STANDARDS TA’ DISINN U KOSTRUZZJONI
GĦAL XOGĦLIJIET FIT-TRIQ ġ L.S.332.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 332.08
REGOLAMENTI DWAR STANDARDS TA’ DISINN U 
KOSTRUZZJONI GĦAL XOGĦLIJIET FIT-TRIQ
21 ta’ Novembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 364 ta’ l-2003.
Titolu.
Standards ta’ Disinn u Kostruzzjoni għal Xogħlijiet fit-Triq.
Dmir li jkun hemm 
konformità  ma’ l-
istandards.
2. Kull min ikun qiegħed jiddisinja jew jibni jew jagħmel xi
manutenzjoni jew xogħlijiet oħra f'xi triq għandu jħares l-
Istandards dwar Xogħlijiet fit-Triq li hemm provdut dwarhom fir-
regolament 3.
Standards dwar 
Xogħlijiet fit-Triq.
3. L-Istandards ta’ Disinn u Kostruzzjoni għal Xogħlijiet fit-
Triq huma dawn li ġejjin:
(i) Volum 1- Speċifikazzjoni għal Xogħlijiet fit-
Triq;
(ii) Volum 2 - Linji direttivi dwar Speċifikazzjoni
għal Xogħlijiet fit-Triq;
(iii) Volum 3 - Dettalji dwar Bini ta’ Triq;
(iv) Volum 4 - Metodu dwar Qjies għal Xogħlijiet
fit-Triq u Linji Direttivi dwar Qjies ta’
Xogħlijiet fit-Triq;
(v) Volum 5 - Manwal ta’ Disinn għal Toroq u
Pontijiet;
(vi) Volum 6 - Linji Direttivi għat-Tħeħħija ta’
Dokumenti ta’ Disinn għall-Bini ta’ Triq.
(vii) Volum 7 - Direttivi għall-Istandardizzazzjoni
tal-Kostruzzjoni ta’ Toroq għall-Użu tat-
Traffiku.
Fejn jistgħu 
jinqraw l-
Istandards dwar 
Xogħlijiet fit-Triq.
4. Il-pubbliku jista’ jara l-Istandards dwar Xogħlijiet fit-Triq
li hemm provdut dwarhom fir-regolament 3 fl-uffiċċji ta’ l-
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta matul il-ħinijiet normali tax-
xogħol.
Kif jiġu applikati l-
Istandards dwar 
Xogħlijiet fit-Triq.
5. L-Istandards ta’ Disinn u Kostruzzjoni għal Xogħlijiet fit-
Triq li hemm provdut dwarhom fir-regolament 3 għandhom ikunu
japplikaw għal kull xogħol fit-toroq li jsir wara d-dħul fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti imma ma għandhomx japplikaw għal
xogħlijiet lesti jew li jkunu diġà  inbdew f’xi triq f’dik id-data.
Interpretazzjoni ta’ 
dawn ir-
regolamenti.
6. Mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni li tista’ tiġi
eżerċitata kontra xi persuna li tiddisinja jew tibni xi triq bi ksur ta’
dawn ir-regolamenti, ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti ma għandha
tiftiehem bħala li tagħti xi jedd lil xi persuna kontra l-Awtorità
dwar it-Trasport ta’ Malta jew kontra l-Gvern jew xi awtorità
pubblika oħra jew kontra xi persuna li taġixxi fil-kariga uffiċjali
tiegħu jew tagħha bħala uffiċjal jew impjegat tal-Gvern jew ta’ xi
2 L.S.332.08 ħ
STANDARDS TA’ DISINN U KOSTRUZZJONI
GĦAL XOGĦLIJIET FIT-TRIQ
awtorità  bħal dik hawn qabel imsemmija jekk ikun hemm triq li ma
tkunx tikkonforma ma’ kull għemil assoċjat ma’ l-Istandards ta’
Disinn u Kostruzzjoni għal Xogħlijiet fit-Triq stipulati f’dawn ir-
regolamenti.
