ĦLAS LURA FUQ XARPI ESPORTATI ġ L.S.337.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.13
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ XARPI 
ESPORTATI
16 ta’ Frar, 1962
L-AVVIŻ LEGALI 16 ta’ l-1962.
Titolu.
Xarpi Esportati.
Ħlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
xarpi.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan l-Ordni, għandu
jingħata ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq drapp ma
l-esportazzjoni ta’ xarpi manifatturati minnu f’dawn il-Gżejjer.
Għoti ta’ kampjuni 
u dokumenti lill-
Kontrullur tad-
Dwana.
3. Kampjuni u dokumenti bi prova tat-tip, valur u pajjiż ta’
oriġni tad-drapp li jkun ser jiġi wżat fl-egħmil ta’ xarpi għall-
esportazzjoni għandhom jiġu mogħtija lill-Kontrullur tad-Dwana
fil-ħin ta’ l-importazzjoni jew irtir mid-depożt ta’ dak id-drapp.
Tiżmim ta’ 
notamenti.
4. (1) Il-Kontrullur tad-Dwara jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant
tax-xarpi biex iżomm dawk in-notamenti li jista’ jqis meħtieġa biex
juru l-kwantità  ta’ drapp importat jew irtirat mid-depożt għall-
manifattura tax-xarpi.
(2) Dawk in-notamenti għandhom jinżammu disponibbli għal
spezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-fond tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana.
5. (1) Xarpi li jkunu ser jiġu esportati għandhom jiġu
spezzjonati minn uffiċjali tad-Dwana fil-fond tal-fabbrikant, jew
f’dak il-post l-ieħor li l-Kontrullur tad-Dwana jista’ jistabbilixxi,
għas-spejjeż tal-fabbrikant u wara dik l-ispezzjon għandhom jiġu
ippakkjati u siġillati fil-preżenza ta’ dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-fabbrikant għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha bi ħsiebu jesporta x-xarpi u dak l-avviż
għandu jkollu partikolaritajiet dwar il-post fejn u l-ħinijiet li fihom
tista’ ssir dik l-ispezzjon.
