GĦOTJA TAL-KREDTI EXTRA-KURRIKULARI ġ L.S.327.96 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.96
REGOLAMENTI GĦALL-GĦOTJA TAL-KREDTI 
EXTRA-KURRIKULARI
18 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 194 ta’ l-1997.
Titolu.
Għotja tal-Kredti Extra-Kurrikulari.
Applikabilità .
1995 ’il quddiem.
REGOLAMENTI GĦALL-GĦOTJA TAL-KREDTI
EXTRA-KURRIKULARI
1. L-istudenti undergraduate kollha huma eliġibbli għall-
kredti (minn hawn ’il quddiem imsejħin kredti extra-kurrikulari)
għall-attivitajiet magħmula barra mir-rekwiziti kurrikulari tal-kors
li jwassal għal diploma jew grad li jkunu qed isegwu u li
jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn taħt.
2. (a) Mhux aktar minn tliet kredti extra-kurrikulari
għandhom jitqiesu għall-għotja ta’ grad, u mhux aktar
minn kredtu extra-kurrikulari għandu jitqies għall-
għotja ta’ diploma.
(b) Kredtu extra-kurrikulari jista’ jingħata biex jissodisfa
r-rekwiżiti tal-kredti fakultativi ta’ kors li jwassal għal
grad jew diploma.
(ċ) F’dawk il-korsijiet li mhumiex strutturati fuq is-
sistema ta’ kredti għal taqsimiet studju, kull kredtu
mogħti għal attivitajiet extra-kurrikulari jitqies 0.5%
tal-marka globali finali għall-għanijiet tal-
klassifikazzjoni tal-grad.
(d) Student ma jistax jingħata aktar minn kredtu extra-
kurrikulari wieħed f’sena akkademika waħda.
3. (a) Studenti li jsegwu kors li jwassal għal grad, u li
jingħataw aktar minn tliet kredti extra-kurrikulari
jistgħu jkollhom ir-raba’ kredtu u kredti oħra li jiksbu
mniżżlin fir-rekord akkademiku tagħhom, għalkemm
dawn il-kredti ma jitqisux għall-għotja tal-grad.
(b) Ir-regolament 3(a) japplika mutatis mutandis fil-każ
ta’ studenti li jkunu qed isegwu kors li jwassal għal
diploma u li jingħataw aktar minn kredtu extra-
kurrikulari wieħed.
4. Is-Senat għandu jaħtar Bord Extra-Kurrikulari, li minn
hawn ’il quddiem jissejjaħ bħala l-"Bord", bil-funzjoni u l-poteri li
jikkunsidra liema xogħol hu aċċettabli għall-ghotja ta’ kredtu
extra-kurrikalari, u li jevalwa dan ix-xogħol u jagħti l-kredtu
għalih.
2 L.S.327.96 ħ GĦOTJA TAL-KREDTI EXTRA-KURRIKULARI
5. Il-Bord għandu jkun magħmul mir-Rettur jew id-delegat
tiegħu bħala chairman, ir-Reġistratur jew id-delegat tiegħu,
membru akkademiku nominat minn kull Fakultà  u minn kull Istitut
fejn hemm studenti li qed isegwu kors li jwassal għal grad jew
diploma, u żewġ studenti nominati mill-K.S.U. (Kunsill ta’ l-
Istudenti Universitarji).
Iżda r-rappreżentanti ta’ l-istudenti fuq il-Bord ma
jipparteċipawx fl-evalwazzjoni tax-xogħol sottomess għall-ghotja
tal-kredti extra-kurrikulari.
6. Il-Bord jista’ jaħtar, u jaħdem permezz ta’ sotto-kumitati li
l-quorum tagħhom ikun ta’ tliet membri, wieħed minnhom student,
li mhux neċessarjament ikun membru tal-Bord.
7. Attività  extra-kurrikulari (inklużi attivitajiet organizzati
minn korpi barra l-Università ) jistgħu jkunu kkunsidrati għall-
għotja ta’ kredtu extra-kurrikulari, jekk l-attività  tkun:
(a) tinvolvi mhux inqas minn 50 siegħa ta’ xogħol minn-
naħa ta’ l-istudent;
(b) teħtieġ li l-istudent juri kwalitajiet bħalma huma
inizjattiva, perseveranza, sens ta’ tmexxija jew
kapaċitajiet organizzativi; u
(ċ) tkun ta’ natura kulturali, filantropika, politika, sportiva
jew ta’ riċerka.
8. Attività  extra-kurrikulari m’għandiex tiġi kkunsidrata
għall-ghotja ta’ kredtu aktar minn darba.
9. Meta attività  extra-kurrikulari tiġi aċċettata biex tkun
meqjusa għall-ghotja ta’ kredtu, il-Bord jista’ jimponi fuq l-
istudent dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord iqis li huma meħtieġa,
sabiex jiżgura li l-kredtu jingħata biss fejn ikun mistħoqq.
10. L-istudenti jistgħu jitolbu li attività  tiġi meqjusa għall-
għotja ta’ kredtu extra-kurrikulari billi japplikaw għand ir-
Reġistratur sa mhux aktar tard minn:
(a) nofs Ottubru jekk l-attività  tkun ser issir waqt l-ewwel
semestru; u
(b) nofs Jannar jekk l-attività  tkun ser issir waqt it-tieni
semestru.
11. L-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata ta’
l-attività  u l-isem tas-superviżur kompetenti propost (mhux
neċessarjament membru ta’ l-istaff akkademiku) li aċċetta li jsegwi
x-xogħol, jagħti parir lill-istudent fejn meħtieġ, u jirraporta lill-
Bord fit-tmiem ta’ l-attività .
12. Il-Bord għandu jikkonsidra l-applikazzjoni skond ir-
regolament 7 u jassenja supervizur li mhux neċessarjament ikun il-
persuna proposta mill-istudent.
13. Fit tmiem ta’ l-attività , jew ta’ dik il-parti minnha li qed
tiġi meqjusa għall-għotja tal-kredtu extra-kurrikulari fis-sena
akkademika korrenti, l-istudent ikun meħtieġ jippreżenta rapport
fuq l-attività  lill-Bord, li jinkludi l-kontribuzzjoni tiegħu fiha, u s-
supervizur ikun meħtieġ jippreżenta lill-Bord evalwazzjoni
GĦOTJA TAL-KREDTI EXTRA-KURRIKULARI ġ L.S.327.96 3
kunfidenzjali fuq il-parteċipazzjoni ta’ l-istudent fl-attività .
14. Il-Bord iqis ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni tas-supervizur u
jagħti grad A, B, Ċ, D jew Weħel f’ordni mill-ogħla sa l-inqas
mertu skond il-grad u l-kwalità  tal-parteċipazzjoni ta’ l-istudent fil-
proġett/attività .
