KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA ġ L.S.33.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 33.03
REGOLAMENTI DWAR KONTROLL TA’ 
XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA
1 ta’Jannar, 1999;
1 ta’ Marzu, 1999;
30 ta’ April, 1999;
31 ta’ Diċembru, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 243 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 266 ta’ l-
1998, 122 u 125 ta’ l-1999 u 118 u 164 ta’ l-2001.
Titolu.
Emendat: 
A.L. 266 ta’ l-
1998.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar il-
Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi oħra.
Tifsir. 
ma teħtieġx xort’oħra -
"abitat" tfisser kull area li fiha jkun hemm ġemgħa ta’ djar
abitati, jew li jistgħu jiġu abitati, minn iktar minn mitt persuna; 
"fabbrika tax-xogħlijiet tan-nar" tfisser kull fond fejn jiġu
manifatturati jew maħżuna xogħlijiet tan-nar u tinkludi kull area
’lġewwa mill-ħitan li jdawruha;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija;
"manifattura" tinkludi kull xogħol li jsir fil-proċess tal-
manifattura;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Pulizija; 
Kap. 33.
Twaħħil ta’ avviżi.
Sostitwit:
A.L. 118 ta’ l-
2001.
Emendat:
A.L. 164 ta’ l-
2001.
3. (1) Għandhom jitwaħħlu għadd adattat ta’ avviżi
f’distanza mhux ta’ perikolu mill-fabbrika tax-xogħlijiet tan-nar
bħala twissija għal kulħadd dwar il-periklu li jkun hemm u sabiex
tiġi assigurata s-sigurezza personali ta’ kulħadd.
(2) L-għadd u d-daqs ta’ l-avviżi u l-ispazjar u d-distanza
tagħhom minn kull fabbrika individwali għandhom jiġu deċiżi mill-
Kummissarju wara li jikkonsulta lill-Kumitat dwar l-Esplożivi.
(3) L-avviżi għandu jkun fihom dawn il-kliem sew bl-Ingliż
sew bil-Malti:
"PERIKLU
Fabbrika tax-Xogħlijiet tan-Nar
Hu ta’ Periklu li Tersaq
Eqreb minn Hawnhekk".
(4) Id-detentur ta’ liċenza ta’ fabbrika tax-xogħlijiet tan-nar
għandu r-responsabbiltà  li jiżgura li dawn l-avviżi jitwaħħlu skond
id-direttivi mogħtija mill-Kummissarju u li jinżammu f’qagħda
wieqfa u fi stat tajjeb.
Liċenza.
jgħin f’dik il-manifattura mingħajr liċenza tal-Kummissarju. Dik
2 L.S.33.03 ħ KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA
il-liċenza għandha tkun ristretta għal dawk ix-xogħlijiet tan-nar
biss li huma msemmija fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti.
(2) Għandu jkun hemm dawn il-kategoriji ta’ liċenzi li ġejjin:
(a) Kategorija "A" - għall-persuni kwalifikati fil-
manifattura u s-sorveljanza ta’ xogħlijiet tan-nar;
(b) Kategorija "B" - għall-assistenti tal-persuni li jkollhom
liċenza tal-Kategorija "A"; u
(ċ) Kategorija "C" - għall-persuni li jkunu awtorizzati
jaħarqu xogħlijiet tan-nar taħt is-sorveljanza ta’
persuna li jkollha liċenza tal-Kategorija "A":
Iżda persuni li jkollhom liċenzi fil-Kategorija "A" u "B"
jkunu wkoll awtorizzati jisparaw xogħlijiet tan-nar.
(3) M’għandha tinħareġ ebda liċenza "A" jew "B" sakemm l-
applikant ma jkunx qabel attenda għal kors ta’ tagħlim fuq is-
suġġett u għadda minn eżami orali li jkun jissodisfa lill-eżaminaturi
li jkollu t-tagħrif u l-ħila tekniċi meħtieġa biex jimmanifattura
xogħlijiet tan-nar fil-każ tal-liċenza tal-Kategorija "A", jew biex
jassisti fil-manifattura tagħhom fil-każ tal-liċenza tal-Kategorija
"B", mingħajr periklu għalih innifsu jew għall-oħrajn.
(4) L-applikazzjonijiet għall-liċenzi fil-Kategoriji "A" u "B"
għandhom ikunu approvati bil-miktub fuqhom stess mid-detentur
tal-liċenza tal-fabbrika tax-xogħlijiet tan-nar fejn l-applikant ikun
bi ħsiebu jaħdem.
(5) L-applikazzjonijiet għall-liċenzi fil-Kategorija "A"
għandhom jitqiesu biss jekk l-applikanti kellhom liċenza fil-
Kategorija "B" għal mill-anqas sentejn.
(6) Għandha tinħareġ biss liċenza tal-Kategorija "C" lil min
jgħaddi minn eżami orali li jkun jissodisfa lill-eżaminaturi li jkollu
t-tagħrif u l-ħila tekniċi meħtieġa biex jaħraq xogħlijiet tan-nar
mingħajr periklu għalih innifsu jew għal oħrajn.
Għamla tal-
liċenza.
5. L-għamla tal-liċenzi għandha tkun dik ta’ karta ta’ l-
identità .
Id-detentur ta’ 
liċenza għandu 
jżommha fuqu.
6. (1) Ħadd ma jista’ jidħol f’xi fabbrika tax-xogħlijiet tan-
nar għall-maniġġ ta’ xi xogħlijiet tan-nar jekk huwa ma jkollux
fuqu liċenza li huwa għandu juri lil spettur awtorizzat meta dan
jitlobhielu. Id-detentur ta’ liċenza ta’ fabbrika liċenzjata tax-
xogħlijiet tan-nar jew fin-nuqqas għal xi ħadd ieħor li jkollu liċenza
"A", ikun responsabbli sabiex jiżgura li tkun qed tiġi mħarsa kull
restrizzjoni jew kundizzjoni li tkun tinsab f’dik il-1iċenza.
(2) Ebda persuna li jkollha liċenza tal-Kategorija "B" ma
għandha tidħol jew tibqa’ waħedha ġewwa fabbrika tax-xogħlijiet
tan-nar kemm-il darba ma jkunx hemm ukoll preżenti xi ħadd li
jkollu liċenza tal-Kategorija "A".
(3) Ħadd ma jista’ jkun preżenti ġewwa fabbrika tax-xogħlijiet
tan-nar bil-għan li jagħmel il-manutenzjoni tal-fond jew tat-tagħmir
sakemm ma jkunx ġie hekk awtorizzat mill-Ispettur tal-Pulizija tad-
diviżjoni li jkun responsabbli għad-distrett u ħlief jekk dik il-
KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA ġ L.S.33.03 3
persuna ma tkunx dejjem akkumpanjata minn persuna li jkollha
liċenza tal-Kategorija "A".
Maniġġ ta’ 
xogħlijiet tan-nar.
7. (1) Ħadd ma għandu jimmaniġġa jew jitħalla jimmaniġġa
xi xogħlijiet tan-nar, jew inkella joqgħod jitlajja fil-perimetru ta’
fabbrika tax-xogħlijiet tan-nar, kemm-il darba huwa ma jkollux
liċenza "A" jew "B".
(2) Id-detentur ta’ fabbrika tax-xogħlijiet tan-nar għandu
jwaħħal sinjali li jkunu juru li hemm tinsab fabbrika f’distanza ta’
mitejn metru matul kull triq, sqaq jew mogħdija li twassal għal dik
il-fabbrika.
Sustanzi projbiti.
xogħol tan-nar li jkun fih xi wieħed minn dawn is-sustanzi li ġejjin:
(a) taħlita ta’ klorat tal-potassa u kubrit jew xi klorat f’xi
taħlita mal-kubrit;
(b) taħlita ta’ klorat tal-potassa mal-fosforu jew xi klorat
f’xi taħlita mal-fosforu; jew
(ċ) ġelatina tan-nitroġliċerina, TNT jew esplożivi qawwija
oħra bhal dawn.
Aċċessorji ta’ 
detonazzjoni.
9. Għandu jkun projbit l-użu ta’ aċċessorji ta’ detonazzjoni,
bħalma huma kapsijiet, sew elettriċi sew xort’oħra, u miċċa ta’
detonazzjoni fil-manifattura ta’ xi xogħlijiet tan-nar:
Iżda l-użu ta’ inċendjarji elettriċi għandu jkun permess.
Skrataċ.
tan-nar ta’ l-art, nar li jinħaraq minn fuq il-bjut u nar ta’ l-ajru,
ħlief karta u kartonċina.
Bejgħ ta’ xogħlijiet 
tan-nar.
11. (1) Il-bejgħ ta’ kull oġġett li jkun ta’ xogħol tan-nar ħlief
għal sparklers żgħar, minn ħwienet jew bejjiegħa fit-toroq, hu
kontra l-liġi.
(2) Għall-għan ta’ dan ir-regolament, sparklers żgħar huma
wire jew qasba, miksi b’kompożizzjoni piroteknika li ma tistax
teċċedi ħamsin gramma għal kull gass, li jipproduċu raxx stilel
jixgħelu meta dan jitqabbad bin-nar. Sparklers li jkun fihom il-
klurat jew melħ tal-perklurat, ma għandhomx jeċċedu l-ħames
grammi ta’ kompożizzjoni għal kull sparkler.
Ħruq ta’ xogħlijiet 
tan-nar.
Emendat:
A.L. 122 ta’ l-
1999.
12. Kull min japplika għal liċenza biex jaħraq xoglilijiet tan-
nar kif provdut fl-artikolu 24 ta’ l-Ordinanza għandu -
(a) iħares il-ħinijiet stabbiliti fl-Ewwel Skeda li tinsab
ma’ dawn ir-Regolamenti jew li xort’oħra jiġu ndikati
fil-liċenza;
(b) jissodisfa lill-Kummissarju li x-xogħlijiet tan-nar
kienu manifatturati f’fabbrika li jkollha liċenza għax-
xogħlijiet tan-nar;
(ċ) jipproduċi polza ta’ assigurazzjoni li tkun tkopri
biżżejjed kull talba li tista’ tinqala’ mill-mewt jew
korriment ta’ terzi persuni jew mill-ħsara lill-proprjetà
ta’ terzi persuni bħala konsegwenza ta’ xi splużjoni
4 L.S.33.03 ħ KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA
jew ta’ xi ħaġ’oħra li tirriżulta mill-ħruq ta’ xogħlijiet
tan-nar;
(d) jiżgura li kull min ikun qed jaħraq xogħlijiet tan-nar
ikollu liċenza tal-Kategorija "A", "B" jew "C".
Xogħlijiet tan-nar 
waqt marċijiet, eċċ.
13. Ħlief għal dak il-logħob tan-nar ta’ l-art (mingħajr bombi,
suffarelli tal-qasba u mġienen) magħruf bħala ġigġifogu, il-ħruq ta’
kull għamla oħra ta’ xogħlijiet tan-nar fit-toroq waqt marċijiet jew
okkażjoniet oħra huwa kontra l-liġi.
Postijiet mnejn isir 
il-ħruq.
14. Ħadd ma jista’ jaħraq xogħlijiet tan-nar minn xi post
kemm-il darba -
(a) il-post ma jkunx dak approvat għal dak l-għan skond
liċenza maħruġa taħt l-Ordinanza;
(b) fil-ħruq ta’ xogħlijiet tan-nar minn post approvat,
jissodisfa d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Ewwel u fit-
Tieni Skedi;
(ċ) il-kanen li fihom isir il-ħruq tax-xogħlijiet tan-nar ta’
l-ajru jkollhom lqugħ tajjeb fil-post fejn ikunu
permezz ta’ twavel ta’ l-injam, xkejjer tar-ramel, tyres
jew kaxxi tal-kartun jew ta’ l-injam mimlija bil-
ħamrija jew materjal ieħor bħalha, sabiex ma jkunux
jistgħu itiru biċċiet ta’ materjal f’każ ta’ splużjoni
mhux f’waqtha.
Postijiet ristretti. 15. (1) Jistgħu jiġu biss sparati minn post ristrett dawk ix-
xogħlijiet tan-nar li jkunu ta’ għamla aprovata.
(2) Għall-għanijiet tas-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament, "post ristrett" huwa post li jiġi hekk dikjarat mill-
Kummissarju wara li jingħatalu parir dwar dan mill-grupp ta’
esperti msemmija fir-regolament 16 u jinkludi area li tkun fil-
perimetru tad-distanza minn dak il-post hekk kif jista’ jiġi dikjarat
mill-Kummissarju wara li jingħatalu parir mill-istess grupp, u
"xogħlijiet tan-nar li jkunu ta’ għamla approvata" tfisser xogħlijiet
tan-nar ta’ dik l-għamla hekk kif tista’ tiġi approvata mill-
Kummissarju għal dak l-għan bil-parir ta’ l-istess grupp.
Grupp ta’ esperti 
jagħtu parir lill-
Ministru dwar 
postijiet ristretti.
16. (1)  Il-Ministru għandu jaħtar grupp ta’ esperti taħt il-
presidenza taċ-chairman tal-Kumitat dwar l-Esplożivi għall-
għanijiet tar-regolament 15, magħmul minn - 
(a) il-membri kollha tal-Kumitat dwar l-Esplożivi,
(b) rappreżentant mid-Dipartiment tal-Mużewijiet,
(ċ) rappreżentant ta’ l-Awtorità  dwar l-Ippjanar,
(d) rappreżentant ta’ dik l-assoċjazzjoni li fil-fehma tal-
Ministru tkun l-aktar waħda li tirrappreżenta l-
manifatturi ta’ xogħlijiet tan-nar,
(e) dawk il-persuni oħra li jintgħażlu minn fost persuni li
fil-fehma tal-Ministru jkollhom tagħrif u esperjenza fl-
esplożivi u/jew xogħlijiet tan-nar wara konsultazzjoni
ma’ dawk l-organizzazzjonijiet li jkunu l-aktar
rappreżentattivi u li jkollhom x’jaqsmu ma’ dawn l-
KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA ġ L.S.33.03 5
ħwejjeġ.
(2) Meta jiġu biex jagħtu l-parir tagħhom, l-esperti għandhom
iqisu xi tkun l-għamla ta’ xogħlijiet tan-nar li jkunu ser jinħarqu
mill-post, il-valur storiku jew xort’oħra tal-post mnejn ikun
maħsub li dawn ix-xogħlijiet jinħarqu, u d-distanzi li jridu
jinżammu biex jiġi evitat periklu.
(3) Membru tal-grupp ta’ esperti jista’ f’kull waqt jirriżenja
mill-kariga tiegħu u l-Ministru jista’ jordna li jekk jidhirlu li jkun
hemm xi membru li ma jibqax idoneju li jibqa’ f’dik il-kariga jew li
ma jkunx kapaċi li jwettaq dmirijietu, dan għandu jispiċċa minn dik
il-kariga; iżda, ħlief għal dak hawn aktar qabel imsemmi, il-membri
tal-grupp għandhom jibqgħu f’dik il-kariga għal dak iż-żmien, li
ma jkunx ta’ aktar minn sentejn mid-data tal-ħatra tagħhom, hekk
kif jiġi stabbilit mill-Ministru meta jaħtarhom u b’dan li huma
jkunu jistgħu’ jerġgħu jinħatru mill-ġdid.
(4) Jekk tinħoloq xi vakanza fil-membri tal-grupp ta’ esperti
filwaqt li jkun għadu għaddej iż-żmien tal-kariga ta’ dak il-grupp, u
dan minħabba f’xi mewt, riżenja jew għal xi raġuni oħra, il-
Ministru għandu jaħtar, kemm jista’ jkun malajr, lil xi ħaddieħor
biex jimla dak il-post battal:
Iżda l-grupp xorta jista’ jibqa’ jaġixxi minkejja dik il-
vakanza dejjem sakemm ikun hemm preżenti quorum magħmul
minn nofs il-membri. Xort’oħra minbarra dan, il-grupp għandu
jirregola l-proċedimenti tiegħu.
Tneħħija ta’ 
xogħlijiet mhux 
sploduti.
17. Id-detentur tal-liċenza biex jaħraq ix-xogħlijiet tan-nar
għandu jagħmel dak kollu li jkun meħtieġ sabiex isib u jneħħi mill-
inħawi ta’ madwar il-post tal-ħruq, dawk l-oġġetti kollha ta’
xogħlijiet tan-nar li ma jkunux ħadu jew splodew kif ukoll kull
materjal ieħor li jirriżulta mill-ħruq ta’ dawk ix-xogħlijiet tan-nar.
Ħinijiet tal-ħruq.
jiem u ħinijiet indikati fil-permess tal-Pulizija.
Importazzjoni ta’ 
esplożivi.
19. (1) Applikazzjoni għall-importazzjoni ta’ esplożivi
għandha ssir fuq dik il-formola li hija preskritta fit-Tielet Skeda.
Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni għandha tintehmeż dikjarazzjoni
bl-ilsien Ingliż mingħand il-fornitur fejn turi li dawk l-esplożivi
huma tajbin għall-manifattura ta’ xogħlijiet tan-nar kif ukoll
ċertifikat bl-ilsien Ingliż li juri l-analiżi kimika ta’ l-esplożivi.
(2) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jeħtieġ lil min japplika li
jipprovdilu kampjun ta’ l-esplożivi li jkunu se jiġu importati sabiex
issir analiżi fuqhom fil-laboratorju, u l-Kummissarju jista’ wkoll
jeħtieġ li jieħu kampjun tal-materjal importat sabiex jiġi aċċertat li
l-esplożivi mportati jkunu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet li
jkunu jinsabu fid-dikjarazzjoni u fiċ-ċertifikat mehmuża mal-
applikazzjoni.
(3) L-importatur ma għandu jneħħi ebda tikketta jew
speċifikazzjoni oħra li tkun imwaħħla mal-kontenituri ta’ dawk l-
esplożivi qabel ma ssir il-provvista tagħhom lill-manifatturi.
Limitazzjoni ta’ 
ċertu bejgħ.
20. Ebda negozjant jew manifattur ma għandu jbiegħ jew
jikkonsenja lil xi persuna li ma tkunx id-detentur ta’ liċenza ta’
6 L.S.33.03 ħ KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA
fabbrika tax-xogħlijiet tan-nar xi kwantità  ta’ klurat tal-putassa,
klurat tal-barju, perklurat ta’ putassa u n-nitrati tal-putassa u tal-
barju.
L-EWWEL SKEDA
(Regolamenti 12(a) u 14(b))
ĦINIJIET TA’ ĦRUQ TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR
1. Meta toħroġ il-Vara min-Niċċa
Il-logħob tan-nar ta’ l-art, ġigġifogu mingħajr bombi, suffarelli
tal-qasba u mġienen ma għandux idum aktar tard mis-1 a.m. tal-
ġurnata ta’ l-għada.
2. L-Ewwel u t-Tieni Jum tat-Tridu
Il-logħob tan-nar ta’ l-art, ġiġġifogu mingħajr bombi, suffarelli
tal-qasba u mġienen ma għandux idum aktar tard mis-1 a.m. tal-
ġurnata ta’ l-għada.
3.  It-Tielet Jum tat-Tridu
Kollox bħall-granet fil-partiti l u 2 hawn aktar qabel, ħlief għall-
wirja ta’ filgħaxija li tista’ ttul għal 45 minuta, basta mhux aktar
tard mill-11 p.m.
Il-logħob tan-nar ta’ l-art, ġigġifogu mingħajr bombi, suffarelli
tal-qasba u mġienen ma għandux idum aktar tard mis-1 a.m. tal-
ġurnata ta’ l-għada.
4.  Lejliet il-Festa
8 a.m. ................................................ 10 minuti
Nofsinhar .......................................... 10 minuti
Ħruġ tal-vara minn ġo n-niċċa ........... 20 minuta
Wirja ta’ filgħaxija ............................ 20 minuta, tintemm
mhux aktar tard mill-
10p.m.
8 a.m. ................................................ 10 minuti
Nofsinhar .......................................... 10 minuti
Tmiem il-funzjoni reliġjuża (barka) ... 20 minuta
Wirja ta’ filgħaxija ............................ 20 minuta, tintemm
mhux aktar tard mill-10
p.m.
Te Deum jew 8 a.m. ........................... 30 minuta
Nofsinhar .......................................... 20 minuta
Għasar (Translazzjoni) ...................... wirja ta’ siegħa ta’
logħob tan-nar tal-
ġurnata
KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA ġ L.S.33.03 7
5. Jum il-Festa
6. Għandhom ukoll jitħarsu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) Kull ħin tal-ħruq ta’ xogħlijiet tan-nar għandu jiġi
indikat b’mod ċar fuq il-permess tal-Pulizija. Il-ħruq
ta’ murtali ta’ l-ajru f’ħinijiet mhux indikati huwa
projbit.
(b) Kull applikazzjoni għal xogħlijiet tan-nar ta’ l-ajru jew
ta’ l-art għandha tkun approvata bil-miktub fuqha stess
mill-President jew mis-Segretarju ta’ l-Għaqda
Piroteknika Maltija.
(ċ) Kull applikazzjoni għall-ħruq ta’ xogħlijiet tan-nar
għandha tintbagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija mill-
anqas xahar qabel l-avveniment.
(d) Għandhom jiġu aċċettati biss dawk l-applikazzjonijiet
li jsiru minn manifatturi liċenzjati u li jkunu approvati
bil-miktub fuqhom stess mill-Għaqda Piroteknika
Maltija.
(e) F’kull każ, il-ħinijiet tal-ħruq għandhom jiġu ndikati
b’mod ċar fl-applikazzjoni u l-permessi għandhom
jiġu esegwiti skond dak li jingħad fihom.
(f) Il-Pulizija tad-distrett għandha tagħmel patrols fil-
Wirja ta’ filgħaxija ............................ tibda mhux aktar tard
mill-10p.m. u tintemm
mhux aktar tard mill-
11.30p.m. (b’dan illi
din il-wirja m’għandiex
b’kollox teċċedi iktar
minn sagħtejn minn
meta tkun bdiet
Logħob tan-nar ta’ l-art, ġiġġifogu
mingħajr bombi, suffarelli tal-qasba u
mġienen ................................................ jintemm sas-1.30a.m.
tal-ġurnata ta’ l-għada -
m’għandux ikun hemm
logħob tan-nar ta’ l-ajru
wara dan.
8 a.m. ................................................ 10 minuti
Nofsinhar/Sanctus ............................. 20 minuta
Purċissjoni ........................................ (a) 7p.m. f’Jum il-
Festa u jintemm fil-
11p.m. f’kull każ; u
(b) 8 a.m. f’Jum il-
Festa u jintemm
f’nosfinhar għar-
rigward festi fejn il-
purċissjoni tradizzjo-
nalment issir filgħodu.
8 L.S.33.03 ħ KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA
kampanja sabiex tiżgura li ma jsir ebda ħruq mhux
awtorizzat ta’ logħob tan-nar ta’ l-ajru iktar tard mill-
ħinijiet stipulati fil-permessi u minn postijiet li ma
jkunux indikati fil-permessi. Il-postijiet mnejn isir il-
ħruq għandhom ikunu sorveljati mill-Pulizija, wara li
jsir il-ħlas dovut mill-organizzaturi ta’ l-avveniment,
f’dak l-għadd li jiġi stabbilit mis-Suprintendent tad-
distrett biex jiġi żgurat li l-ħinijiet tal-ħruq stipulati
fil-permessi jkunu qegħdin jiġu esegwiti skond dak li
jingħad fihom.
(g) Għandha dejjem issir applikazzjoni biex il-Pulizija
jattendu (bi ħlas) filwaqt li jkun qed isir il-ġarr ta’
xogħlijiet tan-nar.
(h) Kull ħaġa li ssir b’mod differenti minn kif ikun hemm
fil-permess għandha tiġi rapportata minnufih lill-
Kummissarju tal-Pulizija permezz ta’ telefonata u bil-
miktub. Kull min jikser din id-disposizzjoni għandu
jiġi akkużat b’dan il-ksur.
KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA ġ L.S.33.03 9
Emendata:
A.L. 125 ta’ l-
1999.
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 14(b))
GĦAMLA TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR LI HUMA 
PERMESSI LI JINĦARQU
A. Nar ta’ l-art
(a) It-tapit u n-nar magħruf bħala ġigġifogu.
(b) Rdieden.
B. Nar permess ta’ fuq il-bjut
(a) Musketterija li tinħaraq f’distanza ta’ mhux anqas
minn seba’ metri ’1 ġewwa mill-faċċata. Meta ma
jkunx hemm din id-distanza, l-applikant għandu
jdawwar il-musketterija f’xibka tal-wire biex jevita li
jinfirxu bombi żgħar u biċċiet ta’ karti.
(b) Gassijiet tad-duħħan kulurit li jinħarqu f’distanza ta’
mhux anqas minn żewġ metri ’1 ġewwa mill-faċċata.
(ċ) Gassijiet bi fjamma kulurita li ma jkollhomx dijametru
ta’ iżjed minn pulzier (2.5 ċentimetri), li jinħarqu minn
distanza ta’ mhux anqas minn żewġ metri ’l ġewwa
mill-faċċata.
(d) Stoppini ta’ mhux iżjed minn ċentimetru dijametru li
jinħarqu minn distanza ta’ mhux anqas minn erba’
metri ’l ġewwa mill-faċċata.
Ċ. Nar ta’ l-ajru
(a) Mhux iktar minn 21 murtal tal-bomba li ma jkollhomx
iżjed minn 15 il-ċentimetru dijametru u 15 il-
ċentimetru tul li jinħarqu bħala salut (i) fil-ħruġ tal-
vara minn ġo n-niċċa, (ii) matul l-Għasar
(Translazzjoni), u (iii) mal-bidu tal-purċissjoni f’Jum
il-Festa.
(b) Murtali tal-bomba ta’ qies ta’ mhux iżjed minn 10
ċentimetri dijametru u 10 ċentimetri tul.
(ċ) Murtali tal-kulur jew murtaletti b’aktar minn fetħa
waħda. Il-bomba ta’ wara magħrufa bħala l-kontra
kolp m’għandhiex tkun ta’ iżjed minn 10 ċentimetri
dijametru u 10 ċentimetri tul.
(d) Kaxxi infernali, tal-kulur, tal-bomba, tal-beraq u
sfafar. 
D. Distanzi għall-ħruq ta’ nar
(a) Ħruq minn distanza ta’ 60 metru mill-abitat jew minn
toroq pubbliċi li minnhom jgħaddu b’mod regolari
vetturi bil-mutur - bukketti tal-kulur u beraq/spanjoli
ta’ mhux iżjed minn 5 ċentimetri dijametru: murtali
tal-bomba mhux permessi li jinħarqu.
(b) Ħruq minn distanza ta’ 150 metru mill-abitat jew minn
toroq pubbliċi li minnhom jgħaddu b’mod regolari
vetturi bil-mutur - murtali tal-bomba ta’ mhux iżjed
minn 7.6 ċentimetri dijametru u 7.6 ċentimetri tul; kif
10 L.S.33.03 ħ KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA
ukoll kaxxi tal-bombi, kuluri, beraq u sfafar.
(ċ) Ħruq minn distanza ta’ 200 metru mill-abitat jew minn
toroq pubbliċi li minnhom jgħaddu b’mod regolari
vetturi bil-mutur - kull għamla oħra ta’ logħob tan-nar.
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 19)
APPLIKAZZJONI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ 
ESPLOŻIVI
KONTROLL TA’ XOGĦLIJIET TAN-NAR U ESPLOŻIVI OĦRA ġ L.S.33.03 11
