ĦLAS LURA FUQ SOLAR WATER HEATERS ESPORTATI ġ L.S.337.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.16
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ SOLAR WATER 
HEATERS ESPORTATI
16 ta’ Awissu, 1963
L-AVVIŻ LEGALI 25 ta’ l-1963.
Titolu.
Water Heaters Esportati.
Ħlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
solar water heaters 
u absorber units ta’ 
solar water 
heaters.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, ħlas lura ta’
dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti murija fl-Iskeda
għandu jingħata fuq l-esportazzjoni ta’ solar water heaters jew
absorber units għal dawn il-heaters.
Tiżmim ta’ records 
mill-fabbrikant.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant
tas-solar water heaters u ta’ absorber units għal dawn il-heaters li
jżomm dawk ir-records li huwa jista’ jidhirlu meħtieġa biex juru l-
kwantità  ta’ l-oġġetti importati jew irtirati mid-depożt u inkorporati
f’solar water heaters jew f’absorber units għal dawn il-heaters.
(2) Dawn ir-records għandhom jinżammu disponibbli għal
spezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar ta’ solar 
water heaters jew 
absorber units.
4. (1) Solar water heaters jew absorber units għal dawn il-
heaters li jkunu ser jiġu esportati għandhom jiġu spezzjonati minn
uffiċjali tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant jew f’dawk il-postijiet l-
oħra li jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kontrullur tad-Dwana u għas-
spejież tal-fabbrikant u wara dik l-ispezzjon is-solar water heaters
jew absorber units għandhom jiġu ppakkjati u ssiġillati quddiem
dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-subregolament (1) il-fabbrikant għandu jagħti
lill-Kontrullur tad- Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn
tliet ijiem dwar id-data meta huwa fi ħsiebu jesporta s-solar water
heaters jew l-absorber units u dan l-avviż għandu jkollu l-
partikolaritajiet dwar il-post fejn u l-ħin li fih tista’ ssir dik l-
ispezzjon.
SKEDA 
Artikolu 2
Strixxi ta’ copper tube, kanni tal-heater, stop ends, żebgħa
taż-zinc chromate primer, thinners, żebgħa bajda tal-ħġieġ, u
żebgħa sewda solari.
