ĦLAS LURA FUQ ĦAJT IPPJEGAT U MINSUĠ ESPORTAT ġ L.S.337.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.12
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ ĦAJT IPPJEGAT U 
MINSUĠ ESPORTAT
16 ta’ Frar, 1962
L-AVVIŻ LEGALI 14 ta’ l-1962.
Titolu.
Ippjegat u Minsuġ Esportat.
Ħlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
ħajt ippjegat u 
minsuġ.
Kap. 337.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, għandu
jingħata ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti
speċifikati fl-Iskeda fuq l-esportazzjoni ta’ ħajt ippjegat u minsuġ
maħdum f’dawn il-Gżejjer minn filament tan-nylon kontinwu
importat u żejt ta’ proċessar importat u mkebbeb fuq irkiekel tal-
karta importati.
(2) Sabiex jiġi kalkolat il-ħlas lura skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1), għandu jittieħed kont ta’ dak il-ħela skond ma
jiġi muri għas-sodisfazzjon tal-Kontrullur tad-Dwana li kien l-
anqas ħela li ma setax jiġi evitat u li jkun ġej mill-ħdim tal-ħajt
ippjegat u minsuġ:
Iżda dak il-ħela għardu jiġi miżmum u mneħħi mill-
fabbrikant skond dawk il-kondizzjonijiet li l-Kontrullur tad-Dwana
jista’ jistabbilixxi.
Tiżmim ta’ 
notamenti.
3. (1) Il-KontrulIur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant
tal-ħajt ippjegat u minsuġ biex iżomm dawk in-notamenti li jista’
jqis meħtieġa biex juru l-kwantitajiet ta’ l-oġġetti speċifikati fl-
Iskeda importati jew irtirati mid-depożt u wżati fil-manifattura u
tkebbib tal-ħajt ippiegat u minsuġ.
(2) Dawk in-notamenti għandhom jinżammu disponibbli għal
spezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-fond tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana.
4. (1) Ħajt ippjegat u minsuġ li jkun ser jiġi esportat għandu
jiġi spezzjonat minn uffiċjal tad-Dwana fil-fond tal-fabbrikant, jew
f’dak il-post l-ieħor skond ma jista’ jkun stabbilit mill-Kontrullur
tad-Dwana, għas-spejjeż tal-fabbrikant u wara dik l-ispezzjon
għandu jiġi ippakkjat u siġillat fil-preżenza ta’ dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) l-fabbrikant għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha bi ħsiebu jesporta l-ħajt ippjegat u minsuġ
u dak l-avviż għandu jkollu partikolaritajiet dwar il-post fejn u l-
ħinijiet li fihom tista’ ssir dik l-ispezzjon.
2 L.S.337.12 ħ ĦLAS LURA FUQ ĦAJT IPPJEGAT U MINSUĠ ESPORTAT
SKEDA
Artikolu 2
Filament tan-nylon kontinwu, żejt ta’ proċessar u rkiekel tal-
karta.
