ĦLAS LURA FUQ BAGALJI ESPORTATI ġ L.S.337.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.08
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ BAGALJI 
ESPORTATI
27 ta’ Ottubru, 1961
L-AVVIŻ LEGALI 61 ta’ l-1961.
Titolu.
Bagalji Esportati.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
bagalji.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan l-Ordni, ħlas lura ta’
dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti speċifikati fl-Iskeda
għandu jingħata fuq l-esportazzjoni ta’ bagalji prodotti f’dawn il-
Gżejjer u li jinkorporaw dawk l-oġġetti.
Għoti ta’ kampjuni 
u dokumenti lill-
Kontrullur tad-
Dwana.
3. Kampjuni u dokumenti bħala prova tat-tip, valur u pajjiż
ta’ oriġini ta’ l-oġġetti, speċifikati fl-Iskeda li għandħom jiġu użati
fil-produzzjoni ta’ bagalji għall-esportazzjoni għandhom jiġu
mogħtija lill-Kontrullur tad-Dwana waqt l-importazzjoni ta’ l-istess
oġġetti jew meta dawn jiġu rtirati mid-depożt.
Records li 
jinżammu mill-
produttur.
4. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jordna lill-produttur tal-
bagalji li jżomm dawk ir-records li huwa jidhirlu meħtieġa biex
juru l-kwantità  ta’ l-oġġetti importati jew irtirati mid-depożt u
inkorporati fil-bagalji.
(2) L-istess records għandhom ikunu miżmuma lesti għal
spezzjon ta’ kull uffiċjal tad-Dwana fil-fond tal-produttur.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar tal-
bagalji.
5. (1) Bagalji li jkunu ser jiġu esportati għandhom jiġu
spezzjonati minn uffiċjali tad-Dwana fil-post tal-produttur jew f’xi
post ieħor li jista’ jiġi stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana, għas-
spejjeż tal-produttur u wara l-istess spezzjon jiġu ppakkjati u
ssiġillati quddiem l-istess uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-produttur għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet
ijiem tad-data meta huwa fi ħsiebu jesporta l-bagalji u l-istess avviż
għandu jkun fih il-partikolaritajiet tal-post fejn u l-ħin li fih l-istess
spezzjon tista’ ssir.
SKEDA
Artikoli 2 u 3
Manilji, caps, serraturi, ċappetti, bumpers, domes, pin
bolts, kantunieri u karta għall-infurrar tal-bagalji.
