PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAL SUSSIDJU FUQ XOGĦLIJIET TA’ IRRANĠAR) ġ L.S.328.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 328.01
REGOLAMENTI BIEX IĦAJRU PERSUNI JSIRU SID 
DARHOM (SKEMA GĦAL SUSSIDJU FUQ 
XOGĦLIJIET TA’ IRRANĠAR)
7 ta’ Settembru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 137 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviżi Legali 215 ta’ l-
1990, 98 ta’ l-1991 u 10 ta’ l-1992.
Titolu.
iħajru Persuni jsiru Sid Darhom (Skema għal Sussidju fuq
Xogħlijiet ta’ Irranġar).
Għemil ta’ l-
Iskema.
2. L-Iskema msejħa Skema ta’ l-1990 għal Sussidju fuq
Xogħlijiet ta’ Irranġar (Skema SHD 15) fl-Iskeda għandu jkollha
effett mid-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti sabiex persuni jiġu
mħajra jsiru sid darhom f’Malta u għandha tissostitwixxi l-iskema
msemmija f’dan ir-regolament li ġej.
Revoka ta’ l-
Iskema HD 12.
3. L-iskema msejħa Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Titjib
f’Residenzi Okkupati mis-Sidien, Skema HD 12, ippubblikata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern Nra. 124 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’
Frar, 1988, hija b’dan revokata.
Emendata:
A.L. 215 ta’ l-
1990;
A.L. 98 ta’ l-1991;
A.L. 10 ta’ l-1992.
SKEDA
(Regolament 2)
Skema ta’ l-1990 għal Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Irranġar
(Skema SHD 15)
Titolu.
Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Irranġar (Skema SHD 15) u għandha
tapplika għal applikazzjonijiet għal għajnuna fl-irranġar u titjib ta’
djar ta’ abitazzjoni okkupati mis-sidien minn persuni li għalihom
tapplika din l-Iskema.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser persuna li tapplika għal għajnuna taħt din l-
Iskema biex hija tagħmel xogħlijiet ta’ irranġar jew titjib f’dar ta’
abitazzjoni li tagħha hija s-sid u li hija okkupata minnha bħala r-
residenza ordinarja tagħha;
Kap. 328.
Darhom;
Kap. 261.
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  tad-Djar, imwaqqfa bl-artikolu 3
ta’ l-Att dwar l-Awtorità  tad-Djar;
"benefiċjarju" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att prinċipali;
2 L.S.328.01 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAL SUSSIDJU FUQ XOGĦLIJIET TA’ IRRANĠAR)
"dar ta’ abitazzjoni" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-
artikolu 2 ta’ l-Att prinċipali;
"id-Direttur" tfisser id-Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali u
tinkludi kull persuna awtorizzata biex taġixxi f’ismu;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"preskritt" tfisser preskritt mid-Direttur;
"residenza ordinarja" ma tinkludix residenza tas-sajf;
"sena bażi" tfisser is-sena minnufih qabel is-sena li fiha ssir
applikazzjoni taħt din l-Iskema;
"sid" tinkludi komproprjetarju u persuna li jkollha dar ta’
abitazzjoni taħt titolu ta’ enfitewżi perpetwa.
Applikazzjonijiet 
għall-għajnuna.
Emendata:
A.L. 215 ta’ l-
1990;
A.L. 98 ta’ l-1991;
A.L. 10 ta’ l-1992.
3. (1) Kull min jikkwalifika biex jagħmel hekk taħt din l-
Iskema jista’, mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju, 1992, jagħmel
applikazzjoni fuq il-formola preskritta lid-Direttur biex jitlob
għajnuna għal xogħlijiet ta’ irranġar jew titjib, jew għat-tnejn, tax-
xorta speċifikata fil-klawżola 7, f’dar ta’ abitazzjoni okkupata
minnu bħala r-residenza ordinarja tiegħu u li tagħha huwa s-sid.
(2) Persuna tikkwalifika biex tapplika taħt din l-Iskema meta,
fid-data ta’ l-applikazzjoni:
(a) l-applikant, jew mart jew żewġ l-applikant fil-każ ta’
koppja miżżewġa, ikun ċittadin ta’ Malta; u
(b) l-applikant ikun residenti ta’ Malta u jkun ilu hekk
residenti kontinwament għal mhux inqas minn tnax-il
xahar konsekuttivi minnufih qabel id-data ta’ l-
applikazzjoni; u
(ċ) l-income fis-sena ta’ l-applikant stmat skond id-
disposizzjonijiet tal-klawżola 5 ma jeċċedix tliet elef
lira (Lm3,000) għas-sena bażi.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (2),
applikazzjoni minn persuni għarajjes ta’ xulxin għandha ssir
f’isimhom it-tnejn u t-tnejn għandhom ikollhom età  ta’ aktar minn
tmintax-il sena. F’każ bħal dan huma jkunu obbligati in solidum li
jesegwixxu l-kondizzjonijiet kollha mniżżla f’din l-Iskema.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (5),
persuna ma tikkwalifikax biex tapplika taħt din l-Iskema meta:
(a) l-applikant jew mart jew żewġ l-applikant ikunu diġà
bbenefikaw minn xi għajnuna taħt dik li kienet
magħrufa bħala "l-Iskema tal-Home Ownership", jew
mill-Iskema ppubblikata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern
Numru 124 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’ Frar,
1988, jew minn xi għajnuna oħra biex persuni jiġu
mħajra jsiru sid darhom mid-Dipartiment għall-
Akkomodazzjoni Soċjali jew mid-Dipartiment ta’ l-Art
jew mill-Awtorità  jew minn uħud minnhom flimkien;
(b) għajnuna taħt din l-Iskema tkun diġà  ingħatat dwar
xogħlijiet li jkunu jridu jsiru fl-istess dar ta’
abitazzjoni li għaliha tirreferi l-applikazzjoni.
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAL SUSSIDJU FUQ XOGĦLIJIET TA’ IRRANĠAR) ġ L.S.328.01 3
(5) Persuna li tkun diġà  bbenefikat taħt -
(a) xi skema għas-sussidjar tal-kera; jew
(b) xi waħda mill-iskemi ppubblikati bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern Numri 125, 127, 128, 129
u 130 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988; jew
(ċ) l-Iskema ta’ l-1990 għal Sussidju ta’ Imgħax fuq Self
għad-Djar (Settur Privat) (Skema SHD 16); jew
(d) l-Iskema ta’ l-1990 għax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni
ta-Gvern (Skema F); jew
(e) l-Iskema ta’ l-1990 għax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni
Privati (Skema F);
ma għandhiex għal dik ir-raġuni waħedha tiġi skwalifikata milli
tagħmel applikazzjoni taħt din l-Iskema:
Iżda kull persuna li tkun diġà  bbenefikat mill-Iskema
msemmija fil-paragrafu (ċ) ma tikkwalifikax biex tibbenefika taħt
il-klawżola 9.
(6) L-ispejjeż magħmula mill-applikant f’konnessjoni ma’ l-
applikazzjoni tiegħu ma jkunux jistgħu jinġabru lura mill-applikant
sew jekk l-applikazzjoni tiegħu tiġi aċċettata sew jekk le.
Miżżewġin 
legalment 
mifrudin.
4. Applikant li jkun legalment mifrud mill-mara/mir-raġel
għandu jippreżenta kopja tad-deċiżjoni finali tal-qorti kompetenti li
tippronunzja l-firda jew kopja ta’ l-att pubbliku li jagħti effett lill-
firda bil-kunsens taż-żewġ miżżewġin bl-awtorità  tal-qorti
kompetenti.
Stima ta’ l-income.
għandu jinkludi:
(a) il-qligħ jew profitti gross minn xi sengħa, negozju,
professjoni jew vokazzjoni esklużi kontribuzzjonijiet
dwar sigurtà  soċjali;
(b) qligħ jew profitti gross minn xi impieg jew uffiċċju
esklużi kontribuzzjonijiet dwar sigurtà  soċjali u kull
qligħ minn xogħol sahra;
(ċ) qligħ jew profitti gross minn bejgħ ta’ xi proprjetà  jew
mit-tħaddim ta’ xi impriża jew skema li tagħmel
profitti;
(d) dividendi, imgħax jew skonti;
(e) kull pensjoni, charge, somma fis-sena jew ħlas fis-
sena;
(f) kera, royalties, premiums u kull profitt ieħor li jkun
hemm minn proprjetà ;
(g) il-valur ta’ prodott riċevibbli dwar l-użu ta’ kapital,
proprjetà , żrieragħ jew annimali għall-iskop tal-biedja
jew tat-trobbija jew kull sehem minn profitti riċevibbli
dwar dak l-użu;
4 L.S.328.01 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAL SUSSIDJU FUQ XOGĦLIJIET TA’ IRRANĠAR)
Kap. 318.
(h) kull benefiċċju jew allowance soċjali esklużi kull
Allowance tat-Tfal, Allowance Speċjali, Allowance ta’
Ġenitur u Allowance ghal Tifel Ħandikappat li
jitħallsu taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali;
(i) kull qligħ jew profitti li jaqgħu taħt id-deskrizzjonijiet
fil-paragrafi ta’ qabel dan magħmula mill-mara/ir-
raġel jew l-għarusa/l-għarus ta’ l-applikant;
(j) kull qligħ jew profitti oħra.
(2) Meta l-applikant, u fil-każ ta’ koppja miżżewġa jew
għarajjes, l-applikant jew il-mara/ir-raġel jew l-għarusa/l-għarus
tiegħu, jew it-tnejn, ikunu ħadmu bi qligħ matul parti biss tas-sena
bażi, il-qligħ jew profitti minn dak ix-xogħol jiġi proġettat pro rata
għas-sena bażi kollha sakemm l-applikant, il-mara/ir-raġel jew l-
għarusa/l-għarus, skond il-każ, ikun qed jaħdem bi qligħ fid-data li
fiha d-Direttur jirċievi l-applikazzjoni.
Tagħrif. 6. (1) L-applikant u kull membru tal-familja tiegħu
għandhom jagħtu dak it-tagħrif kollu dwar il-mezzi finanzjarji
tagħhom skond kif jistgħu jiġu mitlubin li jagħtu mid-Direttur u
għal dan il-għan għandhom jawtorizzaw lill-Kummissarju tat-Taxxi
Interni, lid-Direttur tas-Sigurtà  Soċjali u lil kull persuna oħra skond
kif ikun meħtieġ, biex jagħtu lid-Direttur kull tagħrif dwar l-income
tagħhom matul is-sena bażi.
(2) Id-Direttur jista’ jitlob lill-applikant biex jiffirma kull
dikjarazzjoni li huwa jista’ jqis meħtieġa għat-twettiq ta’ din l-
Iskema u l-applikant għandu jippermetti lid-Direttur li jispezzjona
r-residenza ordinarja tiegħu u kull fond ieħor miżmum minnu
skond kif id-Direttur jista’ jitlob.
Xogħlijiet ta’ 
rranġar jew titjib.
7. Ix-xoghlijiet ta’ irranġar u titjib li għalihom tapplika din l-
Iskema huma dawn li ġejjin:
(a) tiswijiet ta’ strutturi perikolużi;
(b) il-bdil ta’ stallazzjonijiet qodma ta’ l-ilma u ta’ l-
elettriku;
(ċ) xogħlijiet ta’ titjib fi kmamar tal-banju li jkunu taħt
livell aċċettabbli;
(d) il-kostruzzjoni ta’ kmamar addizzjonali għat-titjib ta’
akkomodazzjoni skond il-bżonnijiet tad-daqs tal-
familja ta’ l-applikant;
(e) il-kostruzzjoni ta’ bjar;
(f) is-sostituzzjoni ta’ madum ta’ l-art li jkun tħassar bl-
użu;
(g) tiswijiet ta’ sistema qadima tad-drenaġġ jew is-
sostituzzjoni tagħha;
(h) il-bdil ta’ bibien u aperturi jew it-tnejn, skond il-każ, li
jkunu taħt livell aċċettabbli:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskema ma japplikawx
għal xi xogħlijiet li jkunu nbdew jew magħmula qabel l-
approvazzjoni mid-Direttur ta’ l-applikazzjoni magħmula dwar
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAL SUSSIDJU FUQ XOGĦLIJIET TA’ IRRANĠAR) ġ L.S.328.01 5
dawk ix-xogħlijiet.
Għotjiet ta’ flus.
abitazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar, 1960, id-Direttur jista’ jagħti lil
kull persuna kwalifikata biex tagħmel applikazzjoni taħt din l-
Iskema ammont ta’ flus f’kuntanti bħala għajnuna biex fid-dar ta’
abitazzjoni msemmija jsiru x-xogħlijiet imsemmijin fl-
applikazzjoni skond dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din il-
klawżola.
(2) Meta l-applikant ikun diġà  s-sid u jkun diġà  qed joqgħod
fid-dar ta’ abitazzjoni fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ din l-Iskema, l-
għotja ta’ flus li tista’ tiġi mħallsa mid-Direttur ma għandhiex
teċċedi ħames mitt lira (Lm500) u f’kull każ ma għandhiex teċċedi
60% tal-kost totali tax-xogħlijiet li jkunu jridu jsiru u approvati
mid-Direttur:
Iżda meta x-xogħlijiet li jkunu jridu jsiru jaqgħu taħt il-
klawżola 7(ċ) l-għotja ta’ flus ma għandhiex teċċedi tliet mija u
ħamsin lira (Lm350).
(3) Suġġett għad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (4) u bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (6) meta l-applikant
ikun sar is-sid tad-dar ta’ abitazzjoni wara d-data tal-bidu fis-seħħ
ta’ din l-Iskema:
(a) meta l-imsemmija dar ta’ abitazzjoni tkun inbniet u
tlestiet għall-abitazzjoni qabel l-1 ta Jannar, 1939, l-
għotja ta flus li tista’ titħallas mid-Direttur ma
għandhiex teċċedi elf u ħames mitt lira (Lm1,500) u
f’kull każ ma għandhiex teċċedi 80% tal-kost totali
tax-xogħlijiet li jkunu jridu jsiru u approvati mid-
Direttur;
(b) meta l-imsemmija dar ta’ abitazzjoni tkun inbniet u
tlestiet għall-abitazzjoni fl-1 ta’ Jannar, 1939 jew wara
l-għotja ta’ flus li tista’ titħallas mid-Direttur ma
għandhiex teċċedi elf lira (Lm1,000) u f’kull każ ma
għandhiex teċċedi 80% tal-kost totali tax-xogħlijiet li
jkunu jridu jsiru u approvati mid-Direttur:
Iżda meta x-xogħlijiet li jkunu jridu jsiru jaqgħu taħt il-
klawżola 7(ċ) l-għotja ta’ flus ma għandhiex teċċedi tliet mija u
ħamsin lira (Lm350):
Iżda wkoll li kull persuna li l-applikazzjoni tagħha skond
id-dispożizzjonijiet ta’ din is-subklawżola tkun ġiet approvata mid-
Direttur tkun meħtieġa li tidħol f’att pubbliku mad-Direttur u
kemm-il darba dik il-persuna tonqos li tidher għall-att meta tkun
imsejħa biex tagħmel hekk mid-Direttur l-applikazzjoni tagħha
titqies li ġiet abbandunata u kull approvazzjoni mid-Direttur ta’ l-
imsemmija applikazzjoni tkun bla ebda effett.
(4) Meta l-applikant ikun sar is-sid tad-dar ta’ abitazzjoni wara
l-bidu fis-seħħ ta’ din l-Iskema bis-saħħa ta’ li jkun benefiċjarju
taħt -
(a) xi waħda mill-iskemi ppubblikati bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern Numri 127, 128, 129 u
130 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988; jew
6 L.S.328.01 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAL SUSSIDJU FUQ XOGĦLIJIET TA’ IRRANĠAR)
(b) l-Iskema ta’ l-1990 għax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni
tal-Gvern (Skema E); jew
(ċ) l-Iskema ta’ l-1990 għax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni
Privati (Skema F);
id-disposizzjonijiet tas-subklawżola (2) għandhom japplikaw
daqskieku l-applikant kien diġà  s-sid u kien diġà  joqgħod fid-dar
ta’ abitazzjoni fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ din l-Iskema.
(5) Ix-xogħlijiet approvati mid-Direttur għandhom jitlestew fi
żmien sitt xhur mid-data ta’ dik l-approvazzjoni u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subklawżola (6), kull għotja taħt din il-
klawżola tkun pagabbli meta d-Direttur ikun stabbilixxa li x-
xogħlijiet imsemmija jkunu saru kif approvati minnu.
(6) Meta l-applikazzjoni ssir taħt id-disposizzjonijiet tas-
subklawżola (3) u l-applikant ma jkunx jista’ jokkupa d-dar ta’
abitazzjoni qabel ma jkunu saru x-xogħlijiet:
(a) fil-każ ta’ applikant miżżewweġ l-għotja ta’ flus ma
titħallasx qabel ma l-applikant jokkupa d-dar ta’
abitazzjoni;
(b) fil-każ ta’ applikazzjoni minn persuni għarajjes ta’
xulxin l-applikanti għandhom jokkupaw id-dar ta’
abitazzjoni fi żmien tmintax-il xahar mid-data ta’ l-
approvazzjoni ta’ l-għotja ta’ flus.
(7) Id-Direttur jista’ wkoll japprova s-sussidjar ta’ self kif
provdut fil-klawżola 9 bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subklawżola (3) ta’ dik il-klawżola.
Self sussidjat. 9. (1) Meta d-dar ta’ abitazzjoni tkun inbniet u tlestiet għall-
abitazzjoni fl-1 ta’ Jannar, 1960 jew wara d-Direttur jista’ japprova
s-sussidjar ta’ self miftiehem bejn applikant kwalifikat biex
jagħmel applikazzjoni taħt din l-Iskema u istituzzjoni finanzjarja
approvata mid-Direttur f’liema każ id-disposizzjonijiet tas-
subklawżola (2) għandhom japplikaw.
(2) L-ammont ta’ kull self li jista’ jatratta sussidju taħt id-
disposizzjonijiet tas-subklawżola (1) ma għandux jeċċedi elfejn lira
(Lm2,000) u s-sussidju jkun tali li l-imgħax pagabbli mill-applikant
f’ebda żmien ma jeċċedi 3%.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din il-klawżola ma
għandhomx japplikaw għal xi applikant li jkun benefiċjarju taħt l-
Iskema ta’ l-1990 għal Sussidju ta’ Imgħax fuq Self għad-Djar
(Settur Privat) (Skema SHD 16).
Trasferiment mill-
benefiċjarju.
10.  (1) Kull dar ta’ abitazzjoni li sidha jkun benefiċjarju taħt
il-klawżola 8(3)(a) jew (b) ma għandhiex tiġi trasferita taħt xi
titolu, ħlief għal causa mortis, mill-benefiċjarju kemm-il darba dan
ma jħarisx id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din il-klawżola.
(2) Meta t-trasferiment ikun se jsir fi żmien il-perijodu ta’
għaxar snin mid-data ta’ l-għotja ta’ xi għajnuna taħt din l-Iskema,
kif muri fl-ewwel kolonna tat-Tabella annessa ma’ l-istess Skema,
il-benefiċjarju għandu, qabel ma jsir it-trasferiment, jirrifondi lid-
Direttur il-valur sħiħ jew parti mill-valur ta’ xi għotja u sussidju
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAL SUSSIDJU FUQ XOGĦLIJIET TA’ IRRANĠAR) ġ L.S.328.01 7
magħmula taħt din l-Iskema kif imniżżel fit-tieni kolonna ta’ l-
imsemmija Tabella.
(3) Meta t-trasferiment ikun se jsir wara għaxar snin mid-data
ta’ l-għotja ta’ xi għajnuna taħt din l-Iskema l-benefiċjarju għandu
jagħti lid-Direttur avviż ta’ xahar tal-ħsieb tiegħu li jitrasferixxi l-
imsemmija dar ta’ abitazzjoni u d-Direttur minnufih itemm kull
arranġament għas-sussidju taħt din l-Iskema ta’ xi imgħax pagabbli
mill-benefiċjarju.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subklawżoli (2) u (3) għandhom
ukoll japplikaw mutatis mutandis meta l-benefiċjarju ma jkomplix
jokkupa d-dar ta’ abitazzjoni bħala rresidenza ordinarja tiegħu.
Effetti tat-tħassir 
ta’ l-għerusija fuq 
applikazzjonijiet 
flimkien minn 
persuni għarajjes.
11. (1) Fil-każ ta’ applikazzjoni flimkien minn persuni
għarajjes, meta l-għerusija tiġi sussegwentement imħassra:
(a) iż-żewġ applikanti għandhom, fi żmien tletin jum mid-
data ta’ dak it-tħassir, javżaw lid-Direttur b’dak it-
tħassir;
(b) id-Direttur għandu minnufih jissospendi kull sussidju
fuq imgħax u kull ġbid ieħor fuq xi kont tas-self
sakemm isiru investigazzjonijiet u tittieħed id-
deċiżjoni finali tiegħu fuqhom;
(ċ) l-applikanti għandhom, fi żmien tletin jum mid-data
ta’ l-avviż imsemmi fil-paragrafu (a) u skond u suġġett
għall-kondizzjonijiet imniżżla fid-disposizzjonijiet tal-
klawżola 10, flimkien jitolbu bil-miktub awtorità  biex
jitrasferixxu taħt titolu ta’ bejgħ jew enfitewżi
perpetwa d-dar ta’ abitazzjoni li dwarha kienet ġiet
approvata l-applikazzjoni tagħhom;
(d) l-applikanti għandhom, fi żmien tliet xhur mid-data ta’
l-approvazzjoni tat-talba tagħhom magħmula skond il-
paragrafu (ċ), jitrasferixxu l-imsemmija dar ta’
abitazzjoni kif intqal qabel:
Iżda d-Direttur jista’ jestendi l-perijodu msemmi ta’ tliet
xhur skond kif hu jista’ jqis xieraq.
(2) Meta l-applikanti jonqsu li jikkonformaw ruħhom mad-
disposizzjonijiet tas-subklawżola (1)(a), id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (b) ta’ l-istess subklawżola għandhom japplikaw mid-
data li d-Direttur isir xort’oħra jaf bit-tħassir ta’ l-għerusija.
(3) Meta, minkejja l-isforzi ta’ l-applikanti biex jikkonformaw
ruħhom mad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (1)(ċ) u (d), it-
trasferiment tad-dar ta’ abitazzjoni ma jkunx jista’ jsir fiż-żmien
imniżżel fl-imsemmi paragrafu (d) minħabba li ebda xerrej jew
akkwistatur tad-dar ta’ abitazzjoni ma jersaq biex jikkonkludi t-
trasferiment, id-Direttur ikollu d-dritt li jixtri jew jakkwista l-
imsemmija dar ta’ abitazzjoni mingħand l-applikanti bi prezz
stabbilit minn perit assenjat għal dak il-għan mid-Direttur jew li
jitlob lill-applikanti biex jawtorizzawh li jitrasferixxi kif intqal
qabel l-istess dar ta’ abitazzjoni għan-nom tagħhom.
(4) Meta d-Direttur jeżerċita d-dritt tiegħu imsemmi qabel li
jixtri jew akkwista d-dar ta’ abitazzjoni, mill-prezz stabbilit skond
id-disposizzjonijiet tas-subklawżola (3) id-Direttur għandu jnaqqas
8 L.S.328.01 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAL SUSSIDJU FUQ XOGĦLIJIET TA’ IRRANĠAR)
kull għotja jew sussidju li minnhom l-applikanti jkunu bbenefikaw
taħt din l-Iskema u l-ispejjeż u l-pieni kollha kif stabbiliti mid-
Direttur u l-bilanċ li jibqa’ għandu jkun l-ammont pagabbli lill-
applikanti ma’ l-att ta’ trasferiment bla ħsara ta’ xi obbligi li huma
jkunu daħlu għalihom a favur l-istituzzjoni finanzjarja approvata
mid-Direttur dwar xi self awanzat lilhom.
Piena għal 
dikjarazzjonijiet 
foloz.
12. (1) Jekk f’xi żmien jirriżulta li l-applikant ikun għamel
dikjarazzjoni falza għall-finijiet ta’ xi applikazzjoni magħmula
minnu taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskema l-applikant,
mingħajr preġudizzju għal xi piena li huwa jkun seta’ sar suġġett
għaliha taħt xi liġi oħra, ikun obbligat li jħallas lid-Direttur piena
ekwivalenti għall-ammont ta’ xi għotja u ta’ xi sussidju li l-
applikant ikun irċieva taħt din l-Iskema.
(2) Kull persuna li tagħmel dikjarazzjoni falza kif provdut fis-
subklawżola (1) tiġi skwalifikata għal perijodu ta’ ħames snin milli
tibbenefika minn xi skema magħmula bl-approvazzjoni tas-
Segretarju Parlamentari responsabbli għad-djar.
Preżentazzjoni u 
abbandun ta’ 
applikazzjonijiet.
13. (1) Kull applikazzjoni taħt din l-Iskema għandha tiġi
ppreżentata personalment jew bil-posta reġistrata mill-applikant
lid-Direttur.
(2) Meta xi applikant, meta jkun imsejjaħ biex jagħmel hekk
mid-Direttur, jonqos li jidher għall-att pubbliku msemmi fit-tieni
proviso li hemm għall-klawżola 8(3) l-applikazzjoni tiegħu titqies
li ġiet abbandunata.
Dritt ta’ rifjut. 14. Minkejja kull ħaġa li tinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ din l-Iskema d-Direttur ikollu d-dritt li jirrifjuta kull
applikazzjoni.
TABELLA
(Klawżola 10)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Perijodu fi Snin Wara d-Data ta’ l-Għotja ta’ 
Għajnuna
Ħlas Lura ta’ l-
Għotja u tas-
Sussidju
inqas minn 4 ................................................ 100%
4 jew iżjed iżda inqas minn 5 ....................... 85%
5 jew iżjed iżda inqas minn 6 ....................... 70%
6 jew iżjed iżda inqas minn 7 ....................... 55%
7 jew iżjed iżda inqas minn 8 ....................... 40%
8 jew iżjed iżda inqas minn 9 ....................... 25%
9 jew iżjed iżda inqas minn 10 ...................... 10%.
