ĦLAS LURA FUQ ZALZETT PRODOTT 
LOKALMENT PROVDUT LILL-FORZI BRITTANNIĊI ġ L.S.337.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.21
REGOLAMENTI DWAR ĦLAS LURA FUQ 
ZALZETT PRODOTT LOKALMENT PROVDUT 
LILL-FORZI BRITTANNIĊI
22 ta’ Ottubru, 1965
L-AVVIŻ LEGALI 57 ta’ l-1965.
Titolu.
Ħlas lura fuq Zalzett Prodott Lokalment Provdut lill-Forzi
Britanniċi.
Ħlas lura fuq 
zalzett prodott 
lokalment provdut 
lill-Forzi 
Britanniċi.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u tar-regolamenti 3, 4 u 5 ta’ dawn ir-regolamenti,
għandu jingħata ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-
oġġetti msemmija fl-Ewwel Kolonna ta’ l-Iskeda fuq provvista lill-
Forzi Britanniċi ta’ zalzett prodott f’dawn il-Gżejjer bir-rati
speċifikati dwar dawk l-oġġetti fit-Tieni Kolonna ta’ l-Iskeda.
Ċertifikat mill-
Forzi Brittanniċi.
3. (1) Talba għall-għoti ta’ ħlas lura għandha tiġi korroborata
b’ċertifikat maħruġ mill-awtorità  kompetenti f’isem il-Forzi
Britanniċi li juri li z-zalzett li dwaru huwa mitlub il-ħlas lura kien
gie provdut għall-konsum unikament minnhom; dan iċ-ċertifikat
għandu wkoll jagħti l-piżijiet separati taz-zalzett taċ-ċanga u taz-
zalzett tal-porku li jkunu gew provduti.
(2) Għall-finijiet ta’ l-għoti ta’ ħlas lura skond dawn ir-
regolamenti ċertifikat maħruġ skond is-subregolament (1) ikun
prova biżżejjed tal-fatti murija fih jekk ma jiġix pruvat il-kuntrarju.
Tiżmim ta’ 
records.
4. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jordna lill-produttur taz-
zalzett li jzomm dawk ir-records li jidhirlu meħtieġa biex juru l-
kwantitajiet ta’ ċanga u rusks importati jew irtirati mid-depożt u
wżati fil-produzzjoni taz-zalzett li dwaru jkun qed jintalab il-ħlas
lura.
(2) Dawn ir-records għandhom ikunu disponibbli għall-
ispezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-lokal tal-produttur.
Kontroll tad-
Dwana.
5. (1) Iz-zalzett li jkun ser jiġi provdut lill-Forzi Britanniċi
għandu jintiżen u jiġi spezzjonat minn uffiċjali tad-Dwana fil-lokal
tal-produttur, jew f’dak il-post l-ieħor li jista’ jiġi stabbilit mill-
Kontrullur tad-Dwana, għas-spejjeż tal-produttur u wara dik l-
ispezzjon għandu jiġi ppakkjat u ssiġillat quddiem dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-sdubregolament (1) il-produttur għandu jagħti
lill-Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn
tliet ijiem tad-data meta huwa fi ħsiebu jipprovdi z-zalzett lill-Forzi
Britanniċi u dak l-avviż għandu jkun fih il-partikolaritajiet tal-post
u l-ħin li fih tista’ ssir dik l-ispezzjon.
Tifsira ta’ Forzi 
Brittanniċi.
6. F’dawn ir-regolamenti l-kliem "Forzi Britanniċi" għandu
jkollhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom fit-Taqsima I ta’ l-Anness
ta’ l-Agreement on Mutual Defence and Assistance magħmul bejn
2 L.S.337.21 ħ
ĦLAS LURA FUQ ZALZETT PRODOTT 
LOKALMENT PROVDUT LILL-FORZI BRITTANNIĊI
il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq u
l-Gvern ta' Malta fil-21 ta’ Settembru, 1964.
SKEDA
Regolament 2
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Oġġetti Rata ta’ Ħlas lura
Ċanga importata Id-dazju mħallas fuq sitta u sittin
libbra ta’ ċanga għal kull mitt libbra
zalzett.
Rusks Id-dazju mħallas fuq erbatax-il
libbra ta’ rusks għal kull mitt libbra ta’
zalzett taċ-ċanga jew zalzett tal-porku.
