ĦLAS LURA FUQ L-GĦASIR 
TAL-FROTT U XORB MHUX ALKOHOLIKU ġ L.S.337.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.03
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ L-GĦASIR TAL-
FROTT U XORB MHUX ALKOHOLIKU
9 ta’ Ġunju, 1961
L-AVVIŻ LEGALI 30 ta’ l-1961, kif emendat bl-Avviż Legali 25 ta’ l-
1964.
Titolu.
Għasir tal-Frott u Xorb Mhux Alkoholiku.
Tifsir.
barra ħalib, kaffè , tè , kokotina u xorb bħal dan, li ma jkollux iżjed
minn tnejn fil-mija alkohol.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
għasir tal-frott u 
xorb mhux 
alkoholiku.
Emendat:
A.L. 25 ta’ l-1964.
Kap. 337.
3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni, għandu jingħata ħlas lura ta’ dazji ta’ importazzjoni
mħallsa fuq l-oġġetti msemmija fl-Iskeda fuq l-esportazzjoni jew
imbark bħala provvisti ta’ għasir tal-frott, konċentrati tal-meraq
tal-frott, konċentrati mhux alkoholiċi u xorb mhux alkoholiku
prodotti jew preparati f’dawn il-Gżejjer.
Emendata:
A.L. 25 ta’ l-1964.
SKEDA
Oġġetti li fuqhom għandu jingħata ħlas lura
Kuluri, konċentrati, essenzi, żjut essenzjali, estratti, meraq
tal-frott, kunserva tal-frott u aċidu ċitriku li l-Kontrullur tad-
Dwana kun soddisfatt li ġew użati fil-produzzjoni jew
preparazzjoni ta’ l-għasir tal-frott, konċentrati tal-meraq tal-frott,
konċentrati mhux alkoholiċi u xorb mhux alkoholiku esportati jew
imbarkati bħala provvisti.
