LIĊENZI GĦAL GARAGE TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.332.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 332.07
REGOLAMENTI DWAR LIĊENZI GĦAL GARAGE 
TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
()*
L-AVVIŻ LEGALI 196 ta’ l-2002.
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu.
Liċenzi għal Garage tas-Servizz Pubbliku.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra:
Kap. 332.
"Direttorat għat-Trasport Pubbliku" tfisser id-direttorat imsemmi
fl-Att;
"garage tas-servizz pubbliku" tfisser garage fejn jitqegħdu
vetturi li jkollhom liċenza biss għall-kiri;
"persuna bi professjoni legali" tfisser avukat, nutar pubbliku jew
prokuratur legali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghat-trasport.
TAQSIMA II 
Liċenzjar ta’ Fondi kummerċjali
Applikazzjoni 
dwar garages tas-
servizz pubbliku.
3. (1) Kull min, mad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti,
ikun kwalifikat iwettaq atti ta’ kummerċ, u jkun irid iwettaq xi
attività  kummerċjali minn ġo garage tas-servizz pubbliku, għandu
japplika għaldaqstant fuq il-formola adatta lid-Direttorat għat-
Trasport Pubbliku.
Kap. 356.
dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp, dik l-applikazzjoni għandha tiġi
ppreżentata lill-Awtorità  ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien ma’ l-
applikazzjoni għal dak il-permess.
Kap. 356.
Ippjanar ta’ l-Iżvilupp jkun diġà  nkiseb qabel id-dħul fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti, l-applikazzjoni għal-liċenza għandha tiġi
ppreżentata għand id-Direttorat għat-Trasport Pubbliku flimkien
mal-permess hawn qabel imsemmi u ma’ pjanta tal-fond ffirmata
kif imiss u validata minn perit u inġinier ċivili u li tkun tidentifika
l-area tal-paviment li jkun se jintuża fl-għemil ta’ l-attività
kummerċjali.
*Għadhom mhux fis-seħħ.
2 L.S.332.07 ħ LIĊENZI GĦAL GARAGE TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
Detentur ta’ 
liċenza ta’ fondi 
kummerċjali.
4. (1) Applikazzjoni għall-liċenza dwar garage tas-servizz
pubbliku tista’ ssir jew fl-isem ta’ xi individwu jew f’isem xi
individwi għan-nom ta’ soċjetà  kummerċjali jew ta’ xi kumpannija.
(2) Meta l-applikazzjoni issir f’isem dik is-soċjetà  jew
kumpannija, l-applikazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-persuna li
tkun awtorizzata kif imiss għaldaqshekk biex tirrappreżentaha
skond il-liġi.
(3) L-applikazzjoni għandha wkoll issemmi lil dak l-individwu
li se jkun effettivament responsabbli għall-maniġġar tal-fondi
kummerċjali f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) meta l-maniġġar effettiv ikun se jsir minn xi individwu
li ma jkunx id-detentur ta’ liċenza;
(b) fil-każ ta’ soċjetà  kummerċjali jew kumpannija.
Talba għal iktar 
dokumenti jew 
tagħrif.
5. Meta ssir applikazzjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’ dawn
ir-regolamenti u jkunu meħtieġa aktar dokumenti jew tagħrif dwar
dik l-applikazzjoni, id-Direttorat għat-Trasport Pubbliku jista’, fi
żmien għaxart ijiem mill-preżentata ta’ dik l-applikazzjoni, jitlob
bil-miktub li jinġiebu dawk id-dokumenti l-oħra jew kull tagħrif
ieħor u jista', fit-talba tiegħu jagħti lill-applikant dak iż-żmien li
jista' jqis li jkun meħtieġ sabiex jipprovdi dawk id-dokumenti jew
dak it-tagħrif.
Eżami ta’ 
applikazzjonijiet.
6. (1) Id-Direttorat għat-Trasport Pubbliku għandu, fi żmien
erba’ ġimgħat mill-preżentata ta’ l-applikazzjoni, javża lill-
applikant bid-deċiżjoni li jkun ħa.
(2) L-avviż hawn qabel imsemmi għandu jistipula:
(a) li d-Direttorat għat-Trasport Pubbliku ma jkun qed isib
ebda oġġezzjoni għall-ħruġ tal-liċenza kif din tkun
saret l-applikazzjoni għaliha; jew
(b) li l-liċenza ma tkunx se tingħata; f’dak il-każ id-
Direttorat għat-Trasport Pubbliku għandu jagħti r-
raġunijiet bid-dettalji kollha għaliex ikun qed jirrofta:
Iżda l-erba’ ġimgħat għandhom jibdew għaddejin minn
meta tingħata l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità  dwar l-Ambjent u l-
Ippjanar ta’ l-applikazzjoni li tkun saret, u d-Direttorat ma għandux
joħroġ il-liċenza relattiva kemm il-darba dik l-Awtorità  ma tkunx
approvat l-applikazzjoni.
(3) Dak l-avviż għandu jindika wkoll x’ikun id-dritt għall-
liċenza li għandu jitħallas għall-ħruġ tal-liċenza.
(4) Jekk jintalbu xi dokumenti oħra jew tagħrif ieħor skond
dawn ir-regolamenti, u l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti jew
it-tagħrif fi żmien ġimgħa mit-talba, iż-żmien ta’ erba’ ġimgħat
stipulat fis-subregolament (1) għandu jittawwal biż-żmien iktar
minn ġimgħa li jkun skada bejn it-talba u l-preżentata ta’ dak id-
dokument jew it-taghrif.
Kondizzjonijiet 
għall-ħruġ tal-
liċenza.
7. (1) Id-Direttorat għat-Trasport Pubbliku ma għandux
joħroġ il-liċenza kemm-il darba l-applikant ma jkunx persuna ta’
fama tajba u finanzjarjament stabbli. Persuna ma titqiesx li tkun ta’
fama tajba jekk tkun insabet ħatja ta’ delitt, li jkun sar matul il-
ħames snin ta’ qabel jew inkella tkun insabet ħatja ta’ delitt matul
LIĊENZI GĦAL GARAGE TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.332.07 3
il-ħames snin ta’ qabel.
(2) Id-Direttorat għat-Trasport Pubbliku jkollu s-setgħa jirtira
l-liċenza jekk id-detentur ta’ liċenza ikun insab ħati ta’ delitt li
jkollu piena ta’ żmien ta’ priġunerija ta’ mill-inqas sentejn jew
multa ta’ mill-inqas ħames mitt lira, ta’ delitt li jkollu piena għal
reat dwar l-użu ta’ xi vettura bil-mutur. Sentenza sospiża għandha
f’kull waqt titqies bħala sejbien ta’ ħtija għall-fini tal-perjodi
msemmija f’dawn ir-regolamenti.
(3) Meta persuna li jkollha liċenza tkun ġiet akkużata b'delitt li
jkollu piena kif hawn qabel imsemmi, d-Direttorat għat-Trasport
Pubbliku jkollu s-setgħa jissospendi l-liċenza sakemm tingħata s-
sentenza finali.
(4) Il-liċenza għandha tkun tħares f'kull waqt il-kondizzjonijiet
stipulati fit-Tieni Skeda.
Ħruġ ta’ liċenza.
oġġezzjoni għall-għoti tal-liċenza kif din issir applikazzjoni
għaliha, l-applikant għandu, fi żmien xahar mill-ħruġ ta’ l-avviż li
jingħata skond ir-regolament 6, jħallas id-dritt li jkun japplika għal
dik il-liċenza u malli dan isir tinħareġ dik il-liċenza.
(2) Meta fl-applikazzjoni għal-liċenza l-applikant ikun wera l-
intenzjoni tiegħu li jwettaq l-attività  kummerċjali mill-fond f’data
futura li tkun għadha ma ġietx stabbilita, l-liċenza tinħareġ fi żmien
xahar minn meta jingħata avviż bil-miktub mill-applikant li jkun bi
ħsiebu jibda dik l-attività  kummerċjali. Dak l-avviż għandu jindika
meta tkun se tinbeda dik l-attività  kummerċjali u flimkien miegħu
għandu jkun hemm id-dritt relattiv tal-liċenza.
(3) Jekk l-applikant ma jagħtix l-avviż bil-miktub kif hemm
imsemmi fis-subregolament (2) fi żmien erba’ snin minn meta
jinħareġ l-avviż mid-Direttorat għat-Trasport Pubbliku skond ir-
regolament 10, l-applikazzjoni għal-liċenza għandha titqies li tkun
skadiet.
Validità  ta’ liċenzi.
darba ma jkunx speċifikat xort’oħra f’dik il-liċenza, tiskadi fil-31
ta’ Diċembru tas-sena meta tinħareġ u tista’ wara dik id-data
tiġġedded għal perjodi oħra ta’ sena kull darba jew kull perjodu
ieħor hekk kif jista’ jiġi speċifikat.
Partikolaritajiet tal-
liċenzi.
10. (1) Liċenza tinħareġ f’isem xi individwu personalment
jew f’isem soċjetà  kummerċjali jew kumpannija, u tinħareġ
b'referenza għall-kategorija u t-tip ta’ attività  kummerċjali skond
ma jidher fl-Ewwel Skeda.
(2) Mingħajr preġudizzju għal kull disposizzjoni oħra tal-liġi li
tapplika dwar xi attività  kummerċjali, liċenza maħruġa taħt dawn
ir-regolamenti tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet applikabbli li
hemm fl-Ewwel Skeda.
Meta attività  
kummerċjali 
tieqaf.
11. (1) Meta detentur ta’ liċenza jiddeċiedi li jieqaf milli
jwettaq attività  kummerċjali minn fond kummerċjali li jkollu
liċenza huwa għandu minnufih javża lid-Direttorat għat-Trasport
Pubbliku fuq il-formola adatta, ukoll billi jehmeż magħha il-liċenza
rilevanti.
4 L.S.332.07 ħ LIĊENZI GĦAL GARAGE TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(2) B’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi indikata f’dak l-avviż,
jew inkella jekk ma tiġix indikata data bħal dik b'seħħ minnufih, il-
fond għandu jitqies bħala wieħed li ma jkollux liċenza.
(3) Minkejja kull avviż għat-terminazzjoni kif hawn qabel
imsemmi, id-detentur ta’ liċenza jkun għadu marbut li jħallas kull
dritt ta’ liċenza dovut qabel dak l-avviż.
Trasferiment ta’ 
liċenza.
12. (1) Meta detentur ta’ liċenza jittrasferixxi l-liċenza ta’
fond kummerċjali lil persuna oħra, dak id-detentur ta’ liċenza u l-
persuna l-oħra għandhom jippreżentaw lid-Direttorat għat-Trasport
Pubbliku dikjarazzjoni li ssir fuq il-formola adatta u ffirmata kif
imiss miż-żewġ partijiet u li tkun tinkludi ċertifikat ta’ kondotta u
dokumenti relattivi għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna li l-
fond ikun se jiġi trasferit għal għandha.
(2) Dak it-trasferiment ikollu effett biss jekk il-liċenza
oriġinali tal-fond kummerċjali titreġġa’ lura lid-Direttorat għat-
Trasport Pubbliku u jkunu tħallsu d-drittijiet għal-liċenza dwar dak
il-fond.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2) id-
Direttorat għat-Trasport Pubbliku għandu joħroġ liċenza ġdida lill-
persuna li l-fond ikun se jiġi trasferit għal għandha fi żmien għaxart
ijiem minn meta tiġi riċevuta d-dikjarazzjoni msemmija fis-
subregolament (1).
Multi. 13. (1) Kull min jinsab ħati ta’ xi ksur ta’ dawn ir-
regolamenti, inkluż il-ksur tal-kondizzjonijiet li hemm fl-iskedi,
jista’ jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira
u mhux iżjed minn ħames mitt lira.
(2) Persuna li tinsab ħatja f’inqas minn sena minn meta tkun
insabet ħatja għall-ewwel darba tista' teħel multa ta’ mhux inqas
minn ħames mitt lira u mhux iżjed minn elf lira, u jekk dik il-
persuna tinsab ħatja ta’ ksur ta’ dawn il-kondizzjonijiet għat-tielet
darba wara dawk ta’ qabel, l-Awtorità  tista’ tirrevokalha l-liċenza.
L-EWWEL SKEDA
Liċenzi skond il-Valur tal-Kera
1. Għall-liċenza biex jinżamm garage tas-servizz pubbliku,
għandu jinġabar dritt (li jitħallas lid-Direttorat għat-Trasport
Pubbliku) ekwivalenti għall-ammont kalkolat fuq il-valur tal-kera
tal-fond li jkollu liċenza bir-rata msemmija fil-kolonna 1 tat-
Tabella A ta’ din il-partita, skond il-kategorija u l-lokalità
rispettiva, u kif soġġetti għall-inqas dritt li hemm imsemmi fil-
kolonna 2 tat-Tabella A msemmija.
LIĊENZI GĦAL GARAGE TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.332.07 5
TABELLA A
Lokalità  A tinkludi:
Lokalità  B tinkludi:
Kolonna 1 Kolonna 2
Lokalità  A ........................................ 8% Lm250
Lokalità  B ........................................ 7% Lm200
Lokalità  Ċ ........................................ 6% Lm105
Lokalità  D ........................................ 5% Lm50
Valletta Republic Street bejn City Gate u St.
Christopher Street, Merchants Street
bejn Victory Square u St. Christopher
Street.
Bugibba and Qawra Din il-lokalità  tinkludi l-area
mdawwra bi Toni Bajada Street (ż-żewġ
naħat tagħha);
Mosta Road bejn Toni Bajada Street u
Salini Coast Road sa Pioneers Corps
Road;
Pioneers Corps Road;
Qawra Road (inklużi t-toroq laterali li
hemm fl-area sa u inkluża Buġibba Road
sakemm din tiltaqa’ ma’ Toni Bajada
Street viċin u inkluż Gillieru
Restaurant).
Paceville i.e. l-area magħrufa bħala Paċeville
mdawwra bi u inkluża Spinola Road (ż-
żewġ naħat tagħha);
dik il-parti ta’ St. George’s Road bejn
Spinola Road u St. George’s Bay (iż-
żewġ naħat tagħha);
St. George’s Bay u t-triq li tagħti
minn dik il-Bajja lejn Regional Road (ż-
żewġ naħat tagħha u t-toroq laterali ta’
biswit);
Dragonara Road.
St Julians Spinola Square;
St. George’s Road sa Spinola Road
(inklużi t-toroq laterali fl-area).
Valletta St. Paul’s Street bejn Castille Place u
St. Christopher Street;
Old Bakery Street bejn Ordnance
Street u St. Christopher Street;
St. Zachary Street;
Strait Street bejn Ordinance Street u
St. Nicholas Street;
Victory Square;
6 L.S.332.07 ħ LIĊENZI GĦAL GARAGE TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
Lokalità  Ċ tinkludi:
Old Treasury Street;
St. Frederick Street;
Ordinance Street;
South Street;
Melita Street;
Carts Street;
St. John’s Street bejn St. Ursula Street
u West Street;
St. Lucia’s Street bejn St. Ursula
Street u West Street;
Old Theatre Street bejn St. Ursula
Street u Old Bakery Street;
Felix Street;
Archbishop Street bejn St. Ursula
Street u Old Bakery Street;
Ħamrun St. Joseph High Road.
Mellieħa Gorg Borg Olivier Street;
Main Street.
Sliema Bisazza Street;
Bisazza Lane;
The Strand;
Tower Road;
St. Anne Square;
Cathedral Street;
High Street bejn Tower Road u Għar
il-Lembi Street;
Manwel Dimech Street bejn The
Strand u St. Helen Street;
Rudolph Street bejn Manwel Dimech
Street u St. James Street.
San Ġiljan Gorg Borg Olivier Street
Victoria, Għawdex Pjazza Indipendenza;
Republic Street;
St. Sabina Square;
St. George’s Square;
St. Joseph Street;
Market Street;
Main Gate Street.
Marsalforn, Għawdex
Xlendi, Għawdex
Birkirkara Valley Road;
Mannarino Road;
LIĊENZI GĦAL GARAGE TAS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.332.07 7
Lokalità  D tinkludi: 
Fleur-de-Lys Road;
Naxxar Road.
Birżebbuġa Pretty Bay;
St. Edward Street bejn Pretty Bay u
The Pier;
Bonnici Street;
Birżebbuġa Square.
Cospicua Gavino Gulia Square;
Paolino Vassallo Square;
Bormla Wharf;
St. Paul Church Area.
Floriana St. Anne Square;
St. Anne Street;
Pope John XXIII Square.
Guardamanġa St. Luke’s Road / Triq il-Mimosa
Gżira - Msida The Strand;
Testaferrata Street;
Msida Sea Front.
Marsaskala Dun Tarcisio Agius Square;
Marina Street;
Salini Street;
Mifsud Bonnici Square.
Mdina Il-belt kollha.
Mosta Eucharistic Congress Road;
Constitution Street;
Main Street bejn Rotunda Square u
Grech Mifsud Alley.
Rabat Main Street;
The Saqqajja;
Parish Square;
L’Isle Adam Square;
St. Augustine Street;
St. Paul’s Street;
St. Joseph Street.
Kull area oħra mhux inkluża hawn
iktar qabel.
8 L.S.332.07 ħ LIĊENZI GĦAL GARAGE TAS-SERVIZZ PUBBLIKU
IT-TIENI SKEDA
Kondizzjonijiet tal-Liċenza
Liċenza ta’ garage tas-servizz pubbliku tawtorizza lid-
detentur ta’ dik il-liċenza li jżomm f’dak il-garage vetturi li
jkollhom liċenza biss għall-kiri skond in-numru tar-reġistrazzjoni li
jkun jikkorrispondi għal dik l-istess liċenza għal garage tas-servizz
pubbliku bla ħsara għal dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
1. Ebda vettura ma għandha tiġi pparkjata barra l-garage.
2. Ebda tiswija ta’ liema xorta tkun ma għandha ssir fuq il-
bankina jew fuq il-karreġġjata.
3. Ebda xogħol mekkaniku, panel beating u tiżbigħ bi spray
ma għandhom isiru ġewwa l-fond.
4. Il-kiri għandu jkun esklużivament ristrett għall-vetturi
elenkati fil-liċenza.
5. Il-garage għandu jintuża esklużivament għall-ħażna ta’
vetturi.
6. Id-detentur ta’ liċenza għandu jżomm il-vetturi kollha fi
stat tajjeb ta’ funzjonament u ħielsa minn kull ħsara u approvati
mill-VRT.
7. Id-detentur ta’ liċenza għandu jżomm reġistru li jkun fih
id-dettalji kollha, d-data u l-ħinijiet tal-vetturi kollha li jinkrew.
8. Id-detentur ta’ liċenza għandu jżomm reġistru bl-isem, in-
numru tal-liċenza u numru ta' reġistrazzjoni (tag number) tas-
sewwieq.
9. Id-detentur ta’ liċenza għandu jżomm reġistru bl-isem, l-
indirizz, in-numru tal-liċenza u n-numru tal-passaport jew
dokument ta’ identità  ta’ min ikun qed jikri l-vettura.
10. Għandu jkun hemm mezzi biżżejjed għat-tneħħija kif imiss
ta' kull skart li joħroġ minn dan ix-xogħol, partikolatment iż-żjut.
11. Ma għandu jitħalla jiskula ebda ilma għal fuq triq pubblika
u ma għandu jsir ebda ħasil tal-vetturi barra mill-fond.
12. Ma għandu jinħażen ebda karburanti barra mill-garage.
13. Il-garage għandu jkollu spazju għal mill-anqas żewġ
vetturi bil-mutur b’erba' roti misjuqa minn xufier jew erba’ vetturi
bil-mutur b’erba’ roti self-drive skond il-każ u li jintużaw
esklużivament għal dak l-għan.
14. Li jitħarsu l-ħtiġiet kollha tal-Liġijiet ta’ Malta.
