EŻENZJONI MID-DAZJU TA’ CROWN CORKS 
IMPORTATIGĦAL XORB ALKOHOLIKU ġ L.S.337.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.17
REGOLAMENTI DWAR L-EŻENZJONI MID-DAZJU 
TA’ CROWN CORKS IMPORTATI
GĦAL XORB ALKOHOLIKU
15 ta’ Diċembru, 1964
L-AVVIŻ LEGALI 58 ta’ l-1964, kif emendat bl-Avviż Legali 18 ta’ l-
1973.
Titolu.
Eżenzjoni minn Dazju ta’ Crown Corks importati għal Xorb
Alkoholiku.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 18 ta’ l-1973;
A.L. 73 ta’ l-1981.
2. F’dawn ir-regolamenti -
"importatur awtorizzat" tfisser produttur, blender jew bottiljatur
bl-ingrossa ta’ xorb alkoholiku li jkun gie mogħti ċertifikat
imsemmi fir-regolament 3 sabiex jikseb ħelsien minn tinda ta’
transit jew minn maħżen ta’ depożt tad-Dwana mingħajr ħlas tad-
dazju ta’ importazzjoni ta’ żewġ liri u sittax-il-ċenteżmu kull
grossa li għandu jitħallas skond it-Tariffa tad-Dwana;
"Kontrullur" tfisser il-Kontrullur tad-Dwana u tinkludi kull
persuna awtorizzata li tagixxi għall-Kontrullur fit-tmexxija ta’
dawn ir-regolamenti;
"crown corks" tfisser crown corks importati;
Kap. 337.
"Tariffa tad-Dwana" tfisser it-Tariffa tad-Dwana maħruġa b’liġi
bħala l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni;
"importat" tinkludi irtirat minn depożt.
Ħelsien suġġett 
għal ċertifikat.
Emendat:
A.L. 18 ta’ l-1973;
A.L. 73 ta’ l-1981.
3. Ħadd ma jista’ jikseb ħelsien ta’ xi crown corks li jkunu
crown corks li fuqhom id-dazju ta’ importazzjoni ta’ żewġ liri u
sittax-il ċenteżmu kull grossa li għandu jitħallas skond it-Tariffa
tad-Dwana ma jkunx għadu tħallas mingħajr ma qabel jikseb
mingħand il-Kontrullur ċertifikat fil-forma preskritta mill-
Kontrullur għal hekk, bollat kif imiss u ffirmat mill-Kontrullur jew
minn uffiċjal tad-Dipartiment tad-Dwana awtorizzat espressament
minnu għal hekk.
Ċertifikati.
naħa tax-xellug u għandhom ikunu numerati wara xulxin.
(2) Għandhom ikunu stampati fi tliet sezzjonijiet u jkunu
illegati f’kotba li kull wieħed ikollu mitt ċertifikat.
(3) L-ewwel sezzjoni ta’ dak iċ-ċertifikat għandha tiġi
miżmuma mill-Kontrullur, it-tieni sezzjoni għandha tiġi miżmuma
mill-importatur awtorizzat u t-tielet sezzjoni għandha tiġi mogħtija
mill-importatur awtorizzat lill-uffiċjal tad-Dwana li jirrilaxxa l-
crown corks.
2 L.S.337.17 ħ
EŻENZJONI MID-DAZJU TA’ CROWN CORKS 
IMPORTATIGĦAL XORB ALKOHOLIKU
Kondizzjonijiet 
għall-ħruġ ta’ 
ċertifikati.
5. Il-persuna li titlob il-ħruġ ta’ ċertifikat imsemmi fir-
regolament 3 għandha tissodisfa lill-Kontrullur li hija produttur,
blender jew bottiljatur ta’ xorb alkoholiku.
Għandhom jiġu 
mogħtija kampjuni 
mill-applikant.
6. (1) Il-persuna li titlob il-ħruġ ta’ ċertifikat imsemmi fir-
regolament 3 għandha tagħti għall-approvazzjoni tal-Kontrullur
kampjuni tal-crown corks li tagħhom tixtieq tikseb ħelsien minn
tinda ta’ transit jew maħżen ta’ depożt tad-Dwana mingħajr ħlas
tad-dazju ta’ importazzjoni ta’ żewġ liri u sittax-il ċenteżmu kull
grossa li għandu jitħallas skond it-Tariffa tad-Dwana u dawk il-
kampjuni għandhom jinżammu mill-Kontrullur.
(2) L-importatur awtorizzat ikollu dritt li jikseb ħelsien bis-
saħħa ta’ ċertifikat ta’ dawk il-crown corks li jkunu identiċi fl-
aspetti kollha, magħduda d-disinn u kulur għall-kampjuni approvati
mill-Kontrullur għall-fini ta’ dak iċ-ċertifikat.
Validità  ta 
ċertifikati.
Sostitwit:
A.L. 73 ta’ l-1981.
7. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għal perijodu ta’
xahar mid-data tal-ħruġ.
Garanziji.
Emendat:
A.L. 73 ta’ l-1981.
Kap. 37.
8. (1) Meta l-kwantità  ta’ crown corks meħlusa lil importatur
awtorizzat tkun iżjed mill-ħtiġiet stmati tiegħu għal tliet xhur il-
crown corks għandhom mal-ħelsien jittieħdu taħt is-sorveljanza ta’
uffiċjal tad-Dwana mit-tinda jew maħżen ta’ depożt tad-Dwana
għal dak il-maħżen ta’ depożt jew post ta’ kustodja li jiġi provdut
mill-importatur awtorizzat kif jista’ jkun approvat skond l-artikolu
27 ta’ l-Ordinanza tad-Dwana.
(2) Kull crown corks meħuda f’dak il-maħżen ta’ depożt jew
post ta’ kustodja kif jingħad qabel għandhom jinżammu taħt il-
kontroll tad-Dwana sakemm jiġu maħruġa għall-użu f’dawk il-
kwantitajiet li l-Kontrullur jista’ jippermetti.
Għandhom 
jinżammu kotba 
mill-importatur 
awtorizzat.
9. (1) L-importatur awtorizzat għandu jżomm fil-fabbrika
tiegħu ktieb li fih għandhom jiġu reġistrati l-ittra tas-serje u n-
numru taċ-ċertifikati u l-kwantità  tal-crown corks meħlusa kontra
kull ċertifikat mad-dati tal-ħelsien tagħhom.
(2) L-importatur awtorizzat għandu jżomm ukoll fil-fabbrika
tiegħu ktieb jew kotba li juru -
(a) il-kwantitajiet ta’ crown corks meħuda għall-użu fil-
fabbrika;
(b) il-kwantitajiet ta’ xorb alkoholiku prodott u siġillat
b’dawk il-crown corks;
(ċ) il-kwantitajiet ta’ kull xorta ta’ xorb alkoholiku
prodott u dettalji dwar il-persuni li lilhom ikun ingħata
matul kull xahar tal-kalendarju u l-kwantitajiet
mibjugħa lil kull persuna.
(3) Meta l-importatur awtorizzat ikollu maħżen ta’ depożt,
għandu jżomm, b’żieda għall-ktieb jew kotba msemmija hawn fuq,
ktieb li juri l-kwantitajiet ta’ crown corks imqegħdin f’dak il-
maħżen f’kull data speċifika u l-kwantitajiet li jittieħdu wara għall-
uzu fil-fabbrika.
EŻENZJONI MID-DAZJU TA’ CROWN CORKS 
IMPORTATIGĦAL XORB ALKOHOLIKU ġ L.S.337.17 3
Responsabbiltà  
għal ħlas ta’ dazju 
fuq diskrepanzi.
Emendat:
A.L. 18 ta’ l-1973;
A.L. 73 ta’ l-1981.
10. Jekk f’xi żmien wara eżami jirriżulta illi l-kwantitajiet ta’
crown corks misjuba fil-maħżen ta’ depożt jew fil-fabbrika ta’ l-
importatur awtorizzat ikunu anqas mill-kwantitajiet li skond
tiżmim xieraq u kif imiss tal-kotba imisshom realment jeżistu f’xi
wieħed mill-imsemmija postijiet, allura f’kull każ l-importatur
awtorizzat ikollu minnufih iħallas lill-Kontrullur għal kull nuqqas
li jirriżulta d-dazju ta’ importazzjoni kalkolat bir-rata ta’ żewġ liri
u sittax-il ċenteżmu kull grossa ta’ crown corks, b’żieda għal kull
penali li jista’ jeħel skond dawn ir-regolamenti jew skond xi liġi
oħra:
Iżda meta xi nuqqas jiġi żgurat fil-crown corks meħuda
għall-użu fil-fabbrika ta’ importatur awtorizzat għandu jsir
allowance b’rata ta’ mhux iżjed minn nofs wieħed fil-mija tal-
produzzjoni bottiljata totali ta’ xahar għal crown corks moħlija
inevitabilment matul il-proċess ta’ bottiljar.
Piena għan-nuqqas 
ta’ tħaris tar-
regolament 9.
11. Kull min jonqos milli jħares il-ħtiġiet tar-regolament 9
ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’ għoxrin lira
(lm20) għal kull reat.
Pieni għall-użu 
illegali ta’ crown 
corks.
Emendat:
A.L. 18 ta’ l-1973;
A.L. 73 ta’ l-1981.
Kap. 382.
12. Jekk xi importatur awtorizzat juża crown corks, rilaxxati
ħielsa mill-ħlas tad-dazju ta’ importazzjoni ta’ żewġ liri u sittax-il
ċenteżmu kull grossa li għandu jitħallas skond it-Tariffa tad-
Dwana, għas-siġillar ta’ reċipjenti ta’ xorb mhux alkoholiku kif
imfisser fl-Att dwar Dazju tas-Sisa, jkun ħati ta’ reat u jeħel meta
jinsab ħati multa ta’ ħamsin lira (Lm50) jew tliet darbiet id-dazju
fuq il-crown corks li dwarhom ikun sar ir-reat, liema jkun l-akbar.
Spezzjon minn 
uffiċjal tad-Dwana.
13. L-uffiċjal xieraq tad-Dwana jista’ f’kull ħin raġonevoli
jidħol f’kull fabbrika jew post tan-negozju ta’ kull importatur
awtorizzat għal kull skop li għandu x’jaqsam ma’ dawn ir-
regolamenti.
Spezzjonijiet 
jingħataw bla ħlas.
14. Għall-fini ta’ kull viżita jew spezzjon mitluba jew
meħtieġa skond dawn ir-regolamenti is-servizzi ta’ l-uffiċjali tad-
Dwana jingħataw bla ħlas salv l-approvazzjoni tal-Kontrullur.
