DĦUL TEMPORANJU 
TA’ VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.337.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.01
REGOLAMENTI DWAR ID-DĦUL TEMPORANJU 
TA’ VETTURI BIL-MUTUR
30 ta’ Awissu, 1938
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 349 ta’ l-1938.
Titolu.
id-Dħul Temporanju ta’ Vetturi bil-Mutur.
Dħul temporanju 
ta’ vetturi.
2. Dawk il-vetturi bil-mutur jew motor cycles li sidhom
għandu Pass Triptyque jew Carnet de Passages en Douanes li
jiswew, maħruġin minn xi assoċjazzjoni li tagħmel sehem mill-
Alliance Internationale de Tourisme jew mill-Association
Internationale des Automobile-Clubs Ré connus jistgħu jinġiebu
minn barra għal hawn Malta mingħajr ma jħallsu d-dazju stabbilit
ta’ l-importazzjoni, jew mingħajr ma jagħmlu depożitu flok id-
dazju, taħt dawn il-kondizzjonijiet:
(a) illi dawn il-vetturi bil-mutur jew motor cycles jerġgħu
jsiefru fi żmien sena minn mindu jkunu nġiebu minn
barra jew fiż-żmien stabbilit għas-seħħ u siwi tal-Pass
Triptyque jew Carnet, skond liema minnhom hu l-iqsar
zmien;
(b) illi jitħallas id-dazju stabbilit kemm-il darba din il-
vettura bil-mutur jew motor cycle ma jerġgħux isiefru
fiż-żmien imsemmi hawn fuq;
(ċ) illi dawn il-vetturi bil-mutur jew motor cycles ikunu
bil-liċenza għall-ġarr ta’ nies biss;
(d) illi dawn il-vetturi bil-mutur jew motor cycles jinġiebu
minn barra minn nies li huma tassew turisti jew minn
nies li jiġu hawn Malta biex joqogħdu għal xi ftit taż-
żmien minħabba fin-negozju jew professjoni biss;
(e) illi jitħallas id-daju stabbilit jew il-vettura bil-mutur
jew il-motor cycle jinqerdu bin-nar jew b’xi aċċident
ħlief jekk il-fdalijiet tagħhom, jekk ikunu jistgħu
jingħarfu, jerġgħu jsiefru;
(f) illi l-Pass Triptyque jew Carnet jingħata lill-veru
importatur tal-vettura bil-mutur jew motor cycle li
jkun ukoll is-sid ta’ l-istess vettura bil-mutur jew
motor cycle;
(g) illi d-dazju stabbilit jitħallas fuq l-ispare parts għal
vetturi bil-mutur jew motor cycles miġjubin minn
barra bis-saħħa ta’ Pass Triptyque jew Carnet.
