KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A. ġ L.S.327.95 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.95
REGOLAMENTI GĦALL-KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A.
18 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 193 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviż Legali 233 ta’ l-
2000.
Titolu u tifsir.
Kors tal-Grad ta’ Master of Arts in Financial Services - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Liġi;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts in Financial Services
- M.A.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of Arts in
Financial Services - M.A.
Applikabilità.
Emendat:
A.L. 233 ta’ l-
2000.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
3. L-amministrazzjoni tal-kors għanda tkun fdata f’Bord ta’
Studji mwaqqaf mis-Senat u normalment kompost minn membri
proposti mill-Bord tal-Fakultà  tal-Liġi u mill-Bord tal-Fakultà  ta’ l-
Ekonomija, il-Management u l-Accountancy u minn żewġ studenti
eletti minn u fost l-istudenti tal-kors.
Eliġibiltà  għall-
Grad.
4. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad kandidat għandu -
(a) jkun reġistrat bħala student regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jissodisfa kull rekwiżit speċjali ta’ kwalifikazzjoni
għad-dħul fil-kors;
(ċ) itemm il-kors ta’ l-istudji, jgħaddi fl-eżamijiet u
jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt fi statuti u
regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Rekwiżiti speċjali 
tal-kors.
Emendat:
A.L. 233 ta’ l-
2000.
5. (1) Biex jiġu mdaħħla fil-kors, kandidati għandhom ikunu
fil-pussess ta’ waħda mill-kwalifiki li ġejjin:
(a) il-Grad ta’ LL.D jew id-Diploma ta’ Nutar Pubbliku;
jew
(b) grad ta’ Bachelor in Accountancy jew Banking and
Finance għall-inqas fit-tieni klassi bl-unuri; jew
(ċ) kwalifiki professjonali fl-Accountancy jew fl-
Accountancy u l-Auditing rikonoxxuti mill-Università
għal dan il-għan, jew xi kwalifiki professjonali oħra li
2 L.S.327.95 ħ
KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A.
hum kkonsidrati ekwivalenti għall-ewwel grad mogħti
minn l-Università  ta’ Malta, flimkien ma’ mill-inqas
seba’ snin esperjenza f’pożizzjoni għolja f’qasam
relatat mal-kamp tas-servizzi finanzjarji; jew
(d) kwalifiki ekwivalenti f’qasam relatat minn l-
Università  ta’ Malta jew Università  oħra magħrufa
mill-Università  ta’ Malta għal dan il-għan.
(2) Id-dħul ta’ kandidat jista’ jkun taħt kondizzjoni ta’
intervista u, fil-każ ta’ kandidati li m’għandhomx l-LL.D jew il-
B.A. (Hons.) in Accountancy jew B.A. (Hons.) in Banking and
Finance, il-Bord jista’ jimponi rekwiżiti addizzjonali li fost
affarijiet oħra kandidat ikun meħtieġ isegwi programm ta’ studji
preparatorji u jgħaddi minn eżami ta’ kwalifika qabel ma jirreġistra
għall-kors.
Tul tal-kors. 6. Il-kors jinfirex fuq sena akkademika ta’ studji full-time
segwit minn perijodu ta’ mhux iżjed minn sitt xhur li fihom il-
kandidati jkunu meħtieġa jtemmu dissertazzjoni, iżda bil-permess
tal-Bord kandidat jista’ jagħżel li jistudja għall-Grad fuq bażi part-
time f’liema każ kull perijodu li fih l-istudju jsir part-time għandu
jitqies li jiswa nofs il-perijodu ta’ studju full-time.
Kors ta’ studji. 7. Sabiex itemmu l-kors il-kandidati għandhom jiksbu mhux
inqas minn tnax-il kredtu. Għallinqas tmien kredti għandhom ikunu
fil-core subjects, tliet kredti għandhom jinghażlu mill-lista elettiva
ta’ taqsimiet studju fil-qasam tal-liġi u kredtu wieħed mil-lista
elettiva ta’ taqsimiet studju fil-qasam tal-finanzi. Barra minn dan
il-kandidati ghandhom itemmu dissertazzjoni approvata skond ir-
regolament 9.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju li jikkomprendi s-suġġetti
core u dawk elettivi, bil-kredti mogħtija lil kull taqsima, għandu
jiġi ppublikat qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika. Kandidat ma
għandux jirreġistra għal aktar minn erbatax-il kredtu.
Valutazzjoni u 
eżamijiet.
8. (1) Kull taqsima studju għandha tiġi valutata fuq ix-xogħol
tal-kors u/jew minn tests ta’ valutazzjoni.
(2) Eżamijiet komprensivi li jkunu magħmula minn erba’ karti
ta’ tliet siegħat il-waħda għandhom isiru fi tmiem l-ewwel sena u
fil-każ ta’ kandidati part-time fi tmiem it-tieni sena.
(3) Kredti għall-valutazzjoni tax-xogħol tal-kors u tat-tests ta’
kull taqsima studju u l-gradi fil-karti ta’ l-eżami għandhom
jingħataw fi gradi A, B, Ċ, D jew F, f’ordni li jinżel mill-ogħla
għall-inqas mertu, fejn F tindika li kandidat weħel.
(4) Kandidat li jeħel fil-valutazzjoni tax-xogħol tal-kors jew
tat-test f’waħda jew aktar mit-taqsimiet studju, li ma jkunx aktar
minn erba kredti, għandu jitħalla jerġa jissottometti x-xogħol tal-
kors jew jerġa jagħmel it-test ta’ valutazzjoni għat-taqsima jew
taqsimiet studju, li fihom ikun weħel, darba waħda biss, u dan
normalment fi żmien tliet xhur mill-publikazzjoni tar-riżultati tal-
valutazzjoni tax-xogħol tal-kors jew tat-test. F’każijiet bħal dawn l-
ogħla grad li jista’ jingħata għandu jkun D. Kandidat li ma jiksibx
ta’ lanqas tmien kredti fl-ewwel sessjoni, għandu jkun ikkonsidrat
li weħel definitivament iżda jista’ jitħalla jerġa’ jibda il-kors darba
KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A. ġ L.S.327.95 3
biss.
(5) Kandidat li jeħel f’mhux aktar minn tnejn mill-erba karti
ta’ l-eżami msemmija fis-subregolament (2),jista’ jitħalla jerġa’
jagħmel il-karta jew karti li weħel darba biss. F’każ bħal dan l-
ogħla grad li jista’ jingħata għandu jkun D. Kandidat li jeħel f’iżjed
minn żewġ karti ta’ l-eżamijiet fl-ewwel sessjoni jew f’xi karta tar-
riparatorju għandu jitqies li weħel definitivament iżda jista’ jitħalla
jerġa’ jibda l-kors darba biss.
Id-dissertazzjoni.
(2) Id-dissertazzjoni għandha tkun ta’ mhux aktar minn 25,000
kelma u għandha tkun dwar suġġett propost mill-kandidat u
approvat mill-Bord. Id-dissertazzjoni għandha tagħti prova ta’
riċrka indipendenti u għandha tkun kontribut oriġinali lis-suġġett.
(3) Kandidat għandu jissottometti s-suġġett tad-dissertazzjoni
għall-approvazzjoni tal-Bord mhux aktar tard minn sitt xhur mill-
bidu tal-kors. Kandidati part-time għandhom jissottomettu l-
proposta tagħhom mhux aktar tard rninn sitt xhur mill-bidu tat-tieni
sena tal-kors.
(4) Wara li s-suġġett tad-dissertazzjoni jiġi approvat il-
kandidat għandu jiġi assenjat superviżur li għandu jiġi maħtur mill-
Bord.
(5) Id-dissertazzjoni għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard
minn sitt xhur wara li jsiru l-eżamijiet finali msemmija fir-
regolament 8. Kandidati part-time għandhom jissottomettu d-
dissertazzjoni mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-eżamijiet
finali tat-tieni sena tal-kors tagħhom.
(6) Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti lill-kandidat
estensjoni tad-data ghas-sottomissjoni tad-dissertazzjoni msemmija
fis-subregolament preċedenti ta’ mhux aktar minn sitt xhur.
(7) Id-dissertazzjoni għandha tiġi eżaminata minn Bord ta’
Eżaminaturi maħtur mill-Bord.
(8) Kull kandidat għandu jissottometti tmien kopji tad-
dissertazzjoni u jiddikjara bil-miktub li d-dissertazzjoni hija xogħol
tiegħu u li hi magħmula skond ir-rekwiżiti msemmija fis-
subregolament (2).
(9) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jiġi mlaqqa’ miċ-
Chairman biex jiddiskuti d-dissertazzjoni. Kandidat jista’ jkun
meħtieġ jagħmel eżami viva voce sabiex jiddefendi d-dissertazzjoni
tiegħu.
(10) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni.
Jista’ jeħtieġ il-kandidat li jagħmel korrezzjonijiet jew li jerġa’
jikteb mill-ġdid id-dissertazzjoni fi żmien stabbilit. Il-Bord ta’ l-
Eżaminaturi jista’ ma japprovax id-dissertazzjoni kollha kemm hi.
(11) Jekk id-dissertazzjoni ma tiġix milqugħa jew il-
korrezzjonijiet jew il-kitba mill-ġdid tagħha ma tkunx ikkonsidrata
tajba biżżejjed jew ma tkunx sottomessa fiż-żmien stabbilit il-
kandidat ma jingħatax il-Grad.
Klassifikazzjoni u 
ogħti tal-Grad.
10. (1) L-ogħti tal-Grad għandu jiġi klassifikat f’Għadda
4 L.S.327.95 ħ
KORS TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN FINANCIAL SERVICES - M.A.
b’Distinzjoni jew Għadda skond ir-riżultati kollha. Għall-finijiet
ta’ klassifikazzjoni l-ħidma ta’ kandidat fil-kredti għandha tiswa
20% tal-piż finali. Il-ħidma tal-kandidat fl-eżamijiet għandha tiswa
50% tal-piż finali, waqt li l-ħidma tiegħu fid-dissertazzjoni tiegħu
għandha tiswa għat-30% li jibqa.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifil:aw għall-Grad
għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku u fl-ordni tal-
klassifikazzjcni fuq in-notice board ta’ l-Università .
