ĦLAS LURA GĦAL GASS
TAL-PITROLJU FI STAT LIKWIDU ESPORTAT ġ L.S.337.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.20
ORDNI DWAR ĦLAS LURA GĦAL GASS
TAL-PITROLJU FI STAT LIKWIDU ESPORTAT
17 ta’ Settembru, 1965
L-AVVIŻ LEGALI 44 ta’ l-1965.
Titolu.
tal-Pitrolju fi Stat Likwidu Esportat.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
gass tal-pitrolju fi 
stat likwidu.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Ordni, għandu jingħata
ħlas lura tad-dazju ta’ importazzjoni mħallas fuq gass tal-pitrolju fi
stat likwidu importat in massa meta dan il-gass jigi esportat jew
imbarkat bħala provvisti minn dawn il-Gżejjer f’ċilindri.
Kontroll tad-
Dwana.
3. (1) Il-gass tal-pitrolju fi stat likwidu f’ċilindri li jkun sejjer
jiġi esportat jew imbarkat bħala provvisti għandu jintiżen minn
uffiċjali tad-Dwana, f’dak il-post kif jiġi stabbilit mill-Kontrullur
tad-Dwana, għas-spejjeż ta’ l-esportatur u wara dan l-użin iċ-
ċilindri tal-gass għandhom jiġu ssiġillati quddiem dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-użin meħtieġ skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1) l-esportatur għandu jagħti lill-Kontrullur tad-
Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet ijiem tad-data li
fiha bi ħsiebu jesporta l-gass bottiljat jew jimbarkah bħala provvisti
u dak l-avviż għandu jkollu l-partikolaritajiet tal-post li fih u l-
ħinijiet li matulhom jista’ jsir dak l-użin.
