ĦLAS LURA FUQ QOMOS ESPORTATI ġ L.S.337.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.14
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ QOMOS 
ESPORTATI
16 ta’ Lulju, 1963
L-AVVIŻ LEGALI 18 ta’ l-1963.
Titolu.
Qomos Esportati.
Ħlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
qomos.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, għandu jingħata
ħlas lura ta’ dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq il-materjal
imsemmi fl-Ewwel Kolonna ta’ l-Iskeda fuq l-esportazzjoni jew
imbarkar bħala provvisti ta’ qomos fabbrikati f’dawn il-Gżejjer,
bir-rati speċifikati dwar dak il-materjal fit-Tieni u fit-Tielet
Kolonna ta’ dik l-Iskeda.
Għoti ta’ kampjuni 
u dokumenti lill-
Kontrullur tad-
Dwana.
3. Kampjuni u dokumenti bħala prova tat-tip, valur u pajjiż
ta’ oriġini tad-drapp li jkun ser jintuża fil-produzzjoni ta’ qomos
għall-esportazzioni jew imbarkar bħala provvisti għandhom jiġu
mogħtija lill-Kontrullur tad-Dwana waqt l-importazzjoni jew meta
jiġi rtirat mid-depożt dak id-drapp.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar ta’ 
qomos li jkollhom 
dritt għal ħlas lura.
4. (1) Qomos li jkunu ser jiġu esportati jew imbarkati bħala
provvisti għandhom jiġu spezzjonati minn uffiċjali tad-Dwana fil-
post tal-fabbrikant u għas-spejież tiegħu u wara din l-ispezzjon jiġu
ippakkjati quddiem dawk l-uffiċjali u siġillati minnhom.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġ skond is-
subregolament (1) il-fabbrikant għandu jagħti lill-Kontrullur tad-
Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet ijiem dwar id-
data meta huwa fi ħsiebu jesporta l-qomos jew jimbarkhom bħala
provvisti u dan l-avviż għandu jkollu l-partikolaritajiet tal-post fejn
u l-ħin li fih tista’ ssir dik l-ispezzjon.
2 L.S.337.14 ħ ĦLAS LURA FUQ QOMOS ESPORTATI
SKEDA 
Artikolu 2
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna It-Tielet Kolonna
Materjal importat
Rata ta’ ħlas lura għal 
kull qmis bil-kmiem 
twal
Rata ta’ ħlas lura għal 
kull qmis bil-kmiem 
qsar
Drapp 36 pulzier
wisa’ ............................
Qomos ta’ rġiel:
Dazju attwalment
imħallas fuq 21/2 jardi
tul tal-materjal importat
Qomos tat-tfal: Dazju
attwalment imħallas fuq
2 jardi tul tal-materjal
importat
Qomos ta’ rġiel:
Dazju attwalment
imħallas fuq 21/4 jardi
tul tal-materjal
importat
Drapp: 31 sa 32
pulzier wisa’ ................
Qomos ta’ rġiel:
Dazju attwalment
imħallas fuq 3 jardi tul
tal-materjal importat
Qomos ta’ rġiel:
Dazju attwalment
imħallas fuq 21/2 jardi
tul tal-materjal
importat
Drapp: 28 sa 30
pulzier wisa’ ................
Qomos ta’ rġiel:
Dazju attwalment
imħallas fuq 31/4 jardi
tul tal-materjal importat
Qomos ta’ rġiel:
Dazju attwalment
imħallas fuq 23/4 jardi
tul tal-materjal
importat
