NOLIJIET GĦAL SERVIZZ TA’ VALIĠĠA U 
TAL-PASSIĠĠIERI GĦAL GĦAWDEX ġ L.S.332.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 332.05
REGOLAMENTI DWAR IN-NOLIJIET
GĦAL SERVIZZ TA’ VALIĠĠA U 
TAL-PASSIĠĠIERI GĦAL GĦAWDEX
3 ta’ Frar, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 13 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviżi Legali 22 ta’ l-
1997 u 277 ta’ l-1998.
Titolu.
in-Nolijiet għal Servizz tal-Valiġġa u tal-Passiġġieri għal
Għawdex.
Nolijiet għal 
passiġġieri u 
vetturi.
2. In-nolijiet li jitħallsu minn passiġġieri u vetturi għall-vjaġġ
miċ-Ċirkewwa jew Sa Maison, Malta għal Għawdex, jew lura,
għandhom ikunu dawk murija fl-Ewwel Skeda.
Nolijiet għal 
vetturi 
kummerċjali.
3. In-nolijiet li jitħallsu fuq vetturi kummerċjali u/jew vetturi
oħra li jidħlu fil-parametri mogħtija fit-Tieni Skeda għall-vjaġġ
miċ-Ċirkewwa jew Sa Maison, Malta għal Għawdex, jew lura,
għandhom ikunu dawk murija fl-imsemmija Skeda.
Identità  ta’ resident 
f’Għawdex.
4. Għall-għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti, passiġġier jista’
jintalab juri l-karta ta’ l-identità ’ tiegħu jew kull dokument ieħor
ta’ identità  fil-waqt tal-ħruġ tal-biljett jew f’kull waqt ieħor ta’ l-
imbarkar tiegħu fuq il-vapur jew tal-vjaġġ sabiex tkun tista’ tiġi
stabbilita l-identità  tiegħu bħala residenti f’Għawdex.
Tagħbijiet 
kummerċjali.
5. It-tagħbijiet fuq il-vetturi kummerċjali ma għandhomx
jeċċedu l-kapaċità  reġistrata tal-vettura u/jew axle-weight li jeċċedi
13 il-tunnellata.
Sostitwita:
A.L. 22 ta’ l-1997;
A.L. 277 ta’ l-
1998.
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 2)
Nolijiet
Tariffi fuq 
bażi ta’ 
vjaġġ bir-
ritorn
1. Noll Standard għall-Passiġġier Lm1.75
Dan in-noll japplika għall-passiġġieri kollha,
minbarra dawk residenti permanenti
f’Għawdex u detenturi tal-Karta Anzjan, li
jivvjaġġaw fuq il-vapuri tal-Kumpanija bejn
ix-xhur ta’ April u Ottubru.
2. Noll Standard għall-Passiġġier Lm1.50
2 L.S.332.05 ħ
NOLIJIET GĦAL SERVIZZ TA’ VALIĠĠA U 
TAL-PASSIĠĠIERI GĦAL GĦAWDEX
Dan in-noll japplika għall-passiġġieri kollha,
minbarra dawk residenti permanenti
f’Għawdex u detenturi tal-Karta Anzjan, li
jivvjaġġaw mill-Imġarr, Għawdex fuq il-
vapuri tal-Kumpanija wara t-tmienja ta’
filgħaxija u qabel l-ewwel vjaġġ ta’ filgħodu
li jidħer fuq nett fil-kolonna tat-Tluq fl-Iskeda
pubblikata tal-Vjaġġi tal-Kumpanija bejn ix-
xhur ta’ Novembru u Marzu.
3. Noll Sussidjat għal Passiġġier li jkun
Residenti f’Għawdex Lm0.30
Dan in-noll japplika għal residenti permanenti
f’Għawdex.
4. Noll Sussidjat għal Passiġġier Anzjan Lm0.50
Dan in-noll japplika għal kull detentur tal-
Karta Anzjan.
5. Noll għat-Tfal Lm0.50
Dan in-noll japplika għat-tfal kollha minn 3
sa 12-il sena.
6. Noll Standard għal Karozza u Sewwieq Lm5.75
Dan in-noll japplika għall-passiġġieri kollha,
minbarra dawk residenti permanenti
f’Għawdex, li jivvjaġġaw fuq il-vapuri tal-
Kumpanija bejn ix-xhur ta’ April u Ottubru.
7. Noll Standard għal Karozza u Sewwieq Lm4.50
Dan in-noll japplika għall-passiġġieri kollha,
minbarra dawk residenti permanenti
f’Għawdex, li jivvjaġġaw mill-Mġarr,
Għawdex fuq il-vapuri tal-Kumpanija wara t-
tmienja ta’ filgħaxija u qabel l-ewwel vjaġġ
ta’ filgħodu li jidher fuq nett fil-kolonna tat-
Tluq fl-Iskeda pubblikata tal-Vjaġġi tal-
Kumpanija bejn ix-xhur ta’ Novembru u
Marzu.
8. Noll Standard għal Karozza u Sewwieq
Residenti f’Għawdex Lm2.30
Dan in-noll japplika għall-passiġġier li jkun
residenti f’Għawdex.
9. Noll għal Karozza u Sewwieq li jkun
Passiġġier Frekwenti u Detentur tal-Karta
Anzjan Lm15.00
NOLIJIET GĦAL SERVIZZ TA’ VALIĠĠA U 
TAL-PASSIĠĠIERI GĦAL GĦAWDEX ġ L.S.332.05 3
Dan huwa noll speċjali għal karozza u
passiġġier li japplika biss għal detenturi tal-
Karta Anzjan li jivvjaġġaw b’mod frekwenti
matul għaxart ijiem li jkunu. Dan il-biljett
ikun jiswa għal għaxart ijiem biss u d-
detentur ikollu dritt jivvjaġġa għal ħames
darbiet b’dan il-biljett. Id-dokumenti ta’
identità  li jkunu meħtieġa għal dan il-biljett
ikunu l-Karta Anzjan, li n-numru tagħha jiġi
indikat bil-miktub fuq kull porzjon tal-biljett.
In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura għandu
wkoll ikun indikat bil-miktub fuq kull porzjon
tal-biljett u tkun dik il-vettura li tkun ġiet
hekk reġistrata biss li tkun tista’ tivvjaġġa
b’dak il-biljett. Dawn il-biljetti jkunu validi
biss jekk jintwerew mad-dokument ta’
identità  li jkun ġie preżentat meta jkunu
nxtraw u li n-numru tiegħu jkun ġie indikat
bil-miktub fuqhom. Dawn il-biljetti mhumiex
trasferibbli u għandhom jintużaw matul il-
perjodu ta’ validità  tagħhom ta’ għaxart ijiem.
10. Noll għal Karozza u Sewwieq li jkun
Passiġġier Frekwenti Lm21.25
Dan huwa noll speċjali għall-passiġġieri
kollha bla ebda distinzjoni ta’ residenza li
jivvjaġġaw bil-karozza b’mod frekwenti
matul żmien ta’ għaxart ijiem. Dan il-biljett
ikun jiswa’ għal għaxart ijiem biss u d-
detentur ikollu jedd jivvjaġġa għal ħames
darbiet b’dan il-biljett. Il-kriterji l-oħra għax-
xiri ta’ dan il-biljett huma l-istess bħal ma
huma għan-Noll għal Karozza u Sewwieq li
jkun Passiġġier Frekwenti u Detentur tal-
Karta Anzjan ħlief li d-dokumenti meħtieġa
għal dan il-biljett ikunu jew Karta ta’ Identità
jew Passaport validi.
11. Noll Standard għal Motor-Cycle u Sewwieq Lm3.00
12. Noll għal Motor-Cycle u Sewwieq Residenti
f’Għawdex Lm1.30
Dan in-noll japplika biss għal residenti
permanenti f’Għawdex.
13. Noll Standard għal Bicycle Lm0.50
14. Noll Standard għal Trailer Miġbud (sa 5
metri) Lm5.00
4 L.S.332.05 ħ
NOLIJIET GĦAL SERVIZZ TA’ VALIĠĠA U 
TAL-PASSIĠĠIERI GĦAL GĦAWDEX
Sostitwita:
A.L. 22 ta’ l-1997.
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 3)
Nolijiet Tariffi fuq bażi ta’ vjaġġ bir-ritorn
Ċirkewwa Sa Maison
1. Tul totali tal-vettura 5 metri. Lm7.00 Lm8.00
2. Tul totali tal-vettura li jeċċedi 5
metri iżda mhux 6.5 metru. Lm10.00 Lm11.50
3. Tul totali tal-vettura li jeċċedi
6.5 metru iżda mhux 8 metri. Lm15.00 Lm17.00
4. Tul totali tal-vettura li jeċċedi 8
metri iżda mhux 10 metri. Lm23.00 Lm26.50
5. Tul totali tal-vettura li jeċċedi 10
metri iżda mhux 12 il-metru. Lm27.00 Lm31.00
6. Tul totali tal-vettura li jeċċedi 12
il-metru iżda mhux 14 il-metru. Lm32.00 Lm37.50
7. Tul totali tal-vettura li jeċċedi 14
il-metru. Lm38.00 Lm44.00
8. Vetturi sa tul totali anqas minn 5 metri jidħlu fil-kategorija
tal-karozzi.
9. Trailer miġbud sa 5 metri jħallas Lm5.00. Meta t-tul ikun
jeċċedi 5 metri l-ħlas ikun ibbażat fuq it-tul totali tal-
vettura u tat-trailer miġbud skond it-tariffi hawn aktar
qabel imsemmija.
10. Surcharge ta’ Lm1.00 għal kull metru linejari tiġi applikata
fuq tagħbija sovrastanti li tinġarr fuq dawk il-vetturi li
jimbarkaw miċ-Ċirkewwa għal Għawdex jew lura.
11. Surcharge ta’ Lm1.20 għal kull metru linejari tiġi applikata
fuq kull tagħbija sovrastanti li tinġarr fuq dawk il-vetturi li
jimbarkaw minn Sa Maison għal Għawdex jew lura.
12. Dawn in-nollijiet ma jinkludux in-noll għas-sewwieq jew
passiġġier li jidħlu taħt l-Ewwel Skeda.
