PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI) ġ L.S.328.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 328.04
REGOLAMENTI BIEX IĦAJRU PERSUNI JSIRU SID 
DARHOM (SKEMA GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI PRIVATI)
26 ta’ Novembru, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 180 ta’ l-1991.
Titolu.
iħajru Persuni jsiru Sid Darhom (Skema għax-Xiri ta’ Djar ta’
Abitazzjoni Privati).
Għemil ta’ l-
Iskema.
2. L-Iskema msejħa Skema ta’ l-1991 għax-Xiri ta’ Djar ta’
Abitazzjoni Privati (Skema H) fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
regolamenti għandu jkollha effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti sabiex persuni jiġu mħajra jsiru sid darhom
f’Malta u għandha tagħlaq sena wara dik id-data.
Tħassir ta’ A.L. 
140 ta’ l-1990.
3. Ir-Regolamenti ta’ l-1990 biex iħajru Persuni jsiru Sid
Darhom (Skema għax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni Privati) huma
b’dan imħassra. 
SKEDA
(Regolament 2)
Skema ta’ l-1991 għax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni Privati
(Skema H)
Titolu.
ta’ Djar ta’ Abitazzjoni Privati (Skema H) u għandha tapplika għal
applikazzjonijiet għax-xiri ta’ djar ta’ abitazzjoni li m’humiex
proprjetà  tal-Gvern minn persuni li għalihom tapplika din l-Iskema.
Tifsir.
xort’oħra:
"applikant" tfisser persuna li tapplika għax-xiri ta’ dar ta’
abitazzjoni privata taħt din l-Iskema;
Kap. 328.
Darhom;
Kap. 261.
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  tad-Djar, imwaqqfa bl-artikolu 3
ta’ l-Att dwar l-Awtorità  tad-Djar;
"benefiċjarju" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att prinċipali;
"ċenswalist" tinkludi sub-ċenswalist;
"dar ta’ abitazzjoni" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-
artikolu 2 ta’ l-Att prinċipali;
"dar ta’ abitazzjoni privata" tfisser dar ta’ abitazzjoni li ma tkunx
2 L.S.328.04 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI)
proprjetà  tal-Gvern;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"income totali fis-sena" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fil-
klawżola 5(3);
"kerrej" tinkludi sub-konduttur;
"kerrej rikonoxxut" tfisser persuna li jkollha dar ta’ abitazzjoni
privata b’titolu ta’ kirja minn sid il-kera u rikonoxxuta bħala tali
minn sid il-kera;
"preskritt" tfisser preskritt bl-Awtorità ;
"residenza ordinarja" ma tinkludix residenza tas-sajf;
"sena bażi" tfisser is-sena minnufih qabel is-sena li fiha ssir
applikazzjoni taħt din l-Iskema u b’riferenza għall-klawżola 9(4)
tfisser is-sena minnufih qabel is-sena li fiha tkun dovuta li ssir
reviżjoni taħt dik is-subklawżola.
Applikazzjonijiet 
għax-xiri.
3. (1) Kull min jikkwalifika biex jaghmel hekk taħt din l-
Iskema jista’ jagħmel applikazzjoni fuq il-formola preskritta lill-
Awtorità  biex jitlob għal għotja ta’ għajnuna għax-xiri tad-djar
sabiex jixtri dar ta’ abitazzjoni privata okkupata minnu bħala r-
residenza ordinarja tiegħu.
(2) Persuna tikkwalifika biex tapplika taħt din l-Iskema meta,
fid-data ta’ l-applikazzjoni:
(a) l-applikant, jew mart jew żewġ l-applikant fil-każ ta’
koppja miżżewġa, ikun ċittadin ta’ Malta; u
(b) l-applikant u mart jew żewġ l-applikant, u l-għarusa
jew l-għarus ta’ l-applikant ikunu residenti ta’ Malta u
jkun ilhom hekk residenti kontinwament għal mhux
inqas minn tnax-il xahar konsekuttivi minnufih qabel
id-data ta’ l-applikazzjoni; u
(ċ) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subklawżoli (6) u
(7), l-applikant ikun kerrej rikonoxxut jew ċenswalist
temporanju jew ikun ċenswalist perpetwu li jkun
jokkupa bħala r-residenza ordinarja tiegħu id-dar ta’
abitazzjoni privata li dwarha ssir l-applikazzjoni u, fil-
każ ta’ ċenswalist perpetwu, li fuq il-kuntratt ta’
trasferiment tal-fond ikun obbliga ruħu li jifdi ċ-ċens
kollu dovut u din l-obbligazzjoni tkun saret fi jew
qabel it-tletin (30) ta’ Ġunju, 1991 u l-kuntratt
imsemmi jkun ġie reġistrat fir-Reġistru Pubbliku jew
fir-Reġistru ta’ l-Artijiet, skond il-każ, fiż-żmien li
tipprovdi l-liġi; u
(d) l-applikant u mart jew żewġ l-applikant, u l-għarusa
jew l-għarus ta’ l-applikant, ikunu kontinwament
okkupaw id-dar ta’ abitazzjoni kif intqal qabel għal
perijodu ta’ mhux inqas minn sena minnufih qabel id-
data tad-dħul fis-seħħ ta din l-Iskema.
(3) Persuna ma tikkwalifikax biex tapplika taħt din l-Iskema
jekk l-applikant jew mart jew żewġ l-applikant ikunu diġà
bbenefikaw taħt:
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI) ġ L.S.328.04 3
(a) xi waħda mill-iskemi ppubblikati permezz tan-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern Numri 11 u 12 fil-
Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Jannar, 1987; jew
(b) l-iskema ppubblikata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern
Numru 138 fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ l-20 ta’ Frar,
1987; jew
(ċ) xi waħda mill-iskemi ppubblikati bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern Numri 124, 126, 127, 128,
129 u 130 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988;
jew
(d) xi waħda mill-iskemi ppubblikati bl-Avviżi Legali
Numri 137, 138, 139 u 140 fis-suppliment tal-Gazzetta
tal-Gvern tas-7 ta’ Settembru, 1990, jew
(e) xi għajnuna taħt dik li kienet magħrufa bħala "l-
Iskema tal-Home Ownership" jew xi għajnuna oħra
biex persuni jiġu mħajra jsiru sid darhom mid-
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jew mid-
Dipartiment ta’ l-Art jew mill-Awtorità  jew minn uħud
minnhom flimkien.
Kap. 303.
(4) Persuna wkoll ma tikkwalifikax biex tapplika taħt din l-
Iskema jekk tkun akkwistat art mill-Gvern li kienet ġiet esproprjata
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Arei għall-Iżvilupp
tal-Bini.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subklawżola (3), persuna
li tibbenifika, jew tikkwalifika li tibbenifika, taħt din l-Iskema ma
tiġix skwalifikata għal dik ir-raġuni waħedha milli tibbenefika,
wara l-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, taħt l-Iskema
ppubblikata bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 124 fil-Gazzetta
tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988 jew taħt xi skema oħra li
tissostitwiha.
(6) Meta persuna tkun sub-konduttur jew sub-ċenswalist dik il-
persuna ma tikkwalifikax biex tagħmel applikazzjoni taħt din l-
Iskema kemm-il darba ma tkunx laħqet ftehim ma’ dawk il-persuni
kollha li minnhom ikun derivat it-titolu tagħha.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (8), meta
persuna tkun tokkupa dar ta’ abitazzjopni li tkun il-proprjetà  tal-
ġenituri tagħha, jew dar ta’ abitazzjoni li tkun il-proprjetà  tal-qraba
ta’ l-ewwel ġenerazzjoni, dik il-persuna ma tikkwalifikax biex
tagħmel applikazzjoni taħt din l-Iskema.
(8) Meta persuna tkun tokkupa u tkun koproprjetarja ta’ dar ta’
abitazzjoni, u dik il-koproprjetà  tkun għaddiet għand dik il-persuna
b’wirt, dik il-persuna tikkwalifika biex tapplika taħt din l-Iskema
sabiex tixtri l-ishma tal-koproprjetarji l-oħra u ssir is-sid assolut
tad-dar ta’ abitazzjoni li tkun qed tokkupa.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-klawżola 13, l-ispejjeż
kollha magħmula mill-applikant f’konnessjoni ma’ l-applikazzjoni
tiegħu ma jkunux jistgħu jinġabru lura mill-applikant sew jekk l-
applikazzjoni tiegħu tiġi aċċettata sew jekk le.
4 L.S.328.04 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI)
Miżżewġin 
legalment 
mifrudin.
4. Applikant li jkun legalment mifrud mill-mara/mir-raġel
għandu jippreżenta kopja ta’ l-att pubbliku li jagħti effett lill-firda
bil-kunsens taż-żewġ miżżewġin bl-awtorità  tal-qorti kompetenti.
Income totali fis-
sena.
5. (1) Għall-finijiet ta’ din l-Iskema, l-income ta’ l-applikant
għandu jinkludi:
(a) il-qligħ jew profitti gross minn xi sengħa, negozju,
professjoni jew vokazzjoni;
(b) qligħ jew profitti gross minn xi impieg jew uffiċċju;
(ċ) qligħ jew profitti gross minn bejgħ ta’ xi proprjetà  jew
mit-tħaddim ta’ xi impriża jew skema li tagħmel
profitti;
(d) dividendi, imgħax jew skonti;
(e) kull pensjoni, charge, somma fis-sena jew ħlas fis-
sena;
(f) kera, royalties, premiums u kull profitt ieħor li jkun
hemm minn proprjetà ;
(g) il-valur ta’ prodott riċevibbli dwar l-użu ta’ kapital,
proprjetà , żrieragħ jew annimali għall-iskop tal-biedja
jew tat-trobbija jew kull sehem minn profitti riċevibbli
dwar dak l-użu;
(h) kull benefiċċju jew allowance soċjali;
(i) kull qligħ jew profitti li jaqgħu taħt id-deskrizzjonijiet
fil-paragrafi ta’ qabel dan ta’ din is-subklawżola, barra
minn dawk fil-paragrafi (a) u (b), magħmula mill-
mara/ir-raġel jew l-għarusa/l-għarus ta’ l-applikant;
(j) ħamsin fil-mija (50%) tal-qligħ jew profitti li jaqgħu
taħt xi waħda mid-deskrizzjonijiet fil-paragrafi (a) u
(b) ta’ din is-subklawżola magħmula mill-mara/ir-
raġel jew l-għarusa/l-għarus ta’ l-applikant;
(k) kull qligħ jew profitti oħra.
(2) Meta l-applikant, u fil-każ ta’ koppja miżżewġa jew
għarajjes, l-applikant jew martu/żewġha jew l-għarusa/l-għarus
tiegħu jew tagħha, jew it-tnejn, ikun jew ikunu ħadmu bi qligħ kif
provdut fis-subklawżola (1)(a) u (b) matul parti biss mis-sena bażi,
il-qligħ jew profitti għas-sena bażi kollha jiġu kalkolati billi l-qligħ
jew profitti minn dik il-ħidma bi qligħ u li jkunu saru matul il-parti
msemmija mis-sena bażi mill-applikant u/jew martu/żewġha jew l-
għarusa/l-għarus tiegħu jew tagħha, jew it-tnejn, jiġu proġettati
għas-sena bażi kollha.
(3) L-income totali fis-sena ta’ l-applikant għandu jkun l-
income ta’ l-applikant stabbilit skond is-subklawżola (1) li minnu
tiġi mnaqqsa s-somma ta’ elf lira (Lm1,000).
Tagħrif. 6. (1) L-applikant għandu jagħti dak it-tagħrif kollu dwar il-
mezzi finanzjarji tieghu skond kif jista’ jiġi mitlub li jagħti mill-
Awtorità  u għal dan il-għan l-applikant għandu jawtorizza lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni, lid-Direttur tas-Sigurtà  Soċjali u lil
kull persuna oħra skond kif ikun meħtieġ, biex jagħtu lill-Awtorità
kull tagħrif dwar l-income ta’ l-applikant matul is-sena bażi.
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI) ġ L.S.328.04 5
(2) L-Awtorità  tista’ titlob lill-applikant biex jiffirma kull
dikjarazzjoni li hija tista’ tqis meħtieġa għat-twettiq ta’ din l-
Iskema u l-applikant għandu jippermetti lill-Awtorità  tispezzjona r-
residenza ordinarja tiegħu u kull fond ieħor miżmum minnu skond
kif l-Awtorità  tista’ titlob.
Għotja ta’ 
għajnuna għax-xiri 
tad-dar.
7. (1) Meta applikazzjoni taħt din l-Iskema tkun ġiet
approvata mill-Awtorità  ghotja ta’ għajnuna għax-xiri tad-dar, li l-
ammont tagħha jiġi stabbilit skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
din il-klawżola, għax-xiri titħallas mill-Awtorità  fuq il-
pubblikazzjoni ta’ l-att ta’ bejgħ u f’isem ix-xerrej lill-bejjiegħ
akkont tal-prezz.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (5), meta
d-dar ta’ abitazzjoni li tkun se tinxtara tkun inbniet u tlestiet għall-
abitazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar, 1939, l-ammont ta’ l-ghotja ta’
għajnuna għax-xiri jkun 60% tal-prezz miftiehem.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (5), meta
d-dar ta’ abitazzjoni li tkun se tinxtara tkun inbniet u tlestiet għall-
abitazzjoni wara l-l ta’ Jannar, 1939, iżda qabel l-1 ta’ Jannar,
1960, l-ammont ta’ l-għotja ta’ għajnuna għax-xiri jkun 40% tal-
prezz miftiehem.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subklawżola (5), meta
d-dar ta’ abitazzjoni li tkun se tinxtara tkun inbniet u tlestiet għall-
abitazzjoni fi jew wara l-1 ta’ Jannar, 1960, l-ammont ta’ l-għotja
ta’ għajnuna għax-xiri jkun 25% tal-prezz miftiehem.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din il-klawżola, l-
ammont ta’ xi għotja ta’ għajnuna għax-xiri mħallas taħt din l-
Iskema ma għandu f’ebda każ jeċċedi s-somma ta’ sittax-il mitt lira
(Lm1,600).
Ħlas u fidwa taċ-
ċens.
8. (1) F’kull każ meta, wara x-xiri ta’ dar ta’ abitazzjoni
privata bis-saħħa ta’ l-applikazzjoni approvata mill-Awtorità  taħt
din l-Iskema, ikun pagabbli ċens mix-xerrej, l-ammont, il-patti u l-
kondizzjonijiet għall-ħlas ta’ dak iċ-ċens ikunu dawk approvati
mill-Awtorità  u ċ-ċens pagabbli mix-xerrej ma għandu f’ebda każ
jeċċedi l-ammont taċ-ċens pagabbli minnufih qabel il-
pubblikazzjoni ta’ l-att ta’ bejgħ.
(2) Kull persuna li l-applikazzjoni tagħha taħt din l-Iskema
tkun ġiet approvata mill-Awtorità , u meta d-dar ta’ abitazzjoni li
tkun se tinxtara tkun suġġetta għal-ħlas ta’ ċens, għandha tintrabat,
jew qabel il-pubblikazzjoni jew mal-pubblikazzjoni ta’ l-att ta’
bejgħ, li tifdi ċ-ċens hekk pagabbli b’tali mod li dik il-persuna ssir
is-sid assolut tad-dar ta’ abitazzjoni li tkun se tinxtara minn dik il-
persuna.
Ħlas tal-prezz tax-
xiri.
9. (1) Għaxra fil-mija (10%) tal-prezz tax-xiri miftiehem
għandhom jitħallsu akkont ta’ l-imsemmi prezz mill-applikant mal-
ftehim tal-wegħda ta’ bejgħ u l-bilanċ tal-prezz għandu jitħallas
mal-pubblikazzjoni ta’ l-att ta’ bejgħ.
(2) L-applikant jista’, wara li jiġu mnaqqsa l-ammont ta’ l-
għotja ta’ għajnuna għax-xiri tad-dar u l-ħlas akkont ta’ għaxra fil-
mija (10%) imsemmija qabel, jissellef parti mill-bilanċ tal-prezz
tax-xiri minn istituzzjoni finanzjarja approvata mill-Awtorità  iżda
6 L.S.328.04 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI)
l-ammont tas-self ma għandux jaqbeż il-limitu mniżżel fit-tielet
kolonna tat-Tabella A annessa ma’ din l-Iskema skond l-income
totali fis-sena ta’ l-applikant kif muri fl-ewwel kolonna ta’ l-
imsemmija Tabella, u għandu jitħallas lura f’perijodu massimu ta’
ħamsa u ghoxrin sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-att ta’ bejgħ
jew mhux aktar tard mid-data li fiha l-applikant jagħlaq il-ħamsa u
sittin sena, skond liema tiġi l-ewwel:
Iżda l-ammont tas-self li jista’ jissellef kif intqal qabel ma
għandu f’ebda każ jaqbeż is-somma ta’ sebat elef lira (Lm7,000).
(3) Meta applikant ikun kiseb self skond is-subklawżola (2), l-
Awtorità  tissussidja l-imgħax li jitħallas fuq is-self hekk li l-
imgħax pagabbli mill-applikant ikun bir-rata murija fit-tieni
kolonna tat-Tabella A annessa ma’ din l-Iskema skond l-income
totali fis-sena ta’ l-applikant kif muri fl-ewwel kolonna ta’ l-istess
Tabella. Ebda sussidju ma jitħallas meta l-income totali fis-sena ta’
l-applikant għas-sena bażi jaqbeż is-sebat elef lira (Lm7,000).
(4) Ir-rata ta’ imgħax li titħallas mill-applikant kif intqal qabel
tiġi riveduta mill-Awtorità  kull sentejn fuq il-bażi ta’ l-income
totali fis-sena għas-sena bażi u l-ammont tas-sussidju li jitħallas
mill-Awtorità  jiġi wkoll rivedut skond hekk. L-ewwel reviżjoni
tkun dovuta li ssir fl-1 ta’ Lulju, 1993.
(5) L-Awtorità  għandha tassigura li meta l-income totali fis-
sena tax-xerrej f’xi sena waħda jkun anqas minn elf u seba’ mitt
lira (Lm1,700) il-ħlas tal-pagamenti fix-xahar li jkunu dovuti li
jsiru bħala ħlas lura ta’ xi self kif imsemmi qabel jiġi sospiż għal
perijodu ta’ sa tliet xhur liema perijodu jista’ jiġi estiż b’perijodi
oħra ta’ tliet xhur basta li x-xerrej ikompli jħallas ir-rata ta’ imgħax
pagabbli minnu taħt din l-Iskema.
Trasferiment mill-
benefiċjarju.
10. (1) Kull dar ta’ abitazzjoni mixtrija taħt din l-Iskema ma
għandhiex tiġi trasferita taħt xi titolu, ħlief għal causa mortis, mill-
benefiċjarju kemm-il darba ma jħarisx id-disposizzjonijiet li ġejjin
ta’ din il-klawżola.
(2) Meta t-trasferiment ikun se jsir fi żmien għaxar snin mid-
data ta’ l-att ta’ bejgħ taħt din l-Iskema l-benefiċjarju għandu,
qabel ma jsir it-trasferiment, iħallas lill-Awtorità  u lill-istituzzjoni
finanzjarja approvata minnha taħt din l-Iskema, skond il-każ, il-
valur sħiħ jew parti mill-valur ta’ l-ammont totali ta’ xi għotja,
sussidju jew xi benefiċċju ieħor taħt din l-Iskema kif imniżżel fit-
tieni kolonna tat-Tabella B annessa ma’ din l-Iskema skond it-tul
taż-żmien li jkun għadda wara d-data ta’ l-att ta’ bejgħ ma’ l-
Awtorità  kif muri fl-ewwel kolonna ta’ l-imsemmija Tabella.
(3) Meta t-trasferiment tad-dar ta’ abitazzjoni mixtrija taħt din
l-Iskema jkun se jsir wara għaxar snin mid-data tal-pubblikazzjoni
ta’ l-att ta’ bejgħ, il-benefiċjarju ma jagħmel ebda ħlas kif previst
fis-subklawżola (2) iżda għandu jagħti lill-Awtorità  avviż ta’ xahar
tal-ħsieb tiegħu li jitrasferixxi l-imsemmija dar ta’ abitazzjoni u l-
Awtorità  minnufih ittemm kull arranġament għas-sussidju taħt din
l-Iskema ta’ xi imgħax pagabbli mill-benefiċjarju.
Ħelsien mit-taxxa 
tal-mewt u tad-
donazzjoni.
11. Ħelsien kif provdut fl-artikolu 3(b) ta’ l-Att prinċipali
huwa b’dan mogħti mal-mewt tal-benefiċjarju, u meta l-
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI) ġ L.S.328.04 7
benefiċjarju jkun miżżewweġ fil-waqt ta’ l-akkwist tad-dar ta’
abitazzjoni, ukoll mal-mewt ta’ mart jew żewġ il-benefiċjarju, dwar
xi dar ta’ abitazzjoni mixtrija minn benefi‘jarju taħt din l-Iskema u
d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 ta’ dak l-Att għandhom għalhekk
japplikaw għaliha:
Iżda l-ħelsien fuq imsemmi għandu japplika biss dwar l-
ewwel sebat elef lira (Lm7,000) tal-valur tad-dar ta’ abitazzjoni.
Dritt li dar ta’ 
abitazzjoni 
titneħħa mill-
kontroll.
Kap. 158.
12. Huwa b’dan mogħti d-dritt li wieħed jirreġistra taħt l-
Ordinanża li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar dar ta’ abitazzjoni mixtrija
minn benefiċjarju taħt din l-Iskema u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 7 ta’ l-Att prinċipali għandhom għalhekk japplikaw
għaliha.
Mod kif wieħed 
japplika u ħlas 
amministrattiv.
13. Kull applikazzjoni taħt din l-Iskema għandha tiġi
preżentata personalment jew bil-posta reġistrata mill-applikant lill-
Awtorità  u dik l-applikazzjoni ma tiġix aċċettata kemm-il darba ma
jkunx hemm magħha s-somma ta’ għoxrin lira (Lm20) bħala ħlas
amministrattiv li jitħallas lura lill-applikant fuq l-att ta’ bejgħ.
Piena għal 
dikjarazzjonijiet 
foloz.
14. (1) Jekk f’xi żmien jirriżulta li l-applikant ikun għamel
dikjarazzjoni falza għall-finijiet ta’ xi applikazzjoni magħmula
minnu taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskema l-applikant,
mingħajr preġudizzju għal xi piena li huwa jkun seta’ sar suġġett
għaliha taħt xi liġi oħra, ikun obbligat li jħallas lill-Awtorità  piena
ekwivalenti għall-ammont ta’ xi għotja, sussidju u xi benefiċċju
ieħor li l-applikant ikun irċieva taħt din l-Iskema.
(2) Kull persuna li tagħmel dikjarazzjoni falza kif provdut fis-
subklawżola (1) tiġi skwalifikata għal perijodu ta’ ħames snin milli
tibbenefika minn xi skema magħmula bl-approvazzjoni tas-
Segretarju Parlamentari responsabbli għad-djar.
Dritt ta’ rifjut u ta’ 
rivalutazzjoni.
15. (1) Minkejja kull ħaġa li tinsab fid-disposizzjoniiet ta’
qabel ta’ din l-Iskema, l-Awtorità  jkollha d-dritt li tirrifjuta kull
applikazzjoni.
(2) L-Awtorità  jkollha d-dritt li titlob rivalutazzjoni ta’ fond
permezz ta’ perit nominat minnha fil-każ li l-Awtorità  tħoss il-
ħtieġa li jsir dan.
8 L.S.328.04 ħ
PERSUNI JSIRU SID DARHOM (SKEMA 
GĦAX-XIRI TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI PRIVATI)
TABELLA A
(Klawżola 9)
TABELLA B
(Klawżola 10)
L-EwweI Kolonna It-Tieni Kolonna It-Tielet Kolonna
lncome Totali fis-Sena ta’ l-
Applikant f’Liri Maltin Rata ta’ Imgħax
Limitu ta’ Self li ma 
jeċċedix Lm7,000, 
bħala perċentaġġ 
tal-bilanċ tal-prezz 
tax-xiri*
0 - 1,000 0.5% 100
1,001 - 1,500 1.0% 95
1,501 - 2,000 1.5% 90
2,001 - 2,500 2.0% 85
2,501 - 3,000 2.5% 80
3,001 - 3,500 3.0% 75
3,501 - 4,000 3.5% 70
4,001 - 4,500 4.0% 65
4,501 - 5,000 4.5% 60
5,001 - 5,500 5.0% 55
5,501 - 6,000 5.5% 50
6,001 - 6,500 6.0% 45
6,501 - 7,000 6.5% 40
7,001 u fuqhom rata kummerċjali 35
*wara li jitnaqqsu l-Għotja għax-Xiri tad-Dar u 10% mill-prezz tax-xiri
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Żmien fi Snin wara d-Data ta’ l-Att ta’ 
Bejgħ ma’ l-Awtorità
Ħlas Lura ta’ l-Għotja, 
Sussidji, Benefiċċji, eċċ.
Inqas minn 4 ........................................... 100%
4 jew iżjed iżda inqas minn 5 .................. 90%
5 jew iżjed iżda inqas minn 6 .................. 80%
6 jew iżjed iżda inqas minn 7 .................. 70%
7 jew iżjed iżda inqas minn 8 .................. 50%
8 jew iżjed iżda inqas minn 9 .................. 30%
9 jew iżjed iżda inqas minn 10 ................ 10%
