ĦLAS LURA FUQ VETTURI BIL-MUTUR 
IMMUNTATI LOKALMENT PROVDUTI 
LIL MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI ġ L.S.337.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.24
REGOLAMENTI DWAR ĦLAS LURA
FUQ VETTURI BIL-MUTUR IMMUNTATI 
LOKALMENT PROVDUTI LIL MEMBRI TA’ 
MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI
21 ta’ Mejju, 1968
L-AVVIŻ LEGALI 43 ta’ l-1968.
Titolu.
Ħlas lura fuq Vetturi bil-mutur immuntati lokalment provduti lil
Membri ta’ Missjonijiet Diplomatiċi.
Ħlas lura fuq 
karozzi immuntati 
lokalment provduti 
lil membri ta’ 
missjonijiet 
diplomatiċi.
Kap. 337.
Kap. 191.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u tar-regolament 3 għandu jingħata ħlas lura tad-
dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq il-partijiet, materjal u aċċessorji
żmuntati għal kollox u inkorporati f’karozza immuntata lokalment
meta dawk il-karozzi jkunu provduti direttament lil xi persuna tali
li skond, jew b’ordni magħmul bis-saħħa ta’, id-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar l-Immunitajiet u Privileġġi Diplomatiċi, tkun
intitolata li timporta vettura bil-mutur ħielsa minn dazju ta’
importazzjoni.
Prova dwar il-
provvista ta’ 
vettura bil-mutur 
lil persuna 
intitolata.
3. Talba għall-għoti ta’ dak il-ħlas lura għandha tkun
appoġġata minn -
(a) ċertifikat maħruġ mill-persuna li tkun ġiet provduta
lilha vettura bil-mutur immuntata lokalment li juri li l-
vettura bil-mutur li dwarha ikun qed jintalab il-ħlas
lura tkun ġiet provduta lilha; u
Kap. 191.
(b) ċertifikat maħruġ mill-Ministeru tal-Commonwealth u
Affarijiet Barranin li juri li l-persuna li lilha tkun ġiet
provduta vettura bil-mutur immuntata lokalment, li
relattivament għaliha jkun qed jintalab ħlas lura, tkun
persuna intitolata li timporta vettura bil-mutur ħielsa
minn dazja minħabba d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi.
Ħlas ta’ ammont 
permess bħala ħlas 
lura f’każ ta’ 
tneħħija ta’ vettura 
bil-mutur.
4. Jekk vettura bil-mutur li relattivament għaliha jkun ingħata
ħlas lura tad-dazju skond dawn ir-regolamenti tiġi
sussegwentement imneħħija f’Malta mill-persuna li tkun ġiet lilha
provduta, l-ammont imħallas bħala ħlas lura għandu jiġi mħallas
mill-ġdid mill-persuna li lila l-vettura tkun ġiet imneħħija.
