PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT) ġ L.S.328.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 328.02
REGOLAMENTI BIEX IĦAJRU PERSUNI JSIRU SID 
DARHOM (SUUSIDJU TA’ IMGĦAX FUQ SELF 
GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT)
7 ta’ Settembru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 138 ta’ l-1990.
Titolu.
iħajru Persuni jsiru Sid Darhom (Sussidju ta’ Imgħax fuq Self
għad-Djar) (Settur Privat).
Għemil ta’ l-
Iskema.
2. L-Iskema msejħa Skema ta’ l-1990 għal Sussidju ta’
Imgħax fuq Self għad-Djar (Settur Privat) (Skema SHD 16) fl-
Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti għandu jkollha effett mid-
dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti sabiex persuni jiġu mħajra
jsiru sid darhom f’Malta.
Revoka ta’ l-
Iskema HD l4.
3. L-Iskema msejħa Sussidju ta’ Imgħax fuq Self għad-Djar
(Settur Privat), Skema HD 14, ippubblikata bin-Notifikazzjoni tal-
Gvern Numru 126 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta Frar, 1988 hija
b’dan revokata.
SKEDA
(Regolament 2)
Skema ta’ l-1990 għal Sussidju ta’ Imgħax fuq Self ghad-Djar 
(Settur Privat) (Skema SHD 16)
Titolu.
Sussidju ta’ Imgħax fuq Self għad-Djar (Settur Privat) (Skema
SHD 16) u għandha tapplika għal applikazzjonijiet skond id-
disposizzjonijiet tal-klawżola 3 għal sussidju ta’ imgħax fuq self
għad-djar.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser persuna li tapplika għal sussidju taħt din l-
Iskema;
"l-Att" b’riferenza għall-klawżola 21 għandha l-istess tifsira
mogħtija lilha f’dik il-klawżola;
Cap. 328.
Darhom;
Kap. 261.
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  tad-Djar, imwaqqfa bl-artikolu 3
ta’ l-Att dwar l-Awtorità  tad-Djar;
"benefiċjarju" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att prinċipali;
2 L.S.328.02 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT)
"dar ta’ abitazzjoni" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-
artikolu 2 ta’ l-Att prinċipali;
"id-Direttur" tfisser id-Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali u
tinkludi kull persuna awtorizzata li taġixxi f’ismu;
"enfitewżi" tinkludi subenfitewżi;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"kiri" tinkludi sullokazzjoni;
"preskritt" tfisser preskritt mid-Direttur;
"residenza ordinarja" ma tinkludix residenza tas-sajf.
Applikazzjonijiet 
għal sussidju fuq 
self għad-djar.
3. (1) Kull min jikkwalifika biex jagħmel hekk taħt din l-
Iskema jista’ jagħmel applikazzjoni fuq il-formola preskritta lid-
Direttur biex jitlob li jingħatalu s-sussidju ta’ self għal xi wieħed
mill-għanijiet imsemmijin fil-klawżola 5.
(2) Persuna tikkwalifika biex tapplika kif intqal qabel meta,
fid-data ta’ l-applikazzjoni u bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra
ta’ din l-Iskema:
(a) l-applikant jew, fil-każ ta’ koppja miżżewġa jew
koppja għarajjes, mart jew żewġ l-applikant jew l-
għarusa/l-għarus, ikun ċittadin ta’ Malta; u
(b) l-applikant ikun residenti ta’ Malta u jkun ilu hekk
residenti kontinwament għal mhux inqas minn tnax-il
xahar konsekuttivi minnufih qabel id-data ta’ l-
applikazzjoni; u
(ċ) l-applikant ma jkunx jeħtieġ l-approvazzjoni tal-
Ministru responsabbli għall-finanzi biex jakkwista
proprjetà  immobbli f’Malta; u
(d) l-applikant ma jkollux fond, barra mid-dar ta’
abitazzjoni li jkun se jiddisponi minnha skond id-
disposizzjonijiet tal-klawżola 6 fejn applikabbli, taħt
titolu ta’ proprjetà  assoluta jew titolu ta’ enfitewżi
perpetwa jew titolu ta’ enfitewżi temporanja għal aktar
minn erbgħin sena mid-data ta’ l-applikazzjoni, liema
fond jista’ jiġi okkupat mill-applikant bħala r-
residenza ordinarja tiegħu.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (2),
applikazzjoni minn persuni għarajjes ta’ xulxin għandha ssir
f’isimhom it-tnejn u t-tnejn għandhom ikollhom età  ta’ aktar minn
tmintax-il sena. F’każ bħal dan huma jkunu obbligati in solidum li
jesegwixxu l-kondizzjonijiet kollha mniżżla f’din l-Iskema.
(4) Applikant li jkun persuna mhux miżżewġa jikkwalifika
biex jagħmel applikazzjoni taħt din l-Iskema biss jekk l-applikant
ikollu età  ta’ aktar minn tletin sena.
(5) Kemm-il darba ma jkunx speċifikat xort’oħra x’imkien
ieħor f’din l-Iskema, persuna ma tikkwalifikax biex tagħmel
applikazzjoni taħt din l-Iskema jekk l-applikant jew mart jew żewġ
l-applikant ikunu diġà  bbenefikaw taħt:
(a) l-iskema ppubblikata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT) ġ L.S.328.02 3
Numru 124 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988
jew xi skema oħra li tissostitwixxiha;
(b) xi għajnuna taħt dik li kienet magħrufa bħala "l-
Iskema tal-Home Ownership" jew xi għajnuna oħra
għax-xiri tad-djar biex persuni jiġu mħajra jsiru sid
darhom mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni
Soċjali jew mid-Dipartiment ta’ l-Art jew mill-
Awtorità  jew minn uħud minnhom flimkien.
(6) Persuna li, bħala persuna għarusa, kienet ibbenefikat taħt
din l-Iskema jew xi waħda mill-iskemi ppubblikati bin-:
(a) Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 11 fil-Gazzetta tal-
Gvern tas-6 ta’ Jannar, 1987;
(b) Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 12 fil-Gazzetta tal-
Gvern tas-6 ta’ Jannar, 1987;
(ċ) Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 126 fil-Gazzetta tal-
Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988;
u li l-għerusija tagħha tkun ġiet sussegwentement terminata,
tikkwalifika darba biss biex tagħmel applikazzjoni taħt din l-
Iskema basta li, b’żieda mal-kondizzjonijiet l-oħra mniżżla f’din l-
Iskema, fid-data ta’ l-applikazzjoni dik il-persuna tkun miżżewġa
lil persuna differenti minn dik il-waħda li tagħha kienet għarusa kif
intqal qabel u jkunu għaddew ħames snin mid-data ta’ meta s-
sussidju fuq is-self oriġinali jkun terminat mid-Direttur.
(7) Kull applikazzjoni taħt din l-Iskema għandu jkollha
magħha dawk id-dokumenti li d-Direttur jista’ jitlob u d-Direttur
jista’ jitlob lill-applikant biex jippreżenta kull dokument
addizzjonali li hu jqis li jkun meħtieġ għall-finijiet ta’ din l-Iskema.
(8) Applikant li l-applikazzjoni tiegħu tiġi approvata jkun
mitlub jidħol fi ftehim mad-Direttur qabel ma l-applikant ikun
jista’ jibbenefika mid-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskema u jekk l-
applikant jonqos li jiffirma l-ftehim imsemmi meta jkun mitlub
biex jagħmel dan mid-Direttur l-imsemmija applikazzjoni titqies li
tkun ġiet abbandunata u l-approvazzjoni tagħha mid-Direttur tkun
għal kollox mingħajr effett.
(9) L-ispejjeż kollha magħmula mill-applikant f’konnessjoni
ma’ l-applikazzjoni tiegħu ma jkunux jistgħu jinġabru lura mill-
applikant sew jekk l-applikazzjoni tiegħu tiġi aċċettata sew jekk le.
Tagħrif.
mezzi finanzjarji tiegħu skond kif jista’ jiġi mitlub li jagħti mid-
Direttur u għal dan il-għan l-applikant għandu jawtorizza lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni, u lil kull persuna oħra skond kif
ikun meħtieġ, biex jagħti lid-Direttur kull tagħrif dwar l-income u
l-affarijiet finanzjarji ta’ l-applikant.
(2) Id-Direttur jista’ jitlob lill-applikant biex jiffirma kull
dikjarazzjoni li huwa jista’ jqis meħtieġa għat-twettieq ta’ din l-
Iskema u l-applikant għandu jippermetti lid-Direttur li jispezzjona
r-residenza ordinarja tiegħu u kull fond ieħor miżmum minnu
skond kif id-Direttur jista’ jitlob.
Għan tas-self.
4 L.S.328.02 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT)
wieħed mill-għanijiet li ġejjin:
(a) għax-xiri ta’ dar ta’ abitazzjoni li ma tkunx dar ta’
abitazzjoni tal-Gvern;
(b) għall-kostruzzjoni jew tlestija ta’ dar ta’ abitazzjoni
fuq art mixtrija mill-applikant li ma tkunx art mixtrija
mingħand ilGvern:
Iżda dan sakemm id-dar ta’ abitazzjoni jew l-art
imsemmija hi jew ser tkun miżmuma mill-applikant taħt titolu ta’
proprjetà  assoluta jew ta’ enfitewżi perpetwa jew ta’ enfitewżi
temporanja għal erbgħin sena jew iżjed u d-dar ta’ abitazzjoni tiġi
wżata esklużivament bħala r-residenza ordinarja ta’ l-applikant u l-
familja tiegħu:
Iżda wkoll meta t-titolu msemmi qabel ikun wieħed ta’
enfitewżi temporanja għal inqas minn erbgħin sena l-applikant ma
jiġix skwalifikat għal dik ir-raġuni waħedha jekk l-enfitewżi
msemmija tkun għal iżjed minn erbgħa u għoxrin sena u ċ-
ċenswalist ikun taħt l-obbligu li jifdi ċ-ċens fi żmien il-perijodu
msemmi.
Bdil ta’ residenza 
ordinarja mis-sid 
assolut jew 
ċenswalist 
perpetwu.
6. (1) Meta persuna li tikkwalifika biex tagħmel
applikazzjoni taħt din l-Iskema tkun tokkupa bħala r-residenza
ordinarja tagħha dar ta’ abitazzjoni taħt titolu ta’ proprjetà  assoluta
jew ta’ enfitewżi perpetwa u tkun tixtieq tibdel għal residenza
ordinarja oħra, dik il-persuna tista’ tapplika għal sussidju skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din il-klawżola.
(2) Qabel ma jagħmel applikazzjoni l-applikant għandu jkun
daħal fi ftehim ta’ wegħda ta’ bejgħ dwar id-dar ta’ abitazzjoni
okkupata mill-applikant bħala residenza ordinarja.
(3) Qabel ma jkun jista’ jiffinalizza s-self u jiġbed fondi skond
il-ftehim tas-self l-applikant għandu jikkonkludi l-att ta’ bejgħ
dwar id-dar ta’ abitazzjoni koperta bil-ftehim ta’ wegħda ta’ bejgħ
kif intqal qabel.
(4) Id-dħul mill-bejgħ skond is-subklawżola (3) għandu
jintuża kollu biex jiffinanzja x-xiri tad-dar ta’ abitazzjoni li dwarha
jkun ġie avanzat is-self.
(5) Meta l-applikant ikun biegħ id-dar ta’ abitazzjoni, li kienet
okkupata minnu bħala r-residenza ordinarja tiegħu, minnufih qabel
l-applikazzjoni jew fi żmien tnax-il xahar minnufih qabel id-data
ta’ l-applikazzjoni, id-dħul minn dak il-bejgħ għandu jintuża biex
jiffinanzja x-xiri mill-applikant tad-dar ta’ abitazzjoni li dwarha
jista’ jiġi avanzat self u jingħata sussidju fuq l-applikazzjoni skond
id-disposizzjonijiet ta’ din il-klawżola.
(6) Id-Direttur ikollu d-dritt li jaħtar perit jew aktar biex
jistabbilixxi l-valur fis-suq tad-dar ta’ abitazzjoni mibjugħa jew li
tkun se tinbiegħ mill-applikant taħt id-disposizzjonijiet ta’ din il-
klawżola u l-valur hekk stabilit u approvat mid-Direttur jitqies li
jkun id-dħul mill-bejgħ għall-finijiet tas-subklawżoli (4) u (5).
Bdil ta’ residenza 
ordinarja inn 
ċenswalist 
temporanju.
7. (1) Meta persuna li tikkwalifika biex tagħmel
applikazzjoni taħt din l-Iskema tkun tokkupa bħala r-residenza
ordinarja tagħha dar ta’ abitazzjoni taħt titolu ta’ enfitewżi
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT) ġ L.S.328.02 5
temporanja u tkun tixtieq tibdel għal residenza ordinarja oħra iżda
ma tkunx tixtieq li tikkonforma ruħha mad-disposizzjonijiet tal-
klawżola 14(d), dik il-persuna tista’ tapplika għal sussidju taħt din
l-Iskema skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din il-klawżola.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-klawżola 6(2) u (3) għandhom
mutatis mutandis japplikaw dwar il-kumplament tal-perijodu ta’ l-
enfitewżi.
(3) Meta applikazzjoni ssir skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ din il-klawżola s-self massimu ssussidjat li jingħata taħt din l-
Iskema jitnaqqas b’elf u ħames mitt lira (Lm1,500).
(4) Meta persuna tkun diġà  trasferiet il-kumplament tal-
perijodu ta’ l-enfitewżi hija ma għandhiex, għal dik ir-raġuni
waħedha, tiġi skwalifikata milli tagħmel applikazzjoni taħt din il-
klawżola iżda meta t-trasferiment ikun sar minnufih qabel l-
applikazzjoni jew fi żmien tnax-il xahar minnufih qabel id-data ta’
l-applikazzjoni d-disposizzjonijiet tas-subklawżola (3) għandhom
japplikaw.
Persuni li jkunu 
diġà  kisbu self.
8. Kull persuna li, qabel il-bidu fis-seħħ ta’ din l-Iskema iżda
mill-14 ta’ Novembru 1987 lil hawn, tkun kisbet self minn
istituzzjoni finanzjarja, skond kif tista’ tkun approvata mid-
Direttur, għax-xiri, kostruzzjoni jew tlestija ta’ dar ta’ abitazzjoni
okkupata minnha bħala rresidenza ordinarja tagħha ma għandhiex,
għal dik ir-raġuni waħedha, tiġi skwalifikata milli tagħmel
applikazzjoni għal sussidju taħt din l-Iskema basta li altrimenti
tkun hekk tikkwalifika biex tagħmel dik l-applikazzjoni.
Kondizzjonijiet 
tas-self.
9. (1) Is-self imsemmi fil-klawżola 3(1) u magħmul għal xi
wieħed mill-għanijiet imsemmijin fil-klawżola 5 għandu jissellef
minn istituzzjoni finanzjarja approvata mid-Direttur u l-ammont
tas-self li jattratta sussidju taħt din l-Iskema ma għandux jeċċedi l-
limitu massimu kif imniżżel fil-klawżola 10.
(2) Is-self għandu jitħallas lura f’perijodu massimu ta’ ħamsa
u għoxrin sena skond l-income tal-benefiċjarju skond il-
kondizzjonijiet li fuqhom ikun sar ftehim bejn il-benefiċjarju u l-
istituzzjoni finanzjarja msemmija qabel.
Sussidju ta’ 
imgħax.
10. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din il-
klawżola, id-Direttur jissussidja l-imgħax li jitħallas fuq self
magħmul skond din l-Iskema hekk li l-imgħax pagabbli mill-
applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet approvata jkun bir-rata
murija fit-tieni kolonna tat-Tabella A annessa ma’ din l-Iskema sal-
limitu massimu muri fit-tielet kolonna ta’ l-imsemmija Tabella u
skond il-valur tad-dar ta’ abitazzjoni, skond kif jista’ jiġi stabbilit
mid-Direttur, muri fl-ewwel kolonna ta’ l-istess Tabella.
(2) Meta l-applikazzjoni ssir minn persuni għarajjes ta’ xulxin
jew minn persuna mhux miżżewġa skond id-disposizzjonijiet ta’
din l-Iskema, ir-rata ta’ imgħax li altrimenti titħallas mill-applikant
taħt id-disposizzjonijiet tas-subklawżola (1) tiżdied b’1% jekk l-
applikazzjoni tiġi approvata:
Iżda meta l-persuni għarajjes ta’ xulxin sussegwentement
jiżżewġu lil xulxin jew meta l-applikant mhux miżżewweġ
sussegwentement jiżżewweġ, ir-rata ta’ imgħax pagabbli taħt din
6 L.S.328.02 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT)
is-subklawżola tista’, fuq applikazzjoni li magħha jkun hemm
kopja ta’ l-att taż-żwieġ mir-Reġistru Pubbliku, titnaqqas b’1%.
(3) Meta d-dar ta’ abitazzjoni li dwarha ssir l-applikazzjoni
tkun ir-residenza ordinarja ta’ l-applikant u l-familja tiegħu li tkun
tikkonsisti f’ħames membri jew iżjed, magħdud l-applikant, ir-rata
ta’ imgħax li altrimenti titħallas mill-applikant taħt id-
disposizzjonijiet tas-subklawżola (1) titnaqqas b’0.5%.
(4) Meta fiż-żmien li wieħed japplika d-dar ta’ abitazzjoni li
dwarha ssir l-applikazzjoni tkun ir-residenza ordinarja ta’ l-
applikant u l-familja tiegħu li tkun tikkonsisti f’inqas minn ħames
membri inkluż l-applikant iżda n-numru ta’ membri fil-familja
sussegwentement jiżdied għal ħamsa jew iżjed ir-rata ta’ imgħax
tista’, fuq applikazzjoni, titnaqqas kif provdut fis-subklawżola (3)
b’seħħ mid-data li fiha jkun dovut li jsir il-ħlas ta’ imgħax li jkun
imiss.
(5) Id-Direttur ikollu d-dritt li jistabbilixxi l-valur fis-suq tad-
dar ta’ abitazzjoni imsemmi fis-subklawżola (1) hekk kif provdut
fil-klawżola 6(6) u f’dak il-każ il-valur hekk stabbilit u approvat
mid-Direttur ikun il-valur ta’ l-imsemmija dar ta’ abitazzjoni għall-
finijiet ta’ din il-klawżola.
Djar mibnijin u 
lesti għall-
abitazzjoni qabel l-
1 ta’ Jannar, 1939.
11. (1) Applikant li l-applikazzjoni tieghu tkun tirreferi għax-
xiri ta’ dar ta’ abitazzjoni mibnija u lesta għall-abitazzjoni qabel l-
ewwel ta’ Jannar, 1939 ikun intitolat, jekk l-applikazzjoni tiegħu
tiġi approvata, għal soft loan addizzjonali sa massimu ta’ tliet elef
lira (Lm3,000) li l-imgħax fuqu jiġi sussidjat mid-Direttur hekk li l-
imgħax pagabbli fuqu mill-applikant ikun bir-rata ta’ 1.5% basta li
l-ammont totali tas-self mogħti ma jaqbiżx 80% tal-prezz tax-xiri
tad-dar ta’ abitazzjoni.
(2) Is-soft loan imsemmi fis-subklawżola (1) jista’ jittieħed
qabel is-self imsemmi fil-klawżola 10 iżda l-imsemmi soft loan ma
jingħatax meta l-valur tad-dar ta’ abitazzjoni kif stabbilit mid-
Direttur jaqbeż ħmistax-il elf lira (Lm15,000).
(3) Meta l-valur tad-dar ta’ abitazzjoni stabbilit kif intqal
qabel jaqbeż ħmistax-il elf lira (Lm15,000) l-applikant jista’
jibbenefika mis-soft loan li hemm provdut għalih fil-klawżola l2.
(4) Applikant taħt din il-klawżola jista’ wkoll japplika għal
self ieħor li ma jaqbiżx elfejn lira (Lm2,000), bir-rata sussidjata ta’
imgħax imsemmija fil-klawżola 10 għall-iskop ta’ titjib fid-dar ta’
abitazzjoni mixtrija.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-klawżola 3(5), persuna li
tibbenefika, jew li tikkwalifika li tibbenefika, taħt din il-klawżola
ma tiġix skwalifikata għal dik ir-raġuni waħedha milli tibbenefika,
wara l-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, taħt l-iskema
ppubblikata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 124 fil-Gazzetta tal-
Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988 jew taħt xi skema oħra li tissostitwiha.
Djar mibnijin u 
lesti għall-
abitazzjoni fl-1 ta’ 
Jannar, 1939 jew 
wara iżda qabel l-1 
ta’ Jannar, 1960.
12. (1) Applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun tirreferi għax-
xiri ta’ dar ta’ abitazzjoni mibnija u lesta għall-abitazzjoni fl-1 ta’
Jannar, 1939 jew wara iżda qabel l-1 ta’ Jannar, 1960 ikun intitolat,
jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, għal soft loan addizzjonali sa
massimu ta’ elfejn lira (Lm2,000) li l-imgħax fuqu jiġi sussidjat
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT) ġ L.S.328.02 7
mid-Direttur hekk li l-imgħax pagabbli mill-applikant ikun bir-rata
ta’ 2.5% basta li l-ammont totali tas-self mogħti ma jaqbiżx 80%
tal-prezz tax-xiri tad-dar ta’ abitazzjoni.
(2) Is-soft loan imsemmi fis-subklawżola (l) jista’ jittieħed
qabel is-self imsemmi fil-klawżola l0 iżda l-imsemmi soft loan ma
jingħatax meta l-valur massimu tad-dar ta’ abitazzjoni kif stabbilit
mid-Direttur jaqbeż għoxrin elf lira (Lm20,000).
(3) Meta l-valur massimu tad-dar ta’ abitazzjoni stabbilit kif
intqal qabel jaqbeż għoxrin elf lira (Lm20,000) l-applikant jista’
jibbenefika mis-soft loan li hemm provdut għalih fil-klawżola li
ġejja.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-klawżola 11(4) u (5) għandhom
japplikaw għal applikant jew persuna li tibbenefika jew
tikkwalifika li tibbenefika taħt din il-klawżola.
Djar mibnijin u 
lesti għall-
abitazzjoni fl-1 ta’ 
Jannar, 1960 jew 
wara iżda qabel l-1 
ta’ Jannar, 1980.
13. (1) Applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun tirreferi għax-
xiri ta’ dar ta’ abitazzjoni mibnija u lesta għall-abitazzjoni fl-1 ta’
Jannar, 1960 jew wara iżda qabel l-1 ta’ Jannar, 1980 ikun intitolat,
jekk l-applikazzjoni tiegħu tiġi approvata, għal soft loan
addizzjonali sa massimu ta’ elf lira (Lm1,000) li l-imgħax fuqu jiġi
sussidjat mid-Direttur hekk li l-imgħax pagabbli fuqu mill-
applikant ikun bir-rata ta’ 3% basta li l-ammont totali tas-self
mogħti ma jaqbiżx 80% tal-prezz tax-xiri tad-dar ta’ abitazzjoni.
(2) Is-soft loan imsemmi fis-subklawżola (1) jista’ jittieħed
qabel is-self imsemmi fil-klawżola 10 iżda s-soft loan imsemmi ma
jingħatax meta l-valur tad-dar ta’ abitazzjoni kif stabbilit mid-
Direttur jaqbeż ħamsa u għoxrin elf lira (Lm25,000).
Obbligi ġenerali ta’ 
l-applikant li l-
applikazzjoni 
tiegħu tiġi 
approvata.
14. L-applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet approvata
għandu:
(a) għal dak iż-żmien kollu li s-self ikun għadu ma
tħallasx, iżomm id-dar ta’ abitazzjoni in kwistjoni fi
stat tajjeb ta’ tiswija għas-sodisfazzjon tad-Direttur u
għandu jagħmel tajjeb għal xi ħsara, sew jekk
ordinarja, straordinarja jew aċċidentali, ikkaġunata
lid-dar ta’ abitazzjoni bla ħsara għad-drittijiet tiegħu
ta’ rikors kontra terzi persuni;
(b) iħallas l-ammonti kollha dovuti fuq id-dar ta’
abitazzjoni u jagħti lid-Direttur prova ta’ dawk il-
pagamenti meta jkun hekk mitlub;
(ċ) ma jużax id-dar ta’ abitazzjoni għal xi skop ħlief dak
ta’ dar ta’ abitazzjoni;
(d) jikkonsenja ċ-ċwievet u l-pussess tal-fond li, fid-data
ta’ l-applikazzjoni jew f’xi żmien matul il-perijodu ta’
sitt xhur minnufih qabel l-applikazzjoni, kien okkupat
mill-applikant bħala r-residenza ordinarja tiegħu
sakemm dak il-fond kien miżmum mill-applikant taħt
titolu ta’ kiri jew ta’ enfitewżi temporanja; dik il-
konsenja għandha ssir appena l-applikant jokkupa d-
dar ta’ abitazzjoni li għaliha tirreferi l-applikazzjoni
iżda f’kull każ mhux aktar tard miż-żmien imħolli fil-
klawżola 15 għal okkupazzjoni mill-applikant;
8 L.S.328.02 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT)
(e) jippermetti lid-Direttur aċċess għad-dar ta’ abitazzjoni
li għaliha tirreferi l-applikazzjoni sa tlettax-il sena
mid-data tal-ħruġ tal-permess tal-bini relattiv jew sa
meta jkun tħallas lura s-self sussidjat taħt din l-
Iskema, skond liema jiġi l-aħħar u skond il-każ.
Obbligi speċjali 
skond in-natura ta’ 
l-applikazzjoni.
15. (1) Meta l-applikazzjoni tkun għax-xiri ta’ dar ta’
abitazzjoni taħt il-klawżola 13, l-applikant li l-applikazzjoni tiegħu
tkun ġiet approvata għandu:
(a) jikkonkludi l-att ta’ xiri tad-dar ta’ abitazzjoni fi
żmien massimu ta’ tliet xhur mid-data ta’ l-
approvazzjoni ta’ l-applikazzjoni; u
(b) fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni
ta’ l-att ta’ xiri fil-każ ta’ applikazzjoni flimkien minn
persuni għarajjes, jew fi żmien xahrejn mid-data tal-
pubblikazzjoni msemmija fil-każijiet l-oħra kollha,
jokkupa l-imsemmija dar ta abitazzjoni.
(2) Meta l-applikazzjoni tkun għax-xiri ta’ dar ta’ abitazzjoni
taħt il-klawżola 11 jew 12, l-applikant li l-applikazzjoni tiegħu
tkun ġiet approvata għandu:
(a) jikkonkludi l-att ta’ xiri tad-dar ta’ abitazzjoni fi
żmien massimu ta’ tliet xhur mid-data ta’ l-
approvazzjoni ta’ l-applikazzjoni; u
(b) fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni
ta’ l-att ta’ xiri fil-każ ta’ applikazzjoni flimkien minn
persuni għarajjes, jew fi żmien sitt xhur mid-data tal-
pubblikazzjoni msemmija fil-każijiet l-oħra kollha,
jokkupa l-imsemmija dar ta’ abitazzjoni.
(3) Meta l-applikazzjoni tkun għax-xiri ta’ dar ta’ abitazzjoni
mhux lesta, l-applikant għandu jokkupa l-imsemmija dar ta’
abitazzjoni fi żmien tmintax-il xahar mid-data ta’ l-approvazzjoni
ta’ l-applikazzjoni.
(4) Meta l-applikazzjoni tkun għall-kostruzzjoni ta’ dar ta’
abitazzjoni, l-applikant għandu jibda x-xogħol tal-bini fi żmien tliet
xhur mid-data tal-ħruġ tal-permess tal-bini relattiv u għandu jlesti
l-bini tad-dar ta’ abitazzjoni lesta għall-abitazzjoni u għandu
jokkupa l-istess dar fi żmien tliet snin u tliet xhur mill-imsemmija
data.
Effetti tat-tħassir 
ta’ l-għerusija fuq 
applikazzjonijiet 
flimkien minn 
persuni għarajjes.
16. (1) Fil-każ ta’ applikazzjoni flimkien minn persuni
għarajjes, meta l-għerusija tiġi sussegwentement imħassra:
(a) iż-żewġ applikanti għandhom, fi żmien tletin jum mid-
data ta’ dak it-tħassir, javżaw lid-Direttur b’dak it-
tħassir;
(b) id-Direttur għandu minnufih jissospendi s-sussidju fuq
ir-rata ta’ imgħax u kull ġbid ieħor fuq il-kont tas-self
sakemm isiru investigazzjonijiet u jieħu d-deċiżjoni
finali tiegħu fuqhom;
(ċ) l-applikanti għandhom, fi żmien tletin jum mid-data
ta’ l-avviż imsemmi fil-paragrafu (a) u skond u suġġett
għall-kondizzjonijiet imniżżla fid-disposizzjonijiet tal-
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT) ġ L.S.328.02 9
klawżola 18, flimkien jitolbu bil-miktub awtorità  biex
jitrasferixxu taħt titolu ta’ bejgħ jew enfitewżi
perpetwa d-dar ta’ abitazzjoni li dwarha kienet ġiet
approvata l-applikazzjoni tagħhom;
(d) l-applikanti għandhom, fi żmien tliet xhur mid-data ta’
l-approvazzjoni tat-talba tagħhom magħmula skond il-
paragrafu (ċ), jitrasferixxu l-imsemmija dar ta’
abitazzjoni kif intqal qabel:
Iżda d-Direttur jista’ jestendi l-perijodu msemmi
ta’ tliet xhur skond kif jista’ jqis xieraq.
(2) Meta l-applikanti jonqsu li jħarsu d-disposizzjonijiet tas-
subklawżola (1)(a), id-disposizzjonijiet tas-subklawżola (1)(b)
għandhom japplikaw mid-data li d-Direttur isir xort’oħra jaf bit-
tħassir ta’ l-għerusija.
(3) Meta, minkejja l-isforzi ta’ l-applikanti biex jikkonformaw
ruhhom mad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (1)(ċ) u (d), it-
trasferiment tad-dar ta’ abitazzjoni ma jkunx jista’ jsir fiż-żmien
imniżżel fl-imsemmi paragrafu (d) minħabba li ebda xerrej jew
akkwistatur tad-dar ta’ abitazzjoni ma jersaq biex jikkonkludi t-
trasferiment, id-Direttur ikollu d-dritt li jixtri jew jakkwista l-
imsemmija dar ta’ abitazzjoni mingħand l-applikanti bi prezz
stabbilit minn perit assenjat għal dak il-għan mid-Direttur jew li
jitlob lill-applikanti biex jawtorizzawh li jittrasferixxi kif intqal
qabel l-istess dar ta’ abitazzjoni għan-nom tagħhom.
(4) Meta d-Direttur jeżerċita d-dritt tiegħu imsemmi qabel li
jixtri jew jakkwista d-dar ta’ abitazzjoni, mill-prezz stabbilit skond
id-disposizzjonijiet tas-subklawżola (3) id-Direttur għandu jnaqqas
is-sussidji kollha li minnhom l-applikanti jkunu bbenefikaw taħt
din l-Iskema u l-ispejjeż u l-pieni kollha kif stabbiliti mid-Direttur
u l-bilanċ li jibqa’ għandu jkun l-ammont pagabbli lill-applikanti
ma’ l-att ta’ trasferiment bla ħsara ta’ xi obbligi li huma jkunu
daħlu għalihom a favur l-istituzzjoni finanzjarja approvata mid-
Direttur dwar is-self avvanzat lilhom.
Ksur tal-
kondizzjonijiet jew 
tagħrif falz mill-
applikant.
17. ( l) Meta l-applikant li l-applikazzjoni tiegħu tiġi
approvata jonqos li jikkonforma ruħu mal-kondizzjonijiet imposti
fuqu taħt din l-Iskema jew meta jinstab li xi tagħrif sottomess mill-
applikant ma jkunx korrett id-Direttur jista’, mingħajr ħsara għad-
dritt tiegħu li jtemm xi ftehim taħt din l-Iskema jew li jestendi għal
kawża ġusta kull limitu ta’ żmien taħtha, jieħu kull pass jew il-
passi kollha minn dawn li ġejjin:
(a) jissospendi, jtemm jew inaqqas is-sussidju;
(b) jissospendi jew jipprojbixxi kull ġbid ieħor fuq il-kont
tas-self;
(ċ) jiġbor lura kull self, sussidju jew benefiċċju ieħor jew
is-self kollu, is-sussidji kollha jew il-benefiċċji l-oħra
kollha li l-applikant ikun irċeva taħt din l-Iskema;
(d) jimponi fuq l-applikant il-ħlas ta’ piena ta’ erba’ liri
(Lm4.00) għal kull ġimgħa jew parti minnha li matulha
l-applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet
approvata ikun qiegħed jonqos.
10 L.S.328.02 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT)
(2) Kull min jonqos li jħares id-disposizzjonijiet imposti fuqu
taht din l-Iskema jew min jagħti tagħrif falz għall-finijiet ta’ xi
applikazzjoni magħmula minnu taħt din l-Iskema jiġi skwalifikat
għal perijodu ta’ ħames snin milli jibbenefika minn xi skema
magħmula bl-approvazzjoni tas-Segretarju Parlamentari
responsabbli għad-djar.
Trasferiment mill-
benefiċjarju.
18. (1) Kull dar ta’ abitazzjoni akkwistata taħt din l-Iskema
ma għandhiex tiġi trasferita taħt xi titolu, ħlief għal causa mortis,
mill-benefiċjarju kemm-il darba dan ma jħarisx id-disposizzjonijiet
li ġejjin ta’ din il-klawżola.
(2) Meta l-benefiċjarju jkun ħa self taħt id-disposizzjonijiet
tal-klawżoli 11, 12 u 13 u t-trasferiment ikun se jsir fi żmien għaxar
snin mid-data ta’ l-ewwel ġbid fuq is-self, il-benefiċjarju għandu,
qabel ma jsir it-trasferiment, iħallas lid-Direttur u lill-istituzzjoni
finanzjarja approvata minnu taħt din l-Iskema, skond il-każ, il-
valur sħiħ jew parti mill-valur ta’ xi sussidju jew benefiċċju ieħor li
l-benefiċjarju jkun irċeva kif imniżżel fit-tieni kolonna tat-Tabella
B annessa ma’ din l-Iskema skond il-perijodu ta’ wara l-ewwel ġbid
fuq il-kont tas-self kif muri fl-ewwel kolonna ta’ l-imsemmija
Tabella.
(3) Meta l-benefiċjarju jkun ħa self li ma jkunx self kif
imsemmi fis-subklawżola (2) u t-trasferiment tad-dar ta’
abitazzjoni jkun se jsir fi żmien tlettax-il sena mid-data ta’ l-ewwel
ġbid fuq is-self, il-benefiċjarju għandu, qabel ma jsir it-
trasferiment, iħallas lid-Direttur u lill-istituzzjoni finanzjarja
approvata minnu taħt din l-Iskema, skond il-każ, il-valur sħiħ jew
parti mill-valur ta’ xi sussidju jew benefiċċju ieħor li l-benefiċjarju
jkun irċeva kif imniżżel fit-tieni kolonna tat-Tabella Ċ annessa ma’
din l-Iskema skond il-perijodu ta’ wara l-ewwel ġbid fuq il-kont
tas-self kif muri fl-ewwel kolonna ta’ l-imsemmija Tabella.
(4) Meta l-benefiċjarju jkun ħa self kif imsemmi fis-
subklawżola (2) jew (3) u t-trasferiment tad-dar ta’ abitazzjoni ikun
se jsir wara għaxar snin jew tlettax-il sena rispettivament, skond il-
każ, mid-data ta’ l-ewwel ġbid fuq is-self, il-benefiċjarju għandu
jagħti lid-Direttur avviż ta’ xahar tal-ħsieb tiegħu li jitrasferixxi l-
imsemmija dar ta’ abitazzjoni u d-Direttur għandu minnufih itemm
kull arranġament għas-sussidju taħt din l-Iskema ta’ xi imghax
pagabbli mill-benefiċjarju.
Ħelsien mit-taxxa 
tal-mewt u tad-
donazzjoni.
19. Ħelsien kif provdut fl-artikolu 3(b) ta’ l-Att prinċipali
huwa b’dan mogħti mal-mewt tal-benefiċjarju, u meta l-
benefiċjarju jkun miżżewweġ fil-waqt ta’ l-akkwist tad-dar ta’
abitazzjoni, ukoll mal-mewt ta’ mart jew żewġ il-benefiċjarju, dwar
xi dar ta’ abitazzjoni akkwistata taħt id-disposizzjonijiet tal-
klawżola 11 jew 12 u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 ta’ dak l-
Att għandhom għalhekk japplikaw għaliha:
Iżda l-ħelsien fuq imsemmi għandu japplika biss dwar l-
ewwel sebat elf lira (Lm7,000) tal-valur tad-dar ta’ abitazzjoni.
Dritt li dar ta’ 
abitazzjoni 
titneħħa mill-
kontroll.
Kap. 158.
20. Huwa b’dan mogħti d-dritt li wieħed jirreġistra taħt l-
Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar dar ta’ abitazzjoni
akkwistata minn benefiċjarju taħt id-disposizzjonijiet tal-klawżola
11 jew 12 u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 ta’ l-Att prinċipali
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT) ġ L.S.328.02 11
għandhom għalhekk japplikaw għaliha.
Ħelsien mit-taxxa 
fuq dokumenti.
Kap. 364.
21. It-trasferiment ta’ dar ta’ abitazzjoni lil benefiċjarju taħt
din l-Iskema jkun eżenti mill-ħlas tat-taxxi li ġejjin taħt l-Att dwar
it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’din il-klawżola imsejjaħ "l-Att", sakemm it-trasferiment
isir taħt id-disposizzjonijiet tal-klawżola 11 jew 12 u l-benefiċjarju
b’hekk isir is-sid assolut ta’ proprjetà  immobbli għall-ewwel darba:
(a) 33% mit-taxxa li kien ikollha titħallas taħt it-Titolu II
tat-Taqsima III ta’ l-Att fuq l-att ta’ trasferiment tad-
dar ta’ abitazzjoni lill-benefiċjarju;
(b) 33% mit-taxxa li kien ikollha titħallas taħt it-Titolu II
tat-Taqsima III ta’ l-Att fuq l-irċevuta tal-pagament
tal-prezz jew konsiderazzjoni oħra għat-trasferiment
tad-dar ta’ abitazzjoni lill-benefiċjarju.
Preżentazzjoni u 
abbandun ta’ 
applikazzjonijiet.
22. (1) Kull applikazzjoni taħt din l-Iskema għandha tiġi
preżentata personalment jew bil-posta reġistrata mill-applikant lid-
Direttur.
(2) Meta xi applikant taħt din l-Iskema jonqos li jidher għall-
ftehim tal-wegħda ta’ bejgħ jew għall-att ta’ bejgħ jew
trasferiment, skond il-każ, meta jkun imsejjaħ biex jagħmel hekk
mill-bejjiegħ jew trasferitur, l-applikazzjoni tiegħu titqies li tkun
ġiet abbandunata.
Dritt ta’ rifjut.
ta’ din l-Iskema, id-Direttur ikollu d-dritt li jirrifjuta kull
applikazzjoni.
12 L.S.328.02 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT)
TABELLA A
(Klawżola 10)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna It-Tielet Kolonna
Valur tad-Dar ta’ 
Abitazzjoni f’Liri Maltin
Rata ta’ Imgħax
fil-Mija
Self Massimu 
Sussidjat
0 - 5,000 2.00 4,000
5,001 - 6,000 2.20 4,200
6,001 - 7,000 2.40 4,400
7,001 - 8,000 2.60 4,600
8,001 - 9,000 2.80 4,800
9,001 - 10,000 3.00 5,000
10,001 - 11,000 3.20 5,200
11,001 - 12,000 3.40 5,400
12,001 - 13,000 3.60 5,600
13,001 - 14,000 3.80 5,800
14,001 - 15,000 4.00 6,000
15,001 - 16,000 4.20 6,400
16,001 - 17,000 4.40 6,800
17,001 - 18,000 4.60 7,200
18,001 - 19,000 4.80 7,600
19,001 - 20,000 5.00 8,000
20,001 - 21,000 5.20 8,400
21,001 - 22,000 5.40 8,800
22,001 - 23,000 5.60 9,200
23,001 - 24,000 5.80 9,600
24,001 - 25,000 6.00 10,000
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SUUSIDJU TA’ 
IMGĦAX FUQ SELF GĦAD-DJAR) (SETTUR PRIVAT) ġ L.S.328.02 13
TABELLA B
(Klawżola 18)
TABELLA Ċ
(Klawżola 18)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni 
Kolonna
Perijodu fi Snin wara l-Ewwel Ġbid
fuq il-Kont tas-Self
Perċentaġġ tal-
Valur ta’ 
Sussidju jew 
Benefiċċju 
ieħor li għandu 
Jitħallas Lura
Inqas minn 4 ................................................... 100
4 jew iżjed iżda inqas minn 5 .......................... 85
5 jew iżjed iżda inqas minn 6 .......................... 70
6 jew iżjed iżda inqas minn 7 .......................... 55
7 jew iżjed iżda inqas minn 8 .......................... 40
8 jew iżjed iżda inqas minn 9 .......................... 25
9 jew iżjed iżda inqas minn 10 ........................ 10
L-Ewwel Kolonna It-Tieni 
Kolonna
Perijodu fi Snin wara l-Ewwel Ġbid
fuq il-Kont tas-Self
Perċentaġġ tal-
Valur ta’ 
Sussidju jew 
Benefiċċju 
ieħor li għandu 
Jitħallas Lura
Inqas minn 7 ................................................... 100
7 jew iżjed iżda inqas minn 8 .......................... 85
8 jew iżjed iżda inqas minn 9 .......................... 70
9 jew iżjed iżda inqas minn 10 ........................ 55
10 jew iżjed iżda inqas minn 11 ...................... 40
11 jew iżjed iżda inqas minn 12 ...................... 25
12 jew iżjed iżda inqas minn 13 ...................... 10
