DMIRIJIET U S-SETGĦAT TA’ ENFORCEMENT 
OFFICERS FIT-TRASPORT PUBBLIKU ġ L.S.332.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 332.04
REGOLAMENTI DWAR ID-DMIRIJIET 
U S-SETGĦAT TA’ ENFORCEMENT OFFICERS 
FIT-TRASPORT PUBBLIKU
27 ta’ Ottubru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 101 ta’ l-1992, kif emendat bl-Avviż Legali 58 ta’ l-
1997.
Titolu.
id-Dmirijiet u s-Setgħat ta’ Enforcement Officers fit-Trasport
Pubbliku.
Ħatra ta’ 
Enforcement 
Officers.
2. L-Awtorità  tista’ taħtar Enforcement Officers għall-
amministrazzjoni u sorveljar ta’ servizzi tat-trasport pubbliku u
għaż-żamma u twettiq ta’ dixxiplina f’dawk is-servizzi.
Dmirijiet u setgħat.
qabel dan, Enforcement Officers ikollhom id-dmir u setgħa li:
(a) iwaqqfu vettura tat-trasport pubbliku jew biċċa tal-
baħar, sew jekk dik il-vettura jew biċċa tal-baħar tkun
qegħda ġġorr passiġġieri jew le, u li jagħmlu
spezzjonijiet kif jiddeċiedu huma fuq dawk il-vetturi
jew bċejjeċ tal-baħar, magħdudin spezzjonijiet tal-
liċenzi kollha u dokumenti oħrajn li għandhom
x’jaqsmu ma’ dik il-vettura jew biċċa tal-baħar;
(b) jordnaw l-inżul ta’ passiġġieri minn vettura tat-
trasport pubbliku jew biċċa tal-baħar jew it-tgħabbija
tagħhom għal fuqha;
(ċ) jordnaw vettura tat-trasport pubbliku, li s-soltu tkun
liċenzjata biex taħdem fuq servizz tat-trasport skedat,
li taħdem għal dak il-ħin u b’dawk il-kondizzjonijiet li
l-ħtiġiet ta’ servizz skedat partikolari jistgħu
jenħtieġu, u li jagħtu dawk l-ordnijiet u direttivi li
jistgħu, fil-fehma tagħhom, jenħtieġu sabiex jingħata
vjaġġ sew ta’ xi servizz tat-trasport skedat partikolari
f’kull ħin;
(d) jagħtu dawk l-ordnijiet u direttivi li jistgħu, fil-fehma
tagħhom, jenħtieġu għat-twettiq sew ta’ l-allokazzjoni
tar-roster maħruġ minn qabel dwar servizzi tat-
trasport pubbliku;
(e) jordnaw it-tneħħija temporanja mis-servizz ta’ xi
vettura tat-trasport pubbliku jew biċċa ta-baħar, bil-
għan li tittieħed minnufih għal eżami;
(f) jordnaw l-attendenza għal eżami mekkaniku b’dak il-
mod li jista’ jiġi ordnat mill-Awtorità  dwar it-Trasport
Pubbliku;
(g) jordnaw it-tneħħija ta’ reklami mhux awtorizzati minn
fuq xi vettura tat-trasport pubbliku jew biċċa tal-baħar;
2 L.S.332.04 ħ
DMIRIJIET U S-SETGĦAT TA’ ENFORCEMENT 
OFFICERS FIT-TRASPORT PUBBLIKU
(h) jitolbu u jiksbu tagħrif mingħand passiġġier, sid jew
sewwieq ta’ vettura tat-trasport pubbliku jew biċċa tal-
baħar dwar l-identità  ta’ dik il-persuna jew dettalji
dwar xi vettura tat-trasport pubbliku jew biċċa tal-
baħar jew servizz tat-trasport pubbliku;
(i) jordnaw sid, driver jew kaptan ta’ vettura tat-trasport
pubbliku jew ta’ biċċa tal-baħar biex iwaqqaf vjaġġ,
sew jekk skedat jew mhux skedat, meta Enforcement
Officer ikun iqis dan meħtieġ li jsir sabiex jinżamm l-
ordni pubbliku jew minħabba fis-sigurezza;
(j) jagħtu ordnijiet jew direttivi lil drivers ta’ vetturi tat-
trasport pubbliku sabiex jiżguraw li jwettqu
dmirijiethom skond il-liġijiet u r-regolamenti li
għandhom x’jaqsmu mas-servizzi tat-trasport
pubbliku;
(k) jagħtu dawk l-ordnijiet li jistgħu, fil-fehma tagħhom,
ikunu meħtieġa sabiex jiżguraw li l-liġijiet u r-
regolamenti li għandhom x’jaqsmu mas-servizzi tat-
trasport pubbliku jinżammu;
(l) jiktbu u jinnotaw il-partikolaritajiet ta’ min
jikkontravjeni l-liġijiet tat-trasport pubbliku jew b’xi
mod ieħor ifixkel il-ħdim sew tas-sistema tat-trasport
pubbliku.
Ħatra ta’ 
Operations 
Manager.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1997.
4. L-Awtorità  tista’ taħtar ukoll Operations  Manager jew
Assistant Operations Manager li jkunu fdati f’idejh id-direzzjoni u
s-sorveljar ġenerali ta’ l-Enforcement Officers, u li jkun ukoll vestit
bl-istess setgħat mogħtija lill-Enforcement Officers bir-regolament
ta’ qabel.
Ħatra ta’ Transport 
Assistants.
Miżjud:
A.L. 58 ta’ l-1997.
5. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lil
Enforcement Officers skond dawn l-istess regolamenti, l-Awtorità
tista’ wkoll taħtar Transport Assistants li jkunu vestiti bl-istess
setgħat mogħtija lill-Enforcement Officers skond dawn ir-
regolamenti iżda biss għar-rigward ta’ motor omnibuses li jkunu
qegħdin jagħmlu xogħol bi skeda.
Indħil fid-dmirijiet 
ta’ Operations 
Manager jew 
Emforcement 
Officer.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1997.
6. Kull min jimpedixxi jew ifixkel Operations Manager jew
Assistant Operations Manager jew Enforcement Officer jew
Tansport Assistant fit-twettiq tas-setgħat jew dmirijiet tiegħu, jew
indebitament jindaħal fit-twettiq tagħhom jew b’kull mod li jkun,
jew jirrifjuta li jikkonforma ruħu ma’ kull ordni jew direttiva li dak
il-manager jew uffiċjal jista’ jagħti fit-twettiq tas-setgħat jew
dmirijiet tiegħu, jeħel, meta jinsab ħati, u mingħajr preġudizzju
għal kull piena ogħla li jista’ jkun hemm għal dak ir-reat taħt xi liġi
oħra, ammenda ta’ mhux anqas minn għoxrin lira u mhux iżjed
minn ħamsin lira għall-ewwel darba, u ammenda ta’ mhux anqas
minn ħamsin lira u mhux iżjed minn mitt lira għal kull darba oħra li
jinsab ħati.
