PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI TAL-GVERN) ġ L.S.328.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 328.03
REGOLAMENTI BIEX IĦAJRU PERSUNI JSIRU SID 
DARHOM (SKEMA GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI TAL-GVERN)
26 ta’ Novembru, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 179 ta’ l-1991.
Titolu.
iħajru Persuni jsiru Sid Darhom (Skema għax-Xiri ta’ Djar ta’
Abitazzjoni tal-Gvern).
Għemil ta’ l-
Iskema.
2. L-Iskema msejħa Skema ta’ l-1991 għax-Xiri ta’ Djar ta’
Abitazzjoni tal-Gvern (Skema G) fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
regolamenti għandu jkollha effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti sabiex persuni jiġu mħajra jsiru sid darhom
f’Malta u għandha tagħlaq sena wara dik id-data.
Tħassir ta’ A.L. 
139 ta’ l-1990.
3. Ir-Regolamenti ta’ l-1990 biex iħajru Persuni jsiru Sid
Darhom (Skema għax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni tal-Gvern) huma
b’dan imħassra.
SKEDA
(Regolament 2)
Skema ta’ l-1991 għax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni tal-Gvern
(Skema G)
Titolu.
Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni tal-Gvern (Skema G) u għandha
tapplika għal applikazzjonijiet għax-xiri ta’ djar ta’ abitazzjoni li
huma proprjetà  tal-Gvern minn persuni li għalihom tapplika din l-
Iskema.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser persuna li tapplika għax-xiri ta’ dar ta’
abitazzjoni tal-Gvern taħt din l-Iskema;
"l-Att" b’riferenza għall-klawżola 12 għandha l-istess tifsira
mogħtija lilha f’dik il-klawżola;
Kap. 328.
Darhom;
Kap. 261.
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  tad-Djar, imwaqqfa bl-artikolu 3
ta’ l-Att dwar l-Awtorità  tad-Djar;
"benefiċjarju" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att prinċipali;
"dar ta’ abitazzjoni" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-
2 L.S.328.03 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI TAL-GVERN)
artikolu 2 ta’ l-Att prinċipali;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"income totali fis-sena" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fil-
klawżola 5(3);
"kerrej rikonoxxut" tfisser persuna li jkollha dar ta’ abitazzjoni
tal-Gvern b’titolu ta’ kirja mill-Gvern u rikonoxxuta bħala tali
mill-Gvern;
"preskritt" tfisser preskritt bl-Awtorità ;
"residenza ordinarja" ma tinkludix residenza tas-sajf;
"sena bażi" tfisser is-sena minnufih qabel is-sena li fiha ssir
applikazzjoni taħt din l-Iskema u b’riferenza għall-klawżola 8(5)
tfisser is-sena minnufih qabel is-sena li fiha tkun dovuta li ssir
reviżjoni taħt dik is-subklawżola.
Applikazzjonijiet 
għax-xiri.
3. (1) Kull min jikkwalifika biex jagħmel hekk taħt din l-
Iskema jista’ jagħmel applikazzjoni fuq il-formola preskritta lill-
Awtorità  biex jitlob li jixtri dar ta’ abitazzjoni tal-Gvern li tagħha
huwa l-kerrej rikonoxxut u li hija okkupata minnu bħala r-residenza
ordinarja tiegħu.
(2) Persuna tikkwalifika biex tapplika taħt din l-Iskema meta,
fid-data ta’ l-applikazzjoni:
(a) l-applikant, jew mart jew żewġ l-applikant fil-każ ta’
koppja miżżewġa, ikun ċittadin ta’ Malta; u
(b) l-applikant u mart jew żewġ l-applikant, u l-għarusa
jew l-għarus ta’ l-applikant ikunu residenti ta’ Malta u
jkun ilhom hekk residenti kontinwament għal mhux
inqas minn tnax-il xahar konsekuttivi minnufih qabel
id-data ta’ l-applikazzjoni.
(3) Persuna ma tikkwalifikax biex tapplika taħt din l-Iskema
jekk l-applikant jew mart jew żewġ l-applikant ikunu diġà
bbenefikaw taħt:
(a) xi waħda mill-iskemi ppubblikati permezz tan-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern Numri 11 u 12 fil-
Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Jannar, 1987; jew
(b) l-iskema ppubblikata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern
Numru 138 fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ l-20 ta’ Frar,
1987; jew
(ċ) xi waħda mill-iskemi ppubblikati bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern Numri 124, 126, 127, 128,
129 u 130 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988;
jew
(d) xi waħda mill-iskemi ppubblikati bl-Avviżi Legali
Numri 137, 138, 139 u 140 fis-suppliment tal-Gazzetta
tal-Gvern tas-7 ta’ Settembru, 1990; jew
(e) xi għajnuna taħt dik li kienet magħrufa bħala "l-
Iskema tal-Home Ownership" jew xi għajnuna oħra
biex persuni jiġu mħajra jsiru sid darhom mid-
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jew mid-
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI TAL-GVERN) ġ L.S.328.03 3
Dipartiment ta’ l-Art jew mill-Awtorità  jew minn uħud
minnhom flimkien.
Kap. 303.
(4) Persuna wkoll ma tikkwalifikax biex tapplika taħt din l-
Iskema jekk tkun akkwistat art mill-Gvern li kienet ġiet esproprjata
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Arei għall-Iżvilupp
tal-Bini.
(5) Persuna li, mal-bidu fis-seħħ ta’ din l-Iskema, ikollha
applikazzjoni pendenti taħt xi waħda mill-iskemi ppubblikati bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern Numri 127 u 128 fil-Gazzetta tal-
Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988, u/jew bl-Avviżi Legali Numri 139 u
140 ta’ l-1990 ippubblikati fis-suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern
tas-7 ta’ Settembru 1990 tista’, kemm-il darba ma tkunx daħlet fi
ftehim ta’ wegħda ta’ bejgħ ma’ l-Awtorità  dwar dik l-
applikazzjoni, tirrinunzja dik l-applikazzzjoni u tagħmel
applikazzjoni taħt din l-Iskema fuq il-pagament tal-ħlas
amministrattiv li hemm provdut għalih fil-klawżola 13 u dak il-ħlas
ma jkunx rifondibbli.
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subklawżola (3), persuna
li tibbenefika, jew tikkwalifika li tibbenefika, taħt din l-Iskema ma
tiġix skwalifikata għal dik ir-raġuni waħedha milli tibbenefika,
wara l-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, taħt l-Iskema
pubblikata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 124 fil-Gazzetta
tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988 jew taħt xi skema oħra li
tissostitwiha.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-klawżola 13(1), l-
ispejjeż kollha magħmula mill-applikant f’konnessjoni ma’ l-
applikazzjoni tiegħu ma jkunux jistgħu jinġabru lura mill-applikant
sew jekk l-applikazzjoni tiegħu tiġi aċċettata sew jekk le.
Miżżewġin 
legalment 
mifrudin.
4. Applikant li jkun legalment mifrud mill-mara/mir-raġel
għandu jippreżenta kopja tad-deċiżjoni finali tal-qorti kompetenti li
tippronunzja l-firda jew kopja ta’ l-att pubbliku li jagħti effett lill-
firda bil-kunsens taż-żewġ miżżewġin bl-awtorità  tal-qorti
kompetenti.
Income totali fis-
sena.
5. (1) Għall-finijiet ta’ din l-Iskema, l-income ta’ l-applikant
għandu jinkludi:
(a) il-qligħ jew profitti gross minn xi sengħa, negozju,
professjoni jew vokazzjoni;
(b) qligħ jew profitti gross minn xi impieg jew uffiċċju;
(ċ) qligħ jew profitti gross minn bejgħ ta’ xi proprjetà  jew
mit-tħaddim ta’ xi impriża jew skema li tagħmel
profitti;
(d) dividendi, imgħax jew skonti;
(e) kull pensjoni, charge, somma fis-sena jew ħlas fis-
sena;
(f) kera, royalties, premiums u kull profitt ieħor li jkun
hemm minn proprjetà ;
(g) il-valur ta’ prodott riċevibbli dwar l-użu ta’ kapital,
proprjetà , żrieragħ jew annimali għall-iskop tal-biedja
jew tat-trobbija jew kull sehem minn profitti riċevibbli
4 L.S.328.03 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI TAL-GVERN)
dwar dak l-użu;
(h) kull benefiċċju jew allowance soċjali;
(i) kull qligħ jew profitti li jaqghu taħt id-deskrizzjonijiet
fil-paragrafi ta’ qabel dan ta’ din is-subklawżola barra
minn dawk fil-paragrafi (a) u (b), magħmula mill-
mara/ir-raġel jew l-għarusa/l-għarus ta’ l-applikant;
(j) ħamsin fil-mija (50%) tal-qligħ jew profitti li jaqgħu
taht xi waħda mid-deskrizzjonijiet fil-paragrafi (a) u
(b) ta’ din is-subklawżola magħmula mill-mara/ir-
raġel jew l-għarusa/l-għarus ta’ l-applikant;
(k) kull qligħ jew profitti oħra.
(2) Meta l-applikant, u fil-każ ta’ koppja miżżewġa jew
għarajjes, l-applikant jew martu/żewġha jew l-għarusa/l-għarus
tiegħu jew tagħha, jew it-tnejn, ikun jew ikunu ħadmu bi qligħ kif
provdut fis-subklawżola (1)(a) u (b) matul parti biss mis-sena bażi,
il-qligħ jew profitti għas-sena bażi kollha jiġu kalkolati billi l-qligħ
jew profitti minn dik il-ħidma bi qligħ u li jkunu saru matul il-parti
msemmija mis-sena bażi mill-applikant u/jew martu/żewġha jew l-
għarusa/l-għarus tiegħu jew tagħha, jew it-tnejn, jiġu proġettati
għas-sena bażi kollha.
(3) L-income totali fis-sena ta’ l-applikant għandu jkun l-
income ta’ l-applikant stabbilit skond is-subklawżoli ta’ qabel din,
li minnu tiġi mnaqqsa s-somma ta’ elf lira (Lm1,000).
Tagħrif. 6. (1) L-applikant għandu jagħti dak it-tagħrif kollu dwar il-
mezzi finanzjarji tiegħu skond kif jista’ jiġi mitlub li jagħti mill-
Awtorità  u għal dan il-għan l-applikant għandu jawtorizza lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni, lid-Direttur tas-Sigurtà  Soċjali u lil
kull persuna oħra skond kif ikun meħtieġ, biex jagħtu lill-Awtorità
kull tagħrif dwar l-income ta’ l-applikant matul is-sena bażi.
(2) L-Awtorità  tista’ titlob lill-applikant biex jiffirma kull
dikjarazzjoni li hija tista’ tqis meħtieġa għat-twettiq ta’ din l-
Iskema u l-applikant għandu jippermetti lill-Awtorità  tispezzjona r-
residenza ordinarja tiegħu u kull fond ieħor miżmum minnu skond
kif l-Awtorità  tista’ titlob.
Prezz tax-xiri. 7. (1) Meta l-income totali fis-sena ta’ l-applikant fis-sena
bażi ma jaqbiżx sitt elef lira (Lm6,000) il-prezz tax-xiri għall-
proprjetà  assoluta ta’ dar ta’ abitazzjoni tal-Gvern għandu jkun il-
valur fis-suq ħieles ta’ dik id-dar ta’ abitazzjoni kif stabbilit mill-
Awtorità , imnaqqas kif muri fit-tieni kolonna tat-Tabella A annessa
ma’ din l-Iskema fi proporzjon ma’ l-income totali fis-sena ta’ l-
applikant kif muri fl-ewwel kolonna ta’ l-imsemmija Tabella,
suġġett għas-subklawżola (3).
(2) Meta l-income totali fis-sena ta’ l-applikant fis-sena bażi
jaqbeż is-sitt elef lira (Lm6,000), il-prezz tax-xiri tad-dar ta’
abitazzjoni għandu jkun il-valur fis-suq ħieles tagħha kif stabbilit
mill-Awtorità  mnaqqas, fejn applikabbli, u sa l-ewwel erbatax-il elf
lira (Lm14,000) ta’ l-imsemmi valur, b’wieħed fil-mija (1%) tiegħu
għal kull sena sħiħa li l-applikant ikun rikonoxxut bħala l-kerrej
tad-dar ta’ abitazzjoni sa massimu ta’ għoxrin (20) sena.
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI TAL-GVERN) ġ L.S.328.03 5
(3) Il-prezz imnaqqas tax-xiri muri fit-tieni kolonna tat-
Tabella A annessa ma’ din l-Iskema għandu jiġi wkoll imnaqqas
aktar b’wieħed fil-mija (1%) tiegħu għal kull sena sħiħa li l-
applikant ikun rikonoxxut bħala l-kerrej tad-dar ta’ abitazzjoni sa
massimu ta’ għoxrin sena.
(4) Meta l-valur fis-suq ħieles tad-dar ta’ abitazzjoni kif
stabbilit mill-Awtorità  jaqbeż l-erbatax-il elf lira (Lm14,000), iż-
żejjed jitħallas mingħajr ebda tnaqqis kif provdut fis-subklawżoli
ta’ qabel ta’ din il-klawżola.
Ħlas tal-prezz tax-
xiri.
8. (1) Għaxra fil-mija (10%) tal-prezz tax-xiri ffissat skond
id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskema għandhom jitħallsu akkont ta’
l-imsemmi prezz mill-applikant mal-ftehim tal-wegħda ta’ bejgħ
ma’ l-Awtorità  iżda l-ammont hekk imħallas ma jkunx jista’
jinġabar lura mill-applikant kemm-il darba huwa jonqos, għal xi
raġuni, li jikkonkludi l-att ta’ bejgħ ma’ l-Awtorità .
(2) Il-bilanċ tal-prezz tax-xiri għandu jitħallas ma’ l-att ta’
bejgħ li jkun sar bejn l-applikant u l-Awtorità . Jekk applikant ma
jagħmilx użu mid-dritt tiegħu li jissellef parti mill-prezz kif previst
fis-subklawżola (3) jitnaqqsulu għaxra fil-mija (10%) mill-prezz
tax-xiri stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskema u dan
it-tnaqqis isir mill-prezz tax-xiri kif imnaqqas skond id-
disposizzjonijiet tal-klawżola 7(2) u (3).
(3) L-applikant jista’ jissellef parti mill-prezz tax-xiri minn
istituzzjoni finanzjarja approvata mill-Awtorità  iżda l-ammont tas-
self ma għandux jaqbeż il-limitu mniżżel fir-raba’ kolonna tat-
Tabella B annessa ma’ din l-Iskema skond l-income totali fis-sena
ta’ l-applikant kif muri fit-tieni kolonna ta’ l-imsemmija Tabella, u
għandu jitħallas lura f’pagamenti fix-xahar f’perijodu massimu ta’
ħamsa u għoxrin sena mid-data ta’ l-att ta’ bejgħ jew mhux aktar
tard mid-data li fiha huwa jagħlaq il-ħamsa u sittin sena, skond
liema tiġi l-ewwel.
(4) Meta l-applikant ikun kiseb self skond is-subklawżola (3),
l-Awtorità  tissussidja l-imgħax li jitħallas fuq is-self hekk li l-
imgħax pagabbli mill-applikant ikun bir-rata murija fit-tielet
kolonna tat-Tabella B annessa ma’ din l-Iskema. Ebda sussidju ma
jitħallas meta l-income totali fis-sena ta’ l-applikant għas-sena bażi
jaqbeż il-ħamest elef lira (Lm5,000).
(5) Ir-rata ta’ imgħax li titħallas mill-applikant kif intqal qabel
tiġi riveduta mill-Awtorità  kull sentejn fuq il-bażi ta’ l-income
totali fis-sena għas-sena bażi u l-ammont tas-sussidju li jitħallas
mill-Awtorità  jiġi wkoll rivedut skond hekk. L-ewwel reviżjoni
tkun dovuta li ssir fl-1 ta’ Lulju, 1993.
(6) L-Awtorità  għandha tassigura li meta l-income totali fis-
sena tax-xerrej f’xi sena waħda jkun anqas minn elf u seba’ mitt
lira (Lm1,700) il-ħlas tal-pagamenti fix-xahar li jkunu dovuti li
jsiru bħala ħlas lura ta’ xi self kif imsemmi qabel jiġi sospiż għal
perijodu ta’ sa tliet xhur liema perijodu jista’ jiġi estiż b’perijodi
oħra ta’ tliet xhur basta li x-xerrej ikompli jħallas ir-rata ta’ imgħax
pagabbli minnu taħt din l-Iskema.
Trasferiment mill-
benefiċjarju.
9. (1) Kull dar ta’ abitazzjoni mixtrija taħt din l-Iskema ma
għandhiex tiġi trasferita taħt xi titolu, ħlief għal causa mortis, mill-
6 L.S.328.03 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI TAL-GVERN)
benefiċjarju kemm-il darba dan ma jħarisx id-disposizzjonijiet li
ġejjin ta’ din il-klawżola.
(2) Meta t-trasferiment ikun se jsir fi żmien għaxar snin mid-
data ta’ l-att ta’ bejgħ konkluż ma’ l-Awtorità , il-benefiċjarju
għandu qabel ma jsir it-trasferiment, iħallas lill-Awtorità  u lill-
istituzzjoni finanzjarja approvata minnha taħt din l-Iskema, skond
il-każ, il-valur sħiħ jew parti mill-valur ta’ xi sussidju u ta’ xi
ammont imnaqqas mill-valur fis-suq ħieles tad-dar ta’ abitazzjoni
taħt din l-Iskema kif imniżżel fit-tieni kolonna tat-Tabella Ċ
annessa ma’ din l-Iskema.
(3) Meta t-trasferiment tad-dar ta’ abitazzjoni mixtrija taħt din
l-Iskema ikun se jsir wara għaxar snin mid-data tal-pubblikazzjoni
ta’ l-att ta’ bejgħ konkluż ma’ l-Awtorità , il-benefiċjarju ma
jagħmel ebda ħlas kif previst fis-subklawżola (2) iżda għandu
jagħti lill-Awtorità  avviż ta’ xahar tal-ħsieb tiegħu li jitrasferixxi l-
imsemmija dar ta’ abitazzjoni u l-Awtorità  minnufih ittemm kull
arranġament għas-sussidju taħt din l-Iskema ta’ xi imgħax pagabbli
mill-benefiċjarju.
Ħelsien mit-taxxa 
tal-mewt u tad-
donazzjoni.
10. Ħelsien kif provdut fl-artikolu 3(b) ta’ l-Att prinċipali
huwa b’dan mogħti mal-mewt tal-benefiċjarju, u meta l-
benefiċjarju jkun miżżewweġ fil-waqt ta’ l-akkwist tad-dar ta’
abitazzjoni, ukoll mal-mewt ta’ mart jew żewġ il-benefiċjarju, dwar
xi dar ta’ abitazzjoni mixtrija minn benefiċjarju taħt din l-Iskema u
d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 ta’ dak l-Att għandhom għalhekk
japplikaw għaliha:
Iżda l-ħelsien fuq imsemmi għandu japplika biss dwar l-
ewwel sebat elef lira (Lm7,000) tal-valur tad-dar ta’ abitazzjoni.
Dritt li dar ta’ 
abitazzjoni 
titneħħa mill-
kontroll.
Kap. 158.
11. Huwa b’dan mogħti d-dritt li wieħed jirreġistra taħt l-
Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar dar ta’ abitazzjoni mixtrija
minn benefiċjarju taħt din l-Iskema u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 7 ta’ l-Att prinċipali għandhom għalhekk japplikaw
għaliha.
Ħelsien mit-taxxa 
fuq dokumenti,
Kap. 364.
12. It-trasferiment ta’ dar ta’ abitazzjoni lil benefiċjarju taħt
din l-Iskema jkun eżenti mit-taxxi li ġejjin taħt l-Att dwar it-Taxxa
fuq Dokumenti u Trasferimenti, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’din
il-klawżola imsejjaħ "l-Att":
(a) it-taxxa taħt it-Titolu II tat-Taqsima III ta’ l-Att dwar
xi ammont imnaqqas skond din l-Iskema mill-valur
fis-suq ħieles tad-dar ta’ abitazzjoni trasferita;
(b) it-taxxa taħt it-Titolu II tat-Taqsima III ta’ l-Att dwar
xi stima jew valutazzjoni tad-dar ta’ abitazzjoni
magħmula mill-Awtorità  jew f’isem l-Awtorità  għall-
finijiet ta’ din l-Iskema.
Ħlas 
amministrattiv u 
applikazzjonijiet 
abbandunati.
13. (1) Kull applikazzjoni taħt din l-Iskema għandha tiġi
preżentata personalment jew bil-posta reġistrata mill-applikant lill-
Awtorità  u dik l-applikazzjoni ma tiġix aċċettata kemm-il darba ma
jkunx hemm magħha is-somma ta’ għoxrin lira (Lm20) bħala ħlas
amministrattiv li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-klawżola 3(5)
u suġġett għas-subklawżola (2) ta’ din il-klawżola jitħallas lura lill-
applikant ma’ l-att ta’ bejgħ.
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI TAL-GVERN) ġ L.S.328.03 7
(2) Meta xi applikant taħt din l-Iskema jonqos li jidher għall-
ftehim tal-wegħda ta’ bejgħ jew għall-att ta’ bejgħ, skond il-każ,
meta jkun imsejjaħ biex jagħmel hekk mill-Awtorità , l-
applikazzjoni tiegħu titqies li tkun ġiet abbandunata u l-ħlas
amministrattiv imsemmi fis-subklawżola (1) ma jkunx jista’
jinġabar lura mill-applikant.
Piena għal 
dikjarazzjonijiet 
foloz.
14. (1) Jekk f’xi żmien jirriżulta li l-applikant ikun għamel
dikjarazzjoni falza għall-finijiet ta’ xi applikazzjoni magħmula
minnu taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskema l-applikant,
mingħajr preġudizzju għal xi piena li huwa jkun seta’ sar suġġett
għaliha taħt xi liġi oħra, ikun obbligat li jħallas lill-Awtorità  piena
ekwivalenti għas-somma totali ta’ xi sussidju u ta’ xi ammont
imnaqqas mill-valur fis-suq ħieles tad-dar ta’ abitazzjoni taħt id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskema.
(2) Kull persuna li tagħmel dikjarazzjoni falza kif provdut fis-
subklawżola (1) tiġi skwalifikata għal perijodu ta’ ħames snin milli
tibbenefika minn xi skema magħmula bl-approvazzjoni tas-
Segretarju Parlamentari responsabbli għad-djar.
Projbizzjoni tal-
bejgħ fl-interess 
pubbliku.
15. L-Awtorità  ma tapprovax il-bejgħ, taħt din l-Iskema, ta’
dar ta’ abitazzjoni li, fuq il-parir tal-Ministru responsabbli għall-
kultura, ma għandhiex fl-interess pubbliku tinbiegħ minħabba fl-
antikità  tagħha.
Dritt ta’ rifjut u ta’ 
rivalutazzjoni.
16. Minkejja kull ħaġa li tinsab fid-disposizzjoniiet ta’ qabel
ta’ din l-Iskema, l-Awtorità  jkollha d-dritt li tirrifjuta kull
applikazzjoni.
8 L.S.328.03 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI TAL-GVERN)
TABELLA A
(Klawżola 7)
TABELLA B
(Klawżola 8)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Income Totali fis-Sena
ta’ l-Applikant f’Liri Maltin
Prezz tax-Xiri tad-Dar
ta’ Abitazzjoni
0 - 1,500 25% tal-valur
1,501 - 2,000 30% tal-valur
2,001 - 2,500 35% tal-valur
2,501 - 3,000 40% tal-valur
3,001 - 3,500 45% tal-valur
3,501 - 4,000 50% tal-valur
4,001 - 4,500 55% tal-valur
4,501 - 5,000 60% tal-valur
5,001 - 5,500 70% tal-valur
5,501 - 6,000 80% tal-valur
L-Ewwel 
Kolonna
It-Tieni Kolonna It-Tielet 
Kolonna
Ir-Raba’ 
Kolonna
Kategorija Income totali fis-sena 
f’Liri Maltin
Imgħax li 
Jitħallas 
mill-
Applikant
Limitu ta’ 
Self f’Liri 
Maltin
A 0 - 1,500 1.0% 4,000
B 1,501 - 2,000 2.0% 4,000
Ċ 2,001 - 3,000 3.0% 4,000
D 3,001 - 4,000 4.5% 5,000
E 4,001 - 5,000 6.0% 5,000
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI TAL-GVERN) ġ L.S.328.03 9
TABELLA Ċ
(Klawżola 9)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Żmien fi Snin wara d-Data ta’ 
l-Att ta’ Bejgh ma’ l-Awtorità
Ħlas Lura ta’ Sussidji, 
Tnaqqis, eċċ.
inqas minn 4 ..................................... 100%
4 jew iżjed iżda inqas minn 5 ............ 90%
5 jew iżjed iżda inqas minn 6 ............ 80%
6 jew iżjed iżda inqas minn 7 ............ 70%
7 jew iżjed iżda inqas minn 8 ............ 50%
8 jew iżjed iżda inqas minn 9 ............ 30%
9 jew iżjed iżda inqas minn 10 .......... 10%
