ĦLAS LURA FUQ ĊRIEKI TAL-LASTKU SINTETIKU ġ L.S.337.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.07
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ ĊRIEKI TAL-
LASTKU SINTETIKU
27 ta’ Ottubru, 1961
L-AVVIŻ LEGALI 60 ta’ l-1961.
Titolu.
Ċrieki tal-Lastku Sintetiku.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
ċrieki tal-lastku 
sintetiku.
Kap. 337.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni  u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, ħlas lura ta’
dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq butadiene-acrylonitrile
polymers għandu jingħata fuq l-esportazzjoni jew imbarkar bħala
provvisti ta’ ċrieki tal-lastku sintetiku prodotti minnhom f’dawn il-
Gżejjer.
(2) Għall-finijiet biex jiġi kkalkolat il-ħlas lura skond ma
jingħad fis-subartikolu (1), jiġi meħud in konsiderazzjoni l-ħela li
jiġi muri għas-soddisfazzjon tal-Kontrullur tad-Dwana li kien l-
inqas ħela possibbli bħala konsegwerza tal-produzzjoni taċ-ċrieki
tal-lastku sintetiku:
Iżda l-istess ħela għandu jiġi miżmum u mneħħi mill-
produttur skond dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu magħmula
mill-Kontrullur tad-Dwana.
Records li 
jinżammu mill-
produttur.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jordna lill-produttur ta’
ċrieki tal-lastku sintetiku li jżomm dawk ir-records li huwa jidhirlu
meħtieġa biex juru l-kwantità  ta’ butadiene-acrylonitrile polymers
importati jew irtirati mid-depożt u użati fil-produzzjoni taċ-ċrieki
ta’ lastku sintetiku.
(2) L-istess records għandhom ikunu miżmuma lesti għal
spezzjon ta’ kull uffiċjal tad Dwana fil-fond tal-produttur.
Kontroll tad-
Dwana fuq ċrieki 
tal-lastku sintetiku.
4. (1) Ċrieki tal-lastku sintetiku li jkunu ser jiġu esportati jew
imbarkati bħala provvisti għandhom jiġu spezzjonati minn uffiċjali
tad-Dwana fil-fond tal-produttur, jew f’post ieħor kif jiġi stabbilit
mill-Kontrullur tad-Dwana, għas-spejjeż tal-produttur u wara l-
istess spezzjon iċ-ċrieki għandħom jiġu ppakkjati u ssiġillati
quddiem l-istess uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-produttur għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet
ijiem tad-data meta huwa fi ħsiebu jesporta ċ-ċrieki jew
jimbarkahom bħala provvista u l-istess avviż għandu jkun fih il-
partikolaritajiet tal-post fejn u l-ħin li fih l-istess spezzjon tista’
ssir.
