IL-MANIFATTURA U L-ĦAŻNA TA’ ESPLOŻIVI ġ L.S.33.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 33.01
REGOLAMENTI DWAR IL-MANIFATTURA 
U L-ĦAŻNA TA’ ESPLOŻIVI
1 ta’ Jannar, 1937
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 410 ta’ l-1936.
Titolu.
Manifattura u l-Ħażna ta’ Esplożivi.
Tipjip u tqabbad 
nirien hu pprojbit.
2. It-tipjip, li tqabbad nirien, u ddaħħal sulfarini u materjal ta’
tipjip ġewwa kull bini wżat għax-xogħol tal-ġiġġifogijiet jew għall-
maniġġ jew ħażna ta’ esplożivi hu pprojbit.
Tagħtija ta’ 
bankijiet u 
pavimenti.
3. Il-bankijiet u pavimenti f’kull bini bħal dan għandhom
ikunu mgħottijin bl-inċirata linoleum ta’ għamla approvata mill-
Kummissarju tal-Pulizija u għandhom jinżammu ndaf u bla frak
fuqhom. Ħadd m’għandu jħalli l-hawn u l-hemm, f’bini bħal dak,
ċraret u bċejjeċ oħra ta’ stoffa tat-tajjar.
Bramel ta’ l-ilma.
ġewwa l-bini għal xi każ ta’ ħruq.
Twaqqif ta’ stikkat.
esplożivi. Ebda persuna ma għandha titħalla ġewwa l-istikkat
kemm-il darba din ma tkunx liebsa xedd barrani fuq iż-żarbun ta’
għamla approvata mill-Kummissarju tal-Pulizija. Dan ix-xedd
għandu, fil-ħinijiet kollha, jibqa’ ġewwa l-istikkat, meta ma
jintlibisx. Ix-xaqlibiet tal-qliezet tal-persuna li tidħol fil-bini
għandhom jinqalbu ’l isfel u jitfarfru qabel ma din tgħaddi mill-
istikkat.
Oġetti ta’ ħadid 
jew azzar.
6. Ħadd ma għandu jdaħħal ġewwa fabbrika ta’ l-esplożivi
ebda oġġetti tal-ħadid jew azzar; għax-xogħol ta’ l-esplożivi,
għandhom biss jiġu wżati għodod u strumenti magħmulin minn
injam, ram isfar jew ram aħmar, approvat mill-Kummissarju tal-
Pulizija.
Direzzjonijiet li 
għandhom jitħarsu.
7. Fil-bini u manutenzjoni tal-postijiet li jistgħu jkunu wżati
għall-maniġġ jew xogħol ta’ esplożivi għandhom jitħarsu dawn id-
direzzjonijiet:
(a) il-postijiet għandhom ikunu baxxi u dojoq u mibnijin
fuq pedamenti ta’ blat sħiħ u qawwijin biżżejjed li
jifilħu l-pressjoni ta’ l-arja li tista’ tinħoloq
b’esplożjonijiet fil-bini ta’ ħdejhom;
(b) it-twieqi għandhom ikunu b’mod li jitbewqu tajjeb u
jinfetħu ’l barra u għandhom ikunu milqugħin minn
ġewwa b’tilar tal-wire;
(ċ) il-qofol, tal-bibien u twieqi, ċappetti, firrolli, serraturi
u mfietaħ għandhom ikunu tar-ram aħmar jew ta’ liga
tar-ram aħmar;
(d) il-ventilaturi għandhom ikunu milqugħin tajjeb b’mod
li ma jħallux jidħlu xrar;
2 L.S.33.01 ħ IL-MANIFATTURA U L-ĦAŻNA TA’ ESPLOŻIVI
(e) it-twieqi, ventilaturi, bibien u passaġġi għandhom
ikunu magħmulin b’mod li jħallu jgħaddi l-kurrent ta’
l-arja mal-bini kollu meta jiġi vventilat;
(f) l-irkejjen kollha ta’ ġewwa l-imħażen għandhom ikunu
magħmulin għat-tond sabiex ikunu jistgħu jitnaddfu
malajr. Il-pavimenti u l-ħitan għandhom jinżammu bla
xquq u qasmiet sal-għoli ta’ żewġ metri;
(g) f’ebda bini ma għandu jinħażen ebda pakk li jkun fih
iżjed minn 200 libra ta’ materjal esplożiv;
(h) it-twieqi kollha għandhom ikunu magħmulin bi ħġieġ
impannat bil-wire;
(i) ma għandhiex tiġi wżata żebgħa li jkun fiha ċ-ċomb,
trab tal-cristallo di rocca jew silika;
(j) il-bibien, it-twieqi u infissi oħra ta’ l-injam għandhom
jinksew bil-folji ta’ l-asbestos, folji tar-ram jew
materjal ieħor li jiflaħ għan-nar.
