IMPORTAZZJONI TA’ OĠĠETTI ĦIELSA MID-DAZJI ġ L.S.337.22 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.22
ORDNI DWAR IMPORTAZZJONI TA’ OĠĠETTI 
ĦIELSA MID-DAZJI
6 ta’ Lulju, 1965
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 412 ta’ l-1965.
Titolu.
ta’Oġġetti Ħielsa mid-Dazji.
Importazzjoni ta’ 
oġġetti ħielsa mid-
dazji.
2. L-oġġetti  li jidhru fl-Iskeda għandhom jiġu importati
f’Malta ħielsa mid-dazji kollha tad-Dwana soggetti għall-
kondizzjoni illi huma jintuzaw biss fil-limiti ta’ l-Ajruport
Internazzjonali ta’ Malta jew ta’ xi ajruport ieħor f’dawn il-Gżejjer
li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu awtorizzati għal użu minn
ajruplani ċivili minflok l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
SKEDA
Artikolu 2
1. Tiswija u materjal ta’ manutenzjoni għal airframes, makni
u strumenti.
2. Kits speċjalizzati għat-tiswija ta’ ajruplani.
3. (a) Starter batteries u carts.
(b) Power units ta’ l-art ghal skopijiet ta’ startjar.
4. Platforms u taraġ ta’ manutenzjoni.
5. Taghmir ta’ testjar għal ajruplani, makni ta’ l-ajruplani u
strumenti ta’ l-ajruplani.
6. Heaters u coolers għal ajruplan u makni ta’ l-ajruplani.
7. Tagħmir tar-radjo għal fuq l-art.
8. Tagħmir għat-tmexxija ta’ passiġġieri.
9. Taraġ għat-tagħbija ta’ passiġġieri.
10. Apparati speċjalizzati biex jintiznu passiġġieri.
11. Tagħmir speċjalizzat ta’ catering.
12. Tagħmir biex tigi manipulata t-tagħbija.
13. Vetturi speċjalizzati għal ċaqliq jew tagħbija ta’ piżijiet ta’
bagalji, tagħmir jew provvisti minbarra vetturi bil-mutur
għat-toroq ordinarji ta’ kull għamla u petrol bowsers.
14. Apparati speċjalizzati biex titgħabba tagħbija.
15. Apparati speċjalizzati biex tintiżen tagħbija.
16. Tagħmir speċjalizzat biex jiġu irmunkati ajruplani.
2 L.S.337.22 ħ IMPORTAZZJONI TA’ OĠĠETTI ĦIELSA MID-DAZJI
17. Containers ta’ ajruplani, pallets u tagħmir assocċat.
18. Materjal għal istruzzjoni u apparati għal taħriġ għal użu
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ taħriġ tekniku ta’ persunal
fuq l-art u li jittajru inklużi flight-simulators, link-trainers,
mock-ups, cut-away engines u partijiet u charts li juru l-
funzjoni ta’ sistemi teknici diversi.
19. Partijiet komponeti għal inkorporazzjoni f’tagħmir fuq l-
art inklużi l-oġġetti msemmijin hawn fuq.
20. Ajruplan, għodda, spare parts u tagħmir meħtieg fit-
tfittxija, salvataġġ, tiswija ta’ investigazzjoni jew
salvataġġ ta’ ajruplani bi ħsara.
