ĦLAS LURA FUQ MOTOR CARS IMMUNTATI 
LOKALMENT PROVDUTI LIL MEMBRI TAL-FORZI 
BRITTANNIĊI JEW CIVILIAN COMPONENT ġ L.S.337.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.19
REGOLAMENTI DWAR ĦLAS LURA FUQ MOTOR 
CARS IMMUNTATI LOKALMENT PROVDUTI LIL 
MEMBRI TAL-FORZI BRITTANNIĊI
JEW CIVILIAN COMPONENT
6 ta’ Lulju, 1965
L-AVVIŻ LEGALI 35 ta’ l-1965.
Titolu.
Ħlas lura fuq Motor Cars Immuntati Lokalment provduti lil
Membri tal-Forzi Britanniċi jew Civilian Component.
Ħlas lura fuq motor 
cars immuntati 
lokalment provduti 
lil membri tal-forzi 
Britanniċi jew 
civilian 
component.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u tar-regolamenti 3 u 4 ta’ dawn ir-regolamenti,
għandu jingħata ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq il-
partijiet, materjal u aċċessorji żmuntati għal kollox u inkorporati
f’motor car immuntata lokalment meta dik il-motor car tkun
provduta direttament lil membru tal-forzi Britanniċi jew civilian
component, fiż-żmien ta’ l-ewwel wasla tiegħu biex jagħmel
servizz f’Malta jew fiż-żmien ta’ l-ewwel wasla ta’ xi dipendenti
biex igħixu miegħu, għall-uzu bħala motor car tiegħu privata matul
il-perijodu ta’ dak is-servizz:
Iżda l-għoti ta’ l-imsemmi ħlas lura jkun suġġett għall-fatt
li l-membru tal-forzi Britanniċi jew civilian component li l-għoti
jkun ser jingħata favur tiegħu ma jkunx ġa importa f’dawn il-
Gżejjer motor car privata ħielsa minn dazji ta’ importazzjoni u iżda
wkoll illi l-imsemmi ħlas lura għandu jingħata għal motor car
privata waħda biss għal kull membru bħal dak.
Tneħħija ta’ motor 
car bil-permess tal-
Kontrullur tad-
Dwana.
3. Motor car li dwarha jkun ingħata ħlas lura skond ir-
regolament li jaħbat l-aħħar qabel dan ma għandhiex tinbiegħ jew
xort’oħra titneħħa f’Malta ħlief bil-permess minn qabel bil-miktub
tal-Kontrullur tad-Dwana u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu
xieraq li jimponi.
Prova dwar 
provvista ta’ motor 
car li tikkwalifika 
għal ħlas lura.
4. Talba għall-għoti ta’ ħlas lura skond dawn ir-regolamenti
għandha tkun korroborata b’dikjarazzjoni b’dawk il-kliem kif il-
Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ, magħmula u ffirmata mill-
persuna li lilha l-motor car li dwarha jkun intalab ħlas lura tkun
giet provduta.
Tisir.
component" u "dipendenti" għandu jkollhom l-istess tifsir kif huwa
rispettivament mogħti lilhom fit-Taqsima I ta’ l-Anness ta’ l-
Agreement on Mutual Defence and Assistance magħmul bejn il-
Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittannja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq u l-
Gvern ta’ Malta fil-21 ta’ Settembru, 1964.
