ĦLAS LURA FUQ IMTIERAĦ 
BIL-MOLOL MINN ĠEWWA ESPORTATI ġ L.S.337.23 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.23
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ IMTIERAĦ BIL-
MOLOL MINN ĠEWWA ESPORTATI
26 ta’ Marzu, 1968
L-AVVIŻ LEGALI 27 ta’ l-1968.
Titolu.
Imtieraħ bil-Molol minn ġewwa Esportati.
Ħlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
imtieraħ bil-molol 
minn ġewwa.
Kap. 337.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, għandu
jingħata ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq il-
materjali u fuq l-oġġetti wżati għall-manifattura ta’ mtieraħ bil-
molol minn ġewwa fuq l-esportazzjoni ta’ mtieraħ bil-molol minn
ġewwa manifatturati f’dawn il-Gżejjer u li jinkorporaw dawk il-
materjali u oġġetti.
(2) Sabiex jigi kalkolat il-ħlas lura skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1), għandu jittieħed kont tal-ħela skond ma jiġi
muri għas-sodisfazzjon tal-Kontrullur tad-Dwana li kien l-anqas
ħela li ma setgħax jiġi evitat u li jkun ġej mill-manifattura ta’ l-
imtieraħ bil-molol minn ġewwa:
Iżda dak il-ħela għandu jiġi miżmum u mneħħi mill-
fabbrikant skond il-kondizzjonijiet li l-Kontrullur tad-Dwana jista’
jistabbilixxi.
Tiżmim ta’ 
notamenti.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant ta’
l-imtieraħ bil-molol minn ġewwa biex iżomm dawk in-notamenti li
jista’ jqis meħtieġa biex juru l-kwantità  tal-materjali u ta’ l-oġġetti
importati jew irtirati mid-depożt u wżati fil-manifattura ta’ l-
imtieraħ bil-molol minn ġewwa.
(2) Dawk in-notamenti għandhom jinżammu disponibbli għal
spezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana.
4. (1) L-imtieraħ bil-molol minn ġewwa li jkunu ser jiġu
esportati għandhom ikunu spezzjonati minn uffiċjali tad-Dwana fil-
post tal-fabbrikant, jew f’dak il-post l-ieħor skond ma jista’ jkun
stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana, għas-spejjeż tal-fabbrikant u
wara dik l-ispezzjon għandhom jiġu ppakkjati u siġillati fil-
preżenza ta’ dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-fabbrikant għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha bi ħsiebu jesporta l-imtieraħ bil-molol
minn ġewwa u dak l-avviż għandu jkollu partikolaritajiet dwar il-
post fejn u l-ħinijiet li fihom tista’ ssir dik l-ispezzjon.
