ĦLAS LURA FUQ FLUSH VALVES ġ L.S.337.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.10
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ FLUSH VALVES
27 ta’ Ottubru, 1961
L-AVVIŻ LEGALI 64 ta’ l-1961.
Titolu.
Flush Valves.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
flush valves.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan ta’ l-Ordni, ħlas lura ta’
dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq ħwejjeġ speċifikati fl-Iskeda
għandu jingħata fuq l-esportazzjoni ta’ flush valves prodotti f’dawn
il-Gżejjer u li jinkorporaw l-istess ħwejjeġ.
Records li 
jinżammu mill-
produttur.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jordna lill-produttur tal-
flush valves li jżomm dawk ir-records li huwa jista’ jidhirlu
meħtieġa biex juru l-kwantità  ta’ ħwejjeġ importati jew irtirati mid-
depożt u inkorporati fil-flush valves.
(2) L-istess records għandhom ikunu miżmuma lesti għal
spezzjon ta’ kull uffiċjal tad-Dwana fil-fond tal-produttur.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar ta’ flush 
valves.
4. (1) Flush valves li jkunu ser jiġu esportati għandhom jiġu
spezzjonati minn uffiċjali tad-Dwana fil-fond tal-produttur, jew
f’dak il-post ieħor li jista’ jkun stabbilit mill-Kontrullur tad-
Dwana, għas-spejjeż tal-produttur u wara l-istess spezzjon il-flush
valves għandhom jiġu ppakkjati u ssiġillati quddiem l-istess
uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-produttnr għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet
ijiem tad-data meta huwa fi ħsiebu jesporta l-flush valves u l-istess
avviż għandu jkun fih il-partikolaritajiet tal-post fejn u l-ħin li fih
l-istess spezzjon tista’ ssir.
SKEDA
Artikolu 2
Body caps, valve bodies, pistons, piston skirts, mushroom
valves, levers, lever caps, retaining clips, mushroom springs,
mushroom screws, rocker pins, plungers, plunger springs,
mushroom washers, piston washers, cap washers, plunger glands,
felt washers, seal washer nuts, push buttons u push button springs.
