ĦLAS LURA FUQ MOTOR CARS ESPORTATI ġ L.S.337.25 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.25
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ MOTOR CARS 
ESPORTATI
20 ta’ Settembru, 1968
L-AVVIŻ LEGALI 78 ta’ l-1968.
Titolu.
Cars Esportati.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
motor cars.
Kap. 337.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni, u ta’ dan l-Ordni, għandu jingħata ħlas lura tad-
dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq kull motor car ġdida, importata
ġa immuntata jew f’kodizzjoni żmuntata għal kollox u immuntata
lokalment ma’ l-esportazzjoni ta’ dik il-motor car.
(2) Biex ikun jista’ jingħata l-ħlas lura l-motor car għandha
tinbiegħ lokalment mill-importatur lil persuna li ma tirrisjedix
normalrent f’Malta u għandha tiġi esportata minn dik il-persuna
jew mal-partenza tagħha jew fi żmien tnax-il xahar mid-data meta
l-motor car tkun liċenzjata biex tiġi misjuqa fit-triq, liema jkun l-
aktar kmieni, jew fil-każ ta’ persuna li tirrisjedi temporanjament
f’Malta u li jkollha permesss li taħdem, mhux aktar tard minn
ħmistax-il-ġurnata wara d-data li jagħlaq dak il-permess.
Tiżmim ta’ 
notamenti.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieg lill-importatur
tal-motor car esportata bi ħlas lura tad-dazju li jżomm dawk in-
notamenti li jidhrulu meħtieġa biex juru x’dazju tħallas fuq dik il-
car fiż-żmien ta’ l-importazzjoni.
(2) Dawk in-notamenti għandhom jinżammu disponibbli għall-
ispezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-lokal ta’ l-importatur.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
esportazzjoni ta’ 
motor cars.
4. Kull motor car li dwarha għandu jintalab ħlas lura ta’ dazju
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Ordni għandha tinġieb għall-
eżami ta’ uffiċjali tad-Dwana fil-ħin ta’ l-esportazzjoni.
