KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.) ġ L.S.327.99 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.99
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ENGINEERING (HONOURS) - 
B.ENG. (HONS.)
20 ta’ Jannar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 12 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 19 u 72 ta’
l-2000, u 4 u 144 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) - B.Eng.
(Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtiegx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Inġinerija;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) -
B.Eng. (Hons); u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Bachelor of
Engineering (Honours) - B.Eng. (Hons).
L-Applikabilità .
Emendat:
A.L. 19 ta’ l-2000;
A.L. 72 ta’ l-2000;
A.L. 4 ta’ l-2001;
A.L. 144 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti japplikaw għall-korsijiet li jibdew
f’Ottubru 2000 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun eliġibbli għall-Grad student għandu -
(a) jkun irreġistrat bħala student regolari fil-kors kif
preskritt fir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jtemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa kull rekwiżit ieħor kif preskritt f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt f’i statuti u
regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Ir-reġistrazzjoni u 
r-rekwiżiti speċjali 
tal-kors.
Emendat:
A.L. 72 ta’ l-2000.
4. Biex ikun irreġistrat bħala student regolari fil-kors
kandidat għandu jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali għad-dħul kif
imniżżlin fir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u,
(a) jkun kiseb grad li għadda bi Kredtu jew b’Distinzjoni
fil-Matematika Pura u fil-Fiżika meħudin fil-Livell
Avvanzat bħala parti mill-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-
Matrikola;
jew
(b) skond it-termini tar-regolament 6.3 tar-Regolamenti
għad-Dħul jekk ikun:
(i) għadda minn ħames suġġetti fl-Eżami għaċ-
Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja li
2 L.S.327.99 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.)
għandhom jinkludu l-Ilsien Ingliż u l-Malti, u
(ii) għadda fl-Oqsma ta’ l-Għerf fil-Livell
Intermedju tal-Matrikola, u
(iii) jew
kiseb il-Higher Technician Diploma tas-City and
Guilds of Londan Institute Kors Numru 8000 fl-
Inġinerija Elettrika, jew kwalifika meqjusa
ekwivalenti mill-Bord, u għadda fil-Livell
Avvanzat fil-Fiżika bi Grad Ċ jew aħjar fl-
Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola ta’ l-
Università  jew f’livell korrispondenti ta’
eżamijiet oħra rikonoxxuti mis-Senat għall-għan
tar-Regolamenti għad-Dħul;
jew
kiseb il-Higher Technician Diploma tas-City and
Guilds of London Institute Kors Numru 8000 fl-
Inġinerija Mekkanika, jew kwalifika meqjusa
ekwivalenti mill-Bord, u għadda fil-Livell
Avvanzat fil-Matematika Pura bi Grad Ċ jew
aħjar fl-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola ta’
l-Università  jew f’livell korrispondenti ta’
eżamijiet oħra rikonoxxuti mis-Senat għall-għan
tar-Regolamenti għad-Dħul;
jew
kiseb id-Diploma fl-Elettronika Industrijali, bi
kredtu, taċ-Ċentru tat-Taħriġ Fellenberg u
għadda fil-Livell Avvanzat fil-Fiżika bi Grad Ċ
jew aħjar fl-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola
ta’ l-Università  jew f’livell korrispondenti ta’
eżamijiet oħra rikonoxxuti mis-Senat għall-għan
tar-Regolamenti għad-Dħul;
jew
(ċ) jekk kandidat huwa gradwat ta’ Università  jew għandu
kwalifiki oħra li huma kkunsidrati suffiċjenti, jista’
jkun eżentat, mill-Bord għad-Dħul ta’ l-Università , fuq
il-parir tal-Kumitat għad-Dħul tal-Fakultà , mir-
rekwiżiti speċjali tal-kors kollha jew parti minnhom.
L-istruttura tal-
kors.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-2001.
5. (1) Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ erba’ snin ta’
studju fuq bażi full-time.
(2) Student ma jistax itemm il-kors f’inqas minn erba’ snin jew
aktar tard minn ħames snin mill-ewwel reġistrazzjoni, ħlief
f’ċirkostanzi speċjali bil-permess tas-Senat, li jaġixxi fuq il-parir
tal-Bord.
(3) Kull sena tal-kors għandha tikkonsisti f’żewġ semestri ta’
studju, li jkunu, ħlief fl-aħħar sena, segwiti minn perijodu ta’ tmien
ġimgħat ta’ taħriġ industrijali kif approvat mill-Bord.
(4) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
mhux inqas minn 120-il kredtu huma assenjati fil:
(a) Prinċipji Fundamentali ta’ l-Inġinerija Mekkanika u
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.) ġ L.S.327.99 3
Elettrika;
(b) oqsma ewlenin u elettivi fil-fergħat ta’ l-Inġinerija
Mekkanika u Elettrika;
(ċ) proġett fl-inġinerija li għalih mhux inqas minn tmien
kredti huma assenjati; u
(d) taqsimiet studju fakultattivi li għalihom mhux inqas
minn tmien kredti huma assenjati, magħżulin mit-
taqsimiet studju offruti mill-Bord jew minn taqsimiet
studju offruti minn entitajiet oħra ta’ l-Università .
(5) F’kull sena tal-kors, ħlief fir-raba’ sena, l-istudenti
għandhom jirreġistraw għal taqsimiet studju li għalihom huma
assenjati tletin kredtu u għandhom jiksbu mhux inqas minn sitta u
għoxrin kredtu biex jitħallew ikomplu għas-sena li jmiss, iżda l-
istudenti ma jitħallewx ikomplu għas-sena li jmiss, jekk mill-bidu
tal-kors, huma ma għaddewx minn tawsimiet studju li għalihom
aktar minn ħames kredti huma assenjati. Ir-regolament 8(5)
japplika għar-raba’ sena tal-kors.
(6) Il-Bord għandu jfassal katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull sena tal-kors. Il-katalogu għandu jindika l-kredti assenjati għal
kull taqsima studju u liema taqsimiet studju huma obbligatorji. Il-
Bord għandu jippublika l-katalogu qabel ma tibda’ kull sena
akkademika.
(7) Il-Bord jista’ jeżenta student mill-ħtieġa li jikseb kredtu
jekk hu jkun kiseb kwalilika mill-Università , jew minn istituzzjoni
rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-għan, kwalifika li l-istudju
għaliha hu, fl-opinjoni tal-Bord, għall-inqas ekwivalenti fil-
kontenut u fil-livell għal dak meħtieġ għall-kredtu kkonċernat.
L-ewwel sena tal-
kors.
Emendat:
A.L. 19 ta’ l-2000.
Sostitwit:
A.L. 4 ta’ l-2001.
6. (1) L-ewwel sena tal-kors għandha tikkonsisti f’taqsimiet
studju fil-Prinċipji Fundamentali ta’ l-Inġinerija Mekkanika u
Elettrika u f’perijodu ta’ taħriġ industrijali kif jiddetermina l-Bord.
(2) Fil-bidu tat-tieni semestru ta’ l-ewwel sena, l-istudenti
jkunu meħtieġa jagħżlu l-programm ta’ studju f’wieħed mill-oqsma
indikati fir-regolament 7(1).
It-tieni, it-tielet u r-
raba’ sena tal-kors.
Sostitwit:
A.L. 4 ta’ l-2001.
7. (1) Fit-tieni sena tal-kors l-istudenti huma meħtieġa
jirreġistraw għal programm ta’ studju f’wieħed mill-oqsma li
ġejjin:
(a) l-Inġinerija Elettrika;
(b) l-Inġinerija Mekkanika.
(2) Il-progamm ta’ studju għall-Inġinerija Elettrika għandu
jinkludi taqsimiet studju fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
(a) l-Inġinerija tal-Komunikazzjoni u tal-Kompjuter;
(b) Electrical Power and Control Engineering;
(ċ) il-Mikroelettronika.
(3) Il-programm ta’ studju għall-Inġinerija Mekkanika għandu
jinkludi taqsimiet studju fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
(a) l-Inġinerija tal-Manifattura;
(b) l-Inġinerija Mekkanika;
4 L.S.327.99 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.)
(ċ) il-Metallurġija u l-Materjal.
(4) Matul ir-raba’ sena tal-kors l-istudenti għandhom jagħmlu
proġett fl-inġinerija approvat mill-Bord ta’ l-Istudji, u jissottomettu
l-proġett u rapport bil-miktub dwaru lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi
mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Mejju.
Il-valutazzjoni u l-
progress.
Sostitwit:
A.L. 4 ta’ l-2001.
Emendat:
A.L. 144 ta’ l-
2001.
8. (1) Il-kredti għandhom jkunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A +, A, B +, B, Ċ +, Ċ, D + u D. F
tindika li wieħed weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet
ġustifikati (mard, nuqqas ta’ attendenza approvata, eċċ) ikunu
indikati bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra kollha, ir-riżultati ta’ taqsimiet
studju mhux mitmuma jkunu indikati bħala F. Il-gradi iqisu l-livell
milħuq mill-istudenti fix-xogħol matul il-kors, fit-testijiet bil-
miktub u fl-eżamijiet kif il-Bord iqis xieraq.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju jkunu valutati mill-
ġdid darba. Fil-valutazzjoni mill-ġdid, l-ogħla grad li jista’ jingħata
huwa l-grad D. L-istudenti li, matul is-sena akkademika, jeħlu minn
għadd ta’ taqsimiet studju li għalihom aktar minn tmien kredti
huma assenjati ma jkollhomx valutazzjonijiet riparatorji u jkunu
meħtieġa jirrepetu s-sena ta’ studji, sakemm dan huwa permess
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 5(2).
(3) L-eżamijiet bil-miktub, fit-tmiem ta’ kull taqsima studju,
għandhom isiru fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet jew ta’ Jannar jew ta’
Ġunju.
(4) L-eżamijiet riparatorji bil-miktub għandhom isiru biss
f’Settembru.
(5) Fir-raba’ sena tal-kors l-istudenti għandhom jgħaddu mit-
taqsimiet studju kollha. Il-valutazzjoni tat-taqsimiet studju tar-
raba’ sena tista’ tinkludi eżami viva voce.
(6) L-istudenti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex itemmu
b’suċċess xi sena tal-kors skond id-disposizzjonijiet tar-regolament
5(5) jew tas-subregolament (5) ta’ dan ir-regolament għandhom
jitħallew jirrepetu l-programm ta’ studju tas-sena li weħlu fiha,
sakemm dan huwa permess skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 5(2).
(7) Ir-riżultati miksuba matul sena li wieħed ikun weħel fiha la
jkunu rrekordjati u lanqas jitqiesu għall-għoti tal-Grad.
(8) L-istudenti li jitħallew jirrepetu sena jkunu meħtieġa
jirrepetu u jkunu valutati mill-ġdid fit-taqsimiet studju kollha ta’
dik is-sena. Fl-ewwel valutazzjoni ta’ din is-sena jista’ jinkiseb
kwalunkwe grad; f’valutazzjoni riparatorja, l-ogħla grad li jista’
jingħata huwa l-grad D. Il-gradi miksuba matul din is-sena jgħoddu
għall-klassifikazzjoni finali tal-Grad.
(9) Biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-eżamijiet, l-istudenti
għandhom jgħaddu minn kull komponent ta’ l-eżami.
(10) L-istudenti li ma jissodisfawx lill-eżaminaturi fil-proġett
ta’ l-inġinerija jistgħu, fid-diskrezzjoni tal-Bord, jitħallew jerġgħu
jissottomettu l-proġett sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Settembru
ta’ dik is-sena. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-
grad D. jekk ma jgħaddux, l-istudenti għandhom jitħallew jerġgħu
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING 
(HONOURS) - B.ENG. (HONS.) ġ L.S.327.99 5
jissottomettuh matul sena ta’ ripetizzjoni, sakemm dan huwa
permess skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 5(2).
Ir-riżultati u l-għoti 
tal-Grad.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-2001.
9. (1) Il-Grad għandu jingħata lill-istudenti li jkunu:
(a) kisbu mhux anqas minn 115-il kredtu matul il-kors;
(b) issodisfaw ir-rekwiżiti kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) issodisfaw ir-rekwiżiti kollha preskritti fi statuti u
f’regolamenti oħra ta’ l-Università .
(2) Il-Grad għandu jingħata f’waħda mill-klassifikazzjonijiet li
ġejjin:
L- Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
(3) Għandu jkun hemm Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad
magħmul mid-Dekan tal-Fakultà  bħala Chairman, l-eżaminaturi u
l-eżaminaturi ta’ barra, fejn imiss.
(4) Biex jikklassifika l-istudenti li għaddew għall-għoti tal-
Grad skond id-disposizzjonijiet tas-subregolament (2), il-Bord tal-
Klassifikazzjoni tal-Grad għandu jqis il-livell milħuq mill-istudenti
matul l-erba’ snin tal-kors, fil-waqt li jqis il-gradi miksuba għall-
120 kredtu kollha assenjati għat-taqsimiet studju kollha tal-kors.
(5) F’ċirkostanzi eċċezzjonali, Grad ta’ "Għadda" fil-Bachelor
of Engineering - B.Eng. - għandu jingħata lil student li, fl-opinjoni
tal-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad, issodisfa l-ħtiġiet ta’ kull
sena tal-kors iżda ma laħaqx il-livell xieraq biex jikkwalifika għall-
għoti ta’ grad bl-Unuri.
(6) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
mqassma fil-kategoriji ta’ klassifikazzjoni mniżżlin fis-
subregolamenti (2) u (6).
