. I.T. (Hons.).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji għat-Teknoloġija ta’ l-
Informatika maħtur mis-Senat minn fost il-membri tad-Dipartiment
tal-Computer Information Systems, Computer Science and
Artificial Intelligence u Communications  and Computer
Engineering;
"il-Grad", ħlief fejn dan it-test huwa wżat speċifikatament għall-
grad ta’ B.Sc. I.T. ordinarja msemmija f’dawn ir-regolamenti,
ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Science in Information Technology
(Honours) - B.Sc. I.T. (Hons.);
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1998;
A.L. 207 ta’ l-
1998;
A.L. 233 ta’ l-
1998;
A.L. 73 ta’ l-2000;
A.L. 91 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw minn Ottubru
2002 ’il quddiem.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad kandidat għandu:
(a) ikun reġistrat bħala student regolari fil-kors skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt f’dawn ir-
regolamenti; u
(c) jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt fi statuti u
f’regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
2 ġ L.S.327.94
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE IN INFORMA-
TION TECHNOLOGY - B.SC. I.T. - U TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
IN INFORMATION TECHNOLOGY (HONOURS) - B.SC. I.T. (HONS.)
Reġistrazzjoni u 
ħtiġiet speċjali tal-
kors.
Emendat:
A.L. 91 ta’ l-2003.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2),
biex kandidat ikun jista’ jiġi rreġistrat bħala student regolari fil-
kors għandu, barra li jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali tad-dħul
speċifikati fir-Rego1amenti għad-Dħul ta’ l-Università:
(a) għall-korsijiet li jibdew fl-1995 u fl-1996, ikun fil-
pussess ta’ żewġ passes fil-Livell Avvanzat tal-
Matrikola fil-grad C jew aħjar fil -
(i) Pure Mathematics
(ii) suġġett ieħor mill-lista ta’ hawn taħt:
Computing
Applied mathematics
Economics
Chemistry
Philosophy
Information Technology
Biology
English
Music
Physics;
(b) għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 1997 jew wara,
kiseb pass bi Credit jew Distinction fil-Pure
Mathematics u suġġett ieħor inkluż fil-lista murija fil-
paragrafu (a)(ii), jew, kif approvat mill-Bord, fil-
Livell Avvanzat bħala parti mill-Eżami għaċ-Ċertifikat
tal-Matrikola; jew
(ċ) skond ir-regolament 6.3 tar-Regolamenti għad-Dħul
ikun:
(i) għadda fl-Eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-
Edukazzjoni Sekondarja f’ħames suġġetti li
jinkludu l-Ingliż u l-Malti; u
(ii) għadda mis-Systems of Knowledge fil-Livell
Intermedju tal-Matrikola; u
(iii) għadda fil-Livell Avanzat fil-Matematika Pura
bi Grad Ċ jew aħjar fl-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-
Matrikola ta’ l-Università  jew f’livell
korrispondenti ta’ eżamijiet oħra rikonoxxuti
mis-Senat għall-għan tar-Regolamenti għad-
Dħul; u
(iv) jew
(a) kiseb il-Higher Technician Diploma tas-
City and Guilds of London Kors Nru. 8000
fl-Inġinerija Elettrika; jew
(b) kiseb id-Diploma in Industrial Electronics,
bi kredtu taċ-Ċentru tat-Taħriġ Fellenber;
jew
(ċ) kiseb l-Advanced Diploma in Applied
Information Technology tas-City and Guilds
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE IN INFORMA-
TION TECHNOLOGY - B.SC. I.T. - U TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
IN INFORMATION TECHNOLOGY (HONOURS) - B.SC. I.T. (HONS.) ġ L.S.327.94 3
of London Institute Kos Nru. 7235; jew
(d) kiseb kwalifika oħra minn Istitut rikonoxxut
u kkunsidrata mill-Bord bħala ekwivalenti
għal (a), (b) jew (ċ).
(2) Kandidat, li huwa gradwat ta’ Università  jew għandu
kwalifiki ohra li huma kkunsidrati suffiċjenti, jista’ jiġi eżentat
mill-Bord tad-Dħul ta’ l-Università , fuq il-parir tal-Kumitat tal-
Bord ta’ l-Istudji għad-Dħul, minn kollha jew parti minn dawn ir-
rekwiżiti speċjali tal-kors.
L-istruttura tal-
kors.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1998;
A.L. 207 ta’ l-
1998.
5. (1) Il-kors għandu normalment jestendi fuq perijodu ta’
erba’ snin ta’ studji full-time u jkun maqsum f’żewġ partijiet: L-
Ewwel Parti u t-Tieni Parti.
(2) Fl-ewwel sentejn (l-Ewwel Parti) ġabra ta’ taqsimiet
għandhom jiġu offruti li jkopru Informatics, Computer Science u
Computer Systems Engineering flimkien ma’ xi taqsimiet
komplimentarji obbligatorji f’suġġetti mixxelanji bħal Matematika,
Statistika, Operations Research u Management. L-għan ta’ l-ewwel
sena huwa li tingħata perspettiva wiesgħa ta’ kun‘ċtti varji fl-
Information Technology u kif jirrelataw bejniethom: it-taqsimiet ta’
l-ewwel sena huma msemmija bħala Introductory Units. It-tieni
sena tirfina l-ispirtu ta’ l-ewwel sena billi tesponi l-istudenti għall-
foundation topics f’ċertu detall. It-taqsimiet tat-tieni sena huma
referiti bħala Intermediate Units.
(3) Sa l-aħhar tat-tieni sena l-kandidati għandhom jiddeċiedu
fuq linja speċifika: Informatika, Computer Science, jew Computer
Systems Engineering. Fit-tielet u r-raba’ sena (it-Tieni Parti) il-
kandidat ikun mistenni jikkonċentra fuq linja speċifika magħżula
kif speċifikat fis-subregolament (6). It-taqsimiet tat-Tieni Parti
huma magħrufin bħala Advanced units. Advanced units huma
taqsimiet ta’ tlett kredti maqsumin f’żewġ partijiet: l-ewwel waħda,
li tiswa kredtu wieħed, hija koperta fit-tielet sena (l-ewwel sena tat-
Tieni Parti), it-tieni waħda li tiswa żewġ kredti fir-raba’ sena (it-
tieni sena tat-Tieni Parti).
(4) Il-Grad ikun ikkwalifikat bl-isem tal-linja magħżula fl-
aħħar tat-Tieni Sena: Informatika, Computer Science jew Computer
Systems Enyineering.
(5) Id-Dipartimenti tal-Computer Information Systems,
Computer Science and Artificial Intelligence u Communication u
Computer Engineering ikunu responsabbli, rispettivament, għall-
linji fl-Informatika, Computer Science u Computer Systems
Engineering.
(6) Il-kors jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom mhux
inqas minn 103 kredtu għandhom jiġu assenjati kif ġej:
(a) fl-ewwel sena, 28 kredtu: 21 kredtu għall-Introductory
units, 4 kredti għat-taqsimiet studju kumplimentarji
obbligatorji u 3 kredti fakultattivi, li wieħed minnhom
jista’ jkun kredtu extra-kurrikulari;
(b) fit-tieni sena, 29 kredtu: 20 kredtu għall-Introductory
units, 6 kredti għal taqsimiet studju kumplimentari
4 ġ L.S.327.94
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE IN INFORMA-
TION TECHNOLOGY - B.SC. I.T. - U TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
IN INFORMATION TECHNOLOGY (HONOURS) - B.SC. I.T. (HONS.)
obbligatorji, u 3 kredti fakultattivi, li wieħed minnhim
jista’ jkun kredtu extra-kurrikulari;
(ċ) fit-tielet sena, 24 kredtu: 12 li jinkisbu għax-xogħol
speċifiku fil-qasam magħżul, minimu ta’ 6 kredti
għall-ewwel parti ta’ l-Advanced units fil-qasam
magħżul, 6 kredti miksuba minn fost l-ewwel parti ta’
l-Advanced units f’xi qasam; u
(d) fir-raba’ sena, 25 kredtu: 10 minnhom li jinkisbu
għall-proġett estensiv fil-linja magħżula kif inhu
approvat mid-Dipartiment rispettiv responsabbli, 8 jew
10 kredti għat-tieni parti ta’ l-Advanced units fil-linja
magħżula u 4 jew 2 kredti li jibqa’ għat-tieni parti ta’
l-Advanced units f’xi linja/linji minbarra dik magħżula
mill-istudent meta jidhol għat-tieni parti tal-kors.
(7) Il-Bord għandu jagħmel katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull sena tal-kors. Il-katalogu għandu jindika l-kredti mogħtija għal
kull taqsima studju, liema taqsimiet huma obbligatorji u liema
taqsimiet għandhom bżonn pre-rekwiżiti. Il-Bord għandu
jippubblika l-katalogu qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika.
(8) Il-Bord jista’ jeżenta kandidat mir-rekwiżit li jikseb
taqsima studju jekk hu jkun kiseb mill-Università , jew istituzzjoni
rikonoxxuta mis-Senat għal dak il-għan, kwalifika li għaliha l-
istudju, fl-opinjoni tal-Bord, huwa għall-inqas ekwivalenti fil-
kontenut u livell għal dak mehtieġ għat-taqsima studju rilevanti.
(9) Kandidat ma jistax itemm il-kors iktar kmieni minn erba’
snin jew iktar tard minn ħames snin mill-ewwel reġistrazzjoni, ħlief
f’ċirkostanzi speċjali bil-permess tas-Senat, fuq il-parir tal-Bord.
(10) Kull sena tal-kors għandha tikkonsisti f’żewġ semestri ta’
studju. Il-kandidati huma mistennija wkoll jagħmlu perijodu ta’
mhux anqas minn erba’ ġimgħat ta’ xogħol fl-industrija tat-
Teknoloġija ta’ l-Informatika kif indikat mill-Bord li normalment
għandu jsir fit-tieni sena fl-aħħar żewġ ġimgħat ta’ Ġunju u fl-
ewwel żewġ ġimgħat ta’ Lulju.
Valutazzjoni u 
progress.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1998;
A.L. 207 ta’ l-
1998;
A.L. 233 ta’ l-
1998;
A.L. 73 ta’ l-2000.
6. (1) Il-kredti għandhom jiġu mogħtija skond il-gradi li
ġejjin li jibda mill-ogħla mertu u jasal sa l-inqas A, B, C, D u F fejn
F tindika li student ikun weħel. Il-gradi jieħdu f’konsiderazzjoni l-
ħidma tal-kandidati fix-xogħol fil-kors, orali u testijiet bil-miktub
kif meqjus xieraq mill-Bord fuq il-parir tad-Dipartiment rispettiv
responsabbli.
(2) Kandidati li, fi kwalunkwe sena tal-kors, jeħlu f’taqsimiet
ta’ studju li għalihom huma assenjati aktar minn 8 kredti, ma
għandhomx jitħallew jipproċedu għas-sena ta’ wara tal-kors.
(3) Kandidat li mhuwiex ristrett milli jipproċedi taħt is-
subregolament (2) u li ma jirnexxielux jikseb il-kredtu għal taqsima
studju fl-ewwel sessjoni jista’ jerġa’ jkun valutat f’dik it-taqsima
studju darba biss. Fir-re-valutazzjoni l-grad mogħti ma jistax
jeċċedi l-grad D.
(4) Kandidat li wara re-valutazzjoni jerġa’ jeħel f’erbgħa jew
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE IN INFORMA-
TION TECHNOLOGY - B.SC. I.T. - U TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
IN INFORMATION TECHNOLOGY (HONOURS) - B.SC. I.T. (HONS.) ġ L.S.327.94 5
iżjed kredti jew ma jirnexxielux itemm b’suċċess xi taqsima studju
obbligatorja, ma għandux jitħalla jipproċedi għas-sena li ġejja.
(5) Testijiet riparatorji bil-miktub għandhom isiru f’Settembru
biss.
(6) Kandidat li ma jirnexxielux jissodisfa l-ħtiġiet biex
jipproċedi għas-sena li ġejja tal-kors ikun jista’ jitħalla jirrepeti l-
programm ta’ studju għas-sena, sakemm hu ma jkunx ġa rrepeta xi
sena matul il-kors (minbarra f’ċirkostanzi straordinarji bl-
approvazzjoni tas-Senat).
(7) Kandidati li jitħallew jirrepetu xi sena jistgħu fid-
diskrezzjoni tal-Bord jiġu eżentati mir-re-valutazzjoni ta’ taqsima
studju li għaliha kisbu kredtu matul is-sena li weħlu fiha.
(8) Fl-Ewwel Parti l-kandidati għandhom jiġu ttestjati fit-
taqsimiet studju mitmuma f’semestru fl-aħħar ta’ dak is-semestru.
(9) Kandidat għandu jitħalla jkompli għat-tieni parti jekk ikun
kiseb minimu ta’ 53 mis-57 kredtu preskritti fir-regolament 5(6)(a)
u (b), inklużi l-kredti obbligatorji kollha. Barra minn dan, il-
kandidat għandu jkun temm għas-sodisfazzjon tal-Bord għall-anqas
erba’ gimghat ta’ xogħol fl-industrija ta’ l-I.T. skond il-parir tal-
Bord.
(10) Fl-ewwel sena tat-Tieni Parti (it-tielet sena) il-kandidati
għandhom:
(a) jiksbu it-tnax-il kredtu allokati għal xogħlijiet prattiċi
assenjati maħsuba biex jiġbru l-kapaċitajiet prattiċi
f’xi linja magħżula. Il-gradi għandhom jiġu assenjati
skond il-kwalità  ta’ rapport miktub li jiddokumenta l-
prova magħmula biex jintemmu x-xogħlijiet, il-kwalità
ta’ artifatti magħmula jew riżultati miksuba u l-ħidma
tal-kandidat f’test orali li għandu x’jaqsam mal-
materja li tidħol fix-xoghlijiet;
(b) jiksbu minimu ta’ 8 minn 12 il-kredtu assenjati lit-
taqsimiet studju skond il-ħidma f’testijiet bil-miktub.
Taqsimiet studju mtemma f’xi semestru għandhom
jiġu ttestjati fl-aħħar ta’ dak is-semestru.
(11) Kandidat li ma jirnexxielux jissodisfa l-eżaminatur fix-
xogħlijiet prattiċi jista’, fid-diskrezzjoni tal-Bord, jerġa’ jiġi
eżaminat permezz ta’ viva voce. Jekk jgħaddi l-ogħla grad li jista’
jingħata għandu jkun D. Jekk ma jgħaddix, jeħel għall-Grad tkun xi
tkun il-ħidma fil-karti bil-miktub sakemrn ma jkunx għadu jista’
jagħżel li jirrepeti s-sena u jagħżel li jaghmel hekk.
(12) (a) Kandidat li jeħel f’iktar minn erba’ kredti tat-taqsimiet
studju tat-tielet sena u li għadu ma użax l-għażla li
jirrepeti s-sena ma għandux jitħalla jagħmel
valutazzjonijiet riparatorji u ma għandux jitħalla
jkompli għar-raba’ sena.
(b) Kandidat li ma jissodisfax l-eżaminaturi f’aktar minn
erba’ kredti iżda f’anqas minn seba’ kredti għat-
taqsimiet studju tat-tielet sena, u li diġà  uża l-għażla li
6 ġ L.S.327.94
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE IN INFORMA-
TION TECHNOLOGY - B.SC. I.T. - U TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
IN INFORMATION TECHNOLOGY (HONOURS) - B.SC. I.T. (HONS.)
jirrepeti sena, għandu jkun eżaminat permezz ta’ eżami
viva voce. Jekk jgħaddi, l-ogħla grad li jista’ jingħata
huwa l-grad D. Jekk il-kandidat issodisfa is-
subregolament (11) u għadda mill-eżami viva voce, hu
għandu jingħata l-grad ta’ B.SC. I.T. u għandu jkun
klassifikat fil-Kategorija III.
(13) Il-livell milħuq minn kandidat li jissodisfa r-rekwiżiti
mniżżla fis-subregolament (10) għandu jkun determinat mil-livell
medju fil-kredti meħuda fl-ewwel tliet snin. Il-kandidati għandhom
ikunu kklassifikati f’ordni li jibda mill-ogħla mertu fil-kategoriji I,
IIA, IIB, III u Weħel, kif determinat għal kull qasam ta’ studju. Il-
kandidati li jkunu kklassifikati IIB jew aħjar għandhom ikunu
eliġibbli biex ikomplu għar-raba’ sena tal-kors. Lista ta’ kandidati
li jkunu hekk eliġibbli għandha tigi ppublikata. Jekk ikunu
interessati li jkomplu għar-raba’ sena, dawn il-kandidati għandhom
jirreġistraw l-interess tagħhom fi żmien tliet ijiem mill-
pubblikazzjoni tal-lista.
(14) Kandidati tat-tielet sena li mhumiex eliġibbli jew li ma
jixtiequx jipproċedu għar-raba’ sena għandhom jingħataw il-grad
ta’ B.Sc. I.T. li għandu jkun ikklassifikat fil-kategoriji mniżżla fis-
subregolament (13).
(15) Fit-tieni sena tat-Tieni Parti (ir-raba’ sena), il-kandidati
għandhom:
(a) jiksbu l-għaxar kredti allokati għal-proġett fil-linja
magħżula u l-gradi għandhom jiġu mogħtija skond il-
kwalità  ta’ rapport miktub fuq il-proġett bil-miktub u
l-kwalità  ta’ kull artefatt magħmul jew riżultati;
(b) jgħaddu s-sitt karti ta’ l-eżami ta’ sagħtejn, waħda
minn kull Taqsima Avvanzata li huma għażlu u kull
Taqsima Avvanzata tassumi li l-kandidat ikun kopra
numru ta’ Introductory u Intermediate units, pre-
rekwiżiti u għalhekk il-karti ta’ l-eżami fir-raba’ sena
għandhom ikunu sinottiċi fis-sens li huma jassumu l-
għarfien ta’ materjal relattiv kopert fl-Ewwel Parti u l-
ewwel sena tat-Tieni Parti.
(16) Kandidat li ma jirnexxilux jissodisfa l-eżaminaturi fil-
proġett jista’, fid-diskrezzjoni tal-Bord, jitħalla jerġa’ jissottometti
l-proġett jew li jagħmel xi xogħol ieħor xieraq mhux iktar tard mill-
aħħar ta’ Settembru ta’ dik is-sena. Jekk jgħaddi, il-grad massimu li
jista’ jingħata huwa l-grad D.
(17) Kandidat li jeħel f’mhux iktar minn żewġ eżamijiet bil-
miktub jista’ jerġa jiġi eżaminat viva voce. Jekk kandidat ma
jissodisfax l-eżaminaturi permezz ta’ l-eżami viva voce, jew jekk
jeħel f’iktar minn żewġ eżamijiet bil-miktub, ikollu jirrepeti s-sena
jekk hu jkun għad għandu dak id-dritt.
(18) Xi kandidat li ma jirnexxilux jissodisfa d-disposizzjonijiet
tas-subregolament (15) minkejja d-disposizzjonijiet tas-
subregolamenti (16) u (17), u li diġà  eżawrixxa d-dritt li jirrepeti
sena ma għandux jingħata grad bl-unuri. F’dan il-każ il-kandidat
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE IN INFORMA-
TION TECHNOLOGY - B.SC. I.T. - U TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
IN INFORMATION TECHNOLOGY (HONOURS) - B.SC. I.T. (HONS.) ġ L.S.327.94 7
għandu jingħata l-grad ta’ B.Sc. I.T. fil-kategorija miksuba fit-
tielet sena kif imniżżla fis-subregolament (13).
(19) Għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni tal-grad ta’ B.Sc. I.T.
(Hons), l-eżamijiet sinottiċi ta’ l-aħħar sena u l-proġett għandhom
il-piż ta’ 60% u l-livell milħuq fl-ewwel tliet snin għandu l-piż ta’
40%.
Riżultati u l-għoti 
tal-Grad.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1998.
7. (1) Il-Grad jingħata lil-kandidati li:
(a) kisbu mhux inqas minn 95 kredtu matul il-kors;
(b) temmu b’suċċess t-taqsimiet studju ndikati bħala
obbligatorji mill-Bord; u
(ċ) ssodisfaw r-rekwiżiti ta’ l-eżami.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għall-ghoti tal-
Grad għandhom jiġu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetika f’waħda
minn dawn il-klassifikazzjonijiet:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
lt-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
