GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH. D. - FIL-FAKULTÀ  TA’ L-INĠINERIJA ġ L.S.327.97 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.97
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
PHILOSOPHY - PH. D. - FIL-FAKULTÀ
TA’ L-INĠINERIJA
20 ta’ Jannar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 10 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - fil-Fakultà  ta’ l-Inġinerija.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darha r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Inġinerija;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Doctor of
Philosophy - Ph.D.; u
"il-Kumitat għall-M.Phil. u l-Ph.D." ifisser il-Kumitat maħtur
mis-Senat, kif preskritt mir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-Kors
għall-Gradi ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - u Master of
Phi1osophy - M.Phil.
Applikabilità .
’il quddiem.
Reġistrazzjoni.
normalment ikun meħtieġ l-ewwel jirreġistra għall-kors li jwassal
għall-grad ta’ Master of Philosophy. F’ċirkostanzi eċċezzjonali biss
għandu kandidat jiġi kkunsidrat għal reġistrazzjoni diretta għall-
Grad.
Trasferiment tar-
reġistrazzjoni.
4. It-trasferiment tar-reġistrazzjoni mill-kors li jwassal għall-
grad ta’ Master of Philosophy għall-Grad jista’jitħalla wara li mhux
anqas minn tnax-il xahar ta’ studju fuq bazi full-time jew erbgħa u
għoxrin xahar ta’ studju fuq bazi part-time għall-grad ta’ Master of
Philosophy ikunu għaddew. Trasferiment bħal dan għandu jitħalla
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord maħtur kif preskritt fir-
regolament 9(1)(ċ) tar-Regolamenti tal-Kors għall-Gradi ta’ Doctor
of Philosophy - Ph.D. - u Master of Philosophy - M.Phil. - u tal-
Bord, u bl-approvazzjoni tas-Senat, li jaġixxi fuq il-parir tal-
Kumitat għall-M.Phil. u l-Ph.D.:
Sakemm, għall-istudenti rreġistrati qabel Ottubru 1997, it-
trasferiment għandu jitħalla fuq ir-rakkomandazzjoni tas-
superviżur ta’ l-istudenti u ta’ eżaminatur intern.
Applikazzjoni bil-
miktub.
5. L-istudent għandu jisssottometti applikazzjoni bil-miktub
biex jitlob it-trasferiment għall-Grad, flimkien ma’ sunt tax-xogħol
li għamel, preferibilment f’forma ta’ karta teknika. Il-Bord jagħti
konsiderazzjoni favorevoli għal xogħol ippublikat jew aċċettat
għall-publikazzjoni f’ġurnali tekniċi ta’ prestiġju.
2 L.S.327.97 ħ
GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH. D. - FIL-FAKULTÀ  TA’ L-INĠINERIJA
Proposta ta’ 
riċerka.
6. L-istudent għandu jissottometti wkoll propoata ta’ riċerka
għall-Grad li għandha tindika b’mod ċar il-mistoqsijiet ta’ riċerka
fil-qasam li se jiġu indirizzati, l-ipoteżijiet li se jiġu ttestjati, u l-
metodoloġija li se tiġi adottata biex jitratta ma’ dawn il-problemi
ta’ riċerka. Fejn ikun hemm bżonn, l-istudent jista’ jkun meħtieġ
juri l-kompetenza tiegħu f’dawk il-kapaċitajiet mitluba min-natura
ta’ l-investigazzjoni.
Ir-rekwiżiti għall-
Grad.
7. Teżi għall-Grad għandha tirrapporta dwar l-iskoperti ta’
fatti ġodda u/jew turi li l-istudent wera intelliġenza kritika
indipendenti biex wasal għall-konkluzjonijiet irrapportati. Fiż-
żewġ aspetti, l-istudent għandu jindika b’mod ċar sa fejn it-teżi
tinkorpora r-riżultati tar-riċerka u ta’ l-osservazzjonijiet tiegħu, u
sa fejn l-investigazzjoni tavvanza l-istudju tas-suġġett.
Seminars ta’ 
riċerka.
8. Il-Fakultà  ta’ l-Inġinerija tagħti importanza kbira lill-
assoċjazzjoni ta’ studenti għall-Grad ma’ studenti oħra ta’ riċerka u
membri ta’ l-istaff. Għalhekk l-istudenti jkunu meħtieġa jieħdu
sehem sħiħ f’seminars ta’ riċerka tal-Fakultà .
Bidla fit-titolu tat-
teżi.
9. Kull bidla fit-titolu tat-teżi għandha tkun approvata mill-
Bord, fuq ir-rakkomandazzjoni bil-miktub tas-superviżur ta’ l-
istudent, u sottomessa għall-approvazzjoni tas-Senat, li jaġixxi fuq
il-parir tal-Kumitat għall-M.Phil. u l-Ph.D.
Il-format u l-
preżentazzjoni tat-
teżi.
10. It-teżi normalment m’għandhiex taqbeż is-60,000 kelma,
minbarra l-appendiċi, il-bibljografiji, il-glossarji u l-footnotes.
Format. 11. It-teżi għandha normalment tkun ittajpjata jew ipprintjata
fuq karta bajda ta’ kwalità  tajba, fuq naħa waħda biss, skond l-
ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) il-qies tal-karta għandu jkun A4;
(b) il-marġni għandhom ikunu ta’ 20 mm minn fuq, minn
isfel u mil-lemin u 40 mm mix-xellug; it-test għandu
jkun bi spazju doppju; u
(ċ) għandha tkun illegata bid-drapp (preferibilment
iswed); bi qxur iebsin u b’karti tat-truf ta’ kwalità
tajba, b’ittri (preferibilment bid-deheb) fuq quddiem u
d-dahar li juru:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
(ii) l-isem jew l-isem fil-qosor tat-teżi;
(iii) il-grad li għalih it-teżi qed tkun sottomessa; u
(iv) is-sena meta tiġi sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjal stampat, diskettes, eċċ.,
għandhom ikunu llegati mat-teżi, iżda jekk dan ma jkunx possibbli
għandhom ikunu ppreżentati għalihom f’folders jew f’volumi
speċjali u nnumerati.
Sunt tat-teżi. 12. Sunt qasir tat-teżi ta’ mhux aktar minn 500 kelma għandha
tkun illegata ma’ kull kopja mogħtija lill-Università .
Kopji. 13. Student għandu jkun meħtieġ jissottometti tliet kopji tat-
teżi, illegati kif xieraq, għall-eżami. Fi żmien sitt ġimgħat, wara li
jkun għadda mill-eżami tat-teżi, l-istudent għandu jkun meħtieġ
jissottometti żewġ kopji tat-teżi, li waħda minnhom għandha tkun
GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - 
PH. D. - FIL-FAKULTÀ  TA’ L-INĠINERIJA ġ L.S.327.97 3
miżmuma fil-Librerija ta’ l-Università  u l-oħra fid-dipartiment
ikkonċernat.
