ĦLAS LURA FUQ TABAKK ESPORTAT IMQATTA’ GĦALL-BRIM ġ L.S.337.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.18
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ TABAKK 
ESPORTAT IMQATTA’ GĦALL-BRIM
6 ta’ Lulju, 1965
L-AVVIŻ LEGALI 34 ta’ l-1965.
Titolu.
Tabakk Esportat imqatta’ għall-brim.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
tabakk imqatta' 
għall-brim.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan l-Ordni, ħlas lura tad-
dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti msemmija fl-Ewwel
Kolonna ta' l-Iskeda għandu jingħata fuq l-esportazzjoni jew
imbarkar bħala provvisti ta’ tabakk imqatta’ għall-brim fabbrikat
f’dawn il-Gżejjer, bir-rati speċifikati relattivament għal dawk l-
oġġetti fit-Tieni Kolonna ta’ l-imsemmija Skeda.
Records li 
jinżammu mill-
fabbrikant.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant ta’
tabakk imqatta’ għall-brim li jzomm dawk ir-records li jistgħu
jidhrulu meħtieġa biex juru l-kwantitajiet u l-oriġini tat-tabakk u
tal-partiti l-oħra importati jew irtirati mid-depożt u wżati għall-
fabbrikazzjoni u għall-ippakkjar tat-tabakk imqatta’ għall-brim.
(2) Dawn ir-records għandhom jinżammu disponibbli għal
spezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Għoti ta’ zkuk u 
fdal ta’ tabakk; 
ħlas lura fuq 
pouches u borożl 
polythene.
4. Il-ħlas lura li jingħata skond dan l-ordni għandu jithallas -
(a) relattivament għal tabakk suġġett għall-għoti lill-
Kontrullur tad-Dwana ta’ kwantità  ta’ zkuk u fdal ta’
tabakk ugwali fil-piż għal mhux anqas minn ħamsa fil-
mija tat-tabakk fil-kwantità  ta’ tabakk imqatta’ għall-
brim li dwaru jkun mitlub il-ħlas lura;
(b) relattivament għal pouches u boroż tal-polythene, fuq
in-numru reali ta’ pouches u boroż użati fl-ippakkjar
ta’ tabakk imqatta’ għall-brim li jidħol fl-iskop ta’ dan
l-Ordni u li jkun realment esportat.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar tat-
tabakk imqatta’ 
għall-brim.
5. (1) Tabakk imqatta’ għall-brim li jkun ser jiġi esportat jew
imbarkat bħala provvisti għandu jiġi spezzjonat minn uffiċjali tad-
Dwana fil-post tal-fabbrikant jew f’dak il-post l-ieħor li jista’ jkun
stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana, għas-spejjeż tal-fabbrikant u
wara dik l-ispezzjon għandu jiġi ppakkjat u ssiġillat quddiem dawk
l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-subregolament (1) il-fabbrikant għandu jagħti
lill-Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn
tliet ijiem dwar id-data li fiha fi ħsiebu jesporta t-tabakk imqatta’
għall-brim jew jimbarkah bħala provvisti u dak l-avviż għandu
jkollu partikolaritajiet dwar il-post li fih u l-ħinijiet li matulhom
dik l-ispezzjon tista’ ssir.
2 L.S.337.18 ħ ĦLAS LURA FUQ TABAKK ESPORTAT IMQATTA’ GĦALL-BRIM
SKEDA
Regolament 2
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Oġġetti Rata ta’ Ħlas lura
Tabakk Lira u sittin ċenteżmu kull
kilogramm ta’ tabakk kontenut
f’tabakk imqatta’ għall-brim fabbrikat
minn weraq tat-tabakk suġġett għal
dazju skond it-Tariffa Ġenerali.
Lira and sitta u ħamsin ċenteżmu
kull kilogramm ta’ tabakk kontenut
f’tabakk imqatta’ għall-brim fabbrikat
minn weraq tat-tabakk suġġett għal
dazju skond it-Tariffa Preferenzjali.
Pouches tal-polythene
u boroż tal-polythene
Id-dazju mħallas ma’ l-
importazzjoni.
