ĦLAS LURA FUQ ESPORTAZZJONI 
TA’ ŻEJT TA’ L-IKEL IRFINUT LOKALMENT ġ L.S.337.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.11
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ ESPORTAZZJONI 
TA’ ŻEJT TA’ L-IKEL IRFINUT LOKALMENT
1 ta’ Diċembru, 1961
L-AVVIŻ LEGALI 72 ta’ l-1961.
Titolu.
Esportazzjoni ta’ Żejt ta’ l-Ikel Irfinut Lokalment.
Ħlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
żejt ta’ l-ikel irfinut 
lokalment.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, ħlas lura tad-
dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq il-ħwejjeġ imsemmija fl-Ewwel
Kolonna ta’ l-Iskeda għandu jingħata fuq l-esportazzjoni jew
imbarkar bħala provvisti ta’ żejt ta’ l-ikel irfinut f’dawn il-Gżejjer,
bir-rati speċifikati dwar dawk il-ħwejjeġ fit-Tieni Kolonna ta’ l-
Iskeda.
Tiżmim ta’ 
notamenti.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lir-raffinatur taż-
żejt ta’ l-ikel li jżomm dawk in-notamenti li jistgħu jidhrulu
meħtieġa biex juru l-kwantità  ta’ ħwejjeġ importata jew irtirata
mid-depożt u wżata għar-raffinar taż-żejt ta’ l-ikel.
(2) Dawk in-notamenti għandhom ikunu disponibbli għall-
ispezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-fond tar-raffinatur.
Kontroll tad-
Dwana.
4. (1) Iż-żejt ta’ l-ikel irfinut f’dawn il-Gżejjer li jkun ser jiġi
esportat jew imbarkat bħala provvisti għandu jiġi mkejjel minn
uffiċjali tad-Dwana fil-fond tar-raffinatur jew f’dak il-post l-ieħor
li jista’ jiġi stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana għas-spejjeż tar-
raffinatur u wara dak il-kejl ir-reċipjenti taż-żejt għandhom jiġu
siġillati quddiem dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet tal-keil meħtieġ skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1) ir-raffinatur għandu jagħti lill-Kontrullur tad-
Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet ijiem dwar id-
data li fiha bi ħsiebu jesporta ż-żejt jew jimbarkah bħala provvisti u
dak l-avviż għandu jkollu l-partikolaritajiet dwar il-post fejn u l-ħin
li fih jista’ jsir dak il-kejl.
2 L.S.337.11 ħ
ĦLAS LURA FUQ ESPORTAZZJONI 
TA’ ŻEJT TA’ L-IKEL IRFINUT LOKALMENT
SKEDA
Artikolu 2
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Ħwejjeġ Importati Rata ta’ Ħlas lura
Żejt ta’ l-ikel mhux maħdum
barra minn żejt taż-żebbuġa
Id-dazju ta’ importazzjoni
mħallas fuq volum ta’ żejt ta’ l-
ikel mhux maħdum daqs dak
ta’ żejt ta’ l-ikel  irfinut
esportat; u
Id-dazju ta’ importazzjoni li
għandu jitħallas fuq volum ta’
żejt mhux maħdum daqs 1 fil-
mija tal-volum ta’ żejt ta’ l-ikel
irfinut esportat.
Soda kawstika, trisodium
phosphate, calcinated soda u
aċidu solforiku
3 ċenteżmi kull tunnellata
metrika ta’ żejt ta’ l-ikel irfinut
esportat dwar il-kwantità  totali
ta’ kull waħda jew kollha
kemm ħuma minn dawk il-
ħwejjeġ użati.
