ĦLAS LURA TA’ DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI FUQ 
XIRI MINN JEW F’ISEMIL-PRESIDENT TA’ MALTA ġ L.S.337.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.15
REGOLAMENTI DWAR ĦLAS LURA TA’ DAZJI 
TA’ IMPORTAZZJONI FUQ XIRI MINN JEW F’ISEM
IL-PRESIDENT TA’ MALTA
23 ta’ Lulju, 1963
L-AVVIŻ LEGALI 20 ta’ l-1963.
Titolu.
Ħlas Lura ta’ Dazji ta’ Importazzjoni fuq Xiri minn jew f’isem il-
President ta’ Malta.
Ħlas lura fuq 
oġġetti mixtrija 
minn jew f’isem il-
President.
Kap. 337.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni u tar-regolament 3 ta’ dawn ir-regolamenti,
għandu jingħata ħlas lura ta’ dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq
oġġetti mixtrija fis-suq lokali minn jew f’isem il-President għall-
bżonnijiet tiegħu personali u uffiċjali.
(2) Għall-fini ta’ dan ir-regolament, "bżonnijiet personali u
uffiċjali" għandha tinkludi xiri ta’ ikel u xorb u ħwejjeġ ta’ l-
uniformi għall-persunal personali tal-President fir-residenza tiegħu.
Prova ta’ xiri ta’ 
oġġetti minn jew 
f’isem il-President.
3. (1) Talbiet għall-għoti ta’ dan il-ħlas lura għandhom ikunu
korroborati b’ċertifikat maħruġ mill-President jew minn uffiċjal
awtorizzat minnu għal hekk li juri li l-oġġetti li dwarhom qed
jintalab ħlas lura ġew mixtrija skond ir-regolament 2.
(2) Għall-finijiet ta’ l-għoti ta’ ħlas lura skond dawn ir-
regolamenti, ċertifikat maħruġ skond is-subregolament (1) ilun
prova biżżejjed tal-fatt dikjarat fih kemm-il darba ma jiġix pruvat
il-kuntrarju.
