ĦLAS LURA FUQ MOTOR CARS IMMUNTATI 
LOKALMENT PROVDUTI LIL ESPERTI BARRANIN ġ L.S.337.26 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.26
REGOLAMENTI DWAR ĦLAS LURA
FUQ MOTOR CARS IMMUNTATI LOKALMENT 
PROVDUTI LIL ESPERTI BARRANIN
4 ta’ Frar, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 10 ta’ l-1969.
Titolu.
Ħlas lura fuq Motor Cars immuntati lokalment provduti lil Esperti
Barranin.
Tifsir.
(a) kull espert barrnni li jkollu kuntratt mal-Gvern ta’
Malta biex jagħmel xogħol fil-Gżejjer ta’ Malta għal
dak il-perijodu kif ikun stipulat fil-kuntratt; u
(b) kull espert barrani li ikollu kuntrutt ma’ ditta privata
f’Malta biex jagħmel xogħol fil-Gżejjer ta’ Malta għal
dak il-perijodu li jkun jista’ jaħdem f’Malta skond
permess awtorizzat.
Ħlas lura fuq motor 
cars immuntati 
lokalment provduti 
lil esperti barranin.
Kap. 337.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni u tar-regolamenti 4, 5 u 6, ħlas lura fuq dazji ta’
importazzjoni mħallsa fuq partijiet żmuntati għal kollox, materjal u
aċċessorji inkorporati f’motor car immuntata lokalment ikun
permess meta dik il-motor car tkun provduta direttament lil espert
barrani ma’ l-ewwel wasla tiegħu biex jaħdem f’Malta għall-użu
bħala l-motor car tiegħu matul il-perijodu tal-kuntratt tiegħu mal-
Gvern ta’ Malta jew skond il-permess awtorizzat biex jaħdem
f’Malta, skond il-każ:
Iżda ma jingħata ebda ħlas lura skond dan is-
subregolament lil espert barrani li jkun ġa importa f’dawn il-
Gżejjer motor car privata ħielsa minn dazji ta’ importazzjoni.
(2) Ħlas lura skond is-subregolament (1) jingħata dwar motor
car privata waħda biss għal kull espert barrani.
Prova dwar 
provdiment ta’ 
motor car lil 
persuna intitolata.
4. Talba għall-pagament ta’ ħlas lura skond dawn ir-
regolamenti għandu jkollha magħha -
(a) dikjarazzjoni ffirmata mill-persuna li lilha tkun ġiet
provduta motor car immuntata lokalment li tgħid li l-
motor car li dwarha jkun qed jintalab ħlas lura tkun
ġiet provduta lil dik il-persuna; u
(b) kull prova dokumentarja oħra li l-Kontrullur tad-
Dwana jeħtieġ biex jistabbilixxi li l-persuna tkun ġiet
provduta motor car immuntata lokalment, u li dwarha
jkun ded jintalab ħlas lura tkun persuna kif imfissra
fir-regolament 2.
Sigurtà  għall-
ammont mogħti 
bħala ħlas lura.
5. (1) Espert barrani b’kuntratt mal-Gvern ta’ Malta li lilu
tkun ġiet provduta motor car immuntata lokalment li dwarha jkun
2 L.S.337.26 ħ
ĦLAS LURA FUQ MOTOR CARS IMMUNTATI 
LOKALMENT PROVDUTI LIL ESPERTI BARRANIN
mitlub ħlas lura skond dawn ir-regolamenti għandu jagħti
dikjarazzjoni bil-miktub lill-Kontrullur tad-Dwana li ma
jiddisponix mill-car f’Malta u li jesportaha mill-ġdid meta jispiċċa
x-xogħol tiegħu f’Malta u li jekk jonqos, jirrifondi l-ammont
mogħti bħala ħlas lura dwar il-car.
(2) Espert barrani b’kuntratt ma’ ditta privata li lilu tkun ġiet
provduta motor car immuntata lokalment li dwarha jkun mitlub
ħlas lura skond dawn ir-regolamenti għandu jiddepożita għand il-
Kontrullur tad-Dwana ittra ta’ garanzija minn Bank f’Malta bħala
sigurtà  għall-ammonti mogħtija bħala ħlas lura fuq il-car fil-każ li
din tiġi disponuta f’Malta b’xi mod ikun li jkun jew fil-każ li l-car
ma tiġix esportata minn Malta meta jispiċċa s-servizz ta’ sidha
f’Malta.
Ħlas ta’ ammont 
mogħti bħala ħlas 
lura fil-każ ta’ 
disponiment tal-
motor car.
6. Jekk motor car li dwarha jkun sar ħlas lura skond dawn ir-
regolamenti tkun sussegwentiment disponuta f’Malta mill-persuna
li lilha tkun ġiet provduta jew ma tigix esportata minn Malta meta
jispiċċa s-servizz ta’ dik il-persuna f’Malta, dik il-persuna għandha
tħallas lill-Kontrullur tad-Dwana l-ammont mogħti bħala ħlas lura.
