TARIFFI GĦAT-TRASPORT TA’ 
TFAL TA’ L-ISKOLA ġ L.S.332.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 332.06
REGOLAMENTI DWAR IT-TARIFFI
GĦAT-TRASPORT TA’ TFAL TA’ L-ISKOLA
30 ta’ April, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 114 ta’ l-1998.
Titolu.
it-Tariffi għat-Trasport ta’ Tfal ta’ l-Iskola.
Prezzijiet 
miftehma.
2. Qabel ma tibda kull sena skolastika, jew meta ssir talba
għal servizz ta’ trasport minn jew lejn skola għal xi żmien
speċifikat, l-operatur għandu jipprovdi lill-utent prospettiv, jew
lill-ġenitur jew tutur tiegħu jew tagħha, il-prezz għal dak is-servizz
li jkun ikopri dik is-sena skolastika partikolari jew żmien speċifiku.
Bdil ta’ prezzijiet.
bejn ir-residenza tagħhom u l-iskola ma jistax jinbidel matul dik is-
sena skolastika jew żmien speċifiku li jkun sar il-ftehim dwarhom
mingħajr il-kunsens bil-miktub mogħti bil-quddiem mill-Awtorità
dwar it-Trasport Pubbliku.
(2) Operatur li jibdel dak il-prezz bi ksur tad-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati,
ammenda ta’ mhux iżjed minn ħamsa w ghoxrin lira.
(3) Meta operatur jinsab ħati ta’ dak ir-reat għat-tieni darba
jew xi darb’oħra sussegwenti, il-Qorti tista’ wkoll tirrevoka l-
liċenza li tippermetti lill-operatur li jaħdem fuq dak is-servizz, għal
żmien mhux iżjed minn tlett xhur.
