ĦLAS LURA FUQ MOBBLI TAL-METALL ESPORTATI ġ L.S.337.27 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.27
ORDNI DWAR ĦLAS LURA 
FUQ MOBBLI TAL-METALL ESPORTATI
27 ta’ Ġunju, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 67 ta’ l-1969.
Titolu.
Mobbli tal-Metall Esportati.
Ħlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
mobbli tal-metall.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni, u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, għandu jingħata
ħlas lura ta’ dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq il-partiti speċifikati
fl-Iskeda fuq l-esportazzjoni ta’ mobbli tal-metall fabbrikati f’dawn
il-Gżejjer minn dawk il-partiti.
Tiżmim ta’ 
notamenti mill-
fabbrikant.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant
tal-mobbli tal-metall li jżomm dawk in-notamenti li huwa jista’
jidhirlu meħtieġa biex juru l-kwantità  tal-partiti importati jew
irtirati mid-depożt u inkorporati fil-mobbli tal-metall.
(2) Dawn in-notamenti għandhom jinżammu disponibbli għal
spezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar ta’ 
mobbli tal-metall.
4. (1) Mobbli tal-metall li jkunu ser jiġu esportati għandhom
jiġu spezzjonati minn uffiċjali tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant
jew f’dawk il-postijiet l-oħra li jistgħu jiġu stabbiliti mill-
Kontrullur tad-Dwana għas-spejjeż tal-fabbrikant u wara dik l-
ispezzjon għandhom jiġu ppakkjati u ssiġillati quddiem dawk l-
ufficjali.
(2) Għall-fini ta’ l-ispezzjon meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-fabbrikant għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha huwa fi ħsiebu jesporta l-mobbli tal-
metall u dan l-avviż għandu jkollu l-partikolaritajiet dwar il-post
fejn u l-ħin li fih tista’ ssir dik l-ispezzjon.
SKEDA
Artikolu 2
Blackboard
Gwarniċi għall-biljetti
Roti għas-saqajn ta’ l-għiamara
Sedili u dahar tal-plywood għas-siġġijiet
Pumi għal kxaxen
Mankijiet għal kxaxen
Slides għal kxaxen
2 L.S.337.27 ħ ĦLAS LURA FUQ MOBBLI TAL-METALL ESPORTATI
Strixxi għax-xfar ta’ l-għamara
Etch primer
Wire li jiġġebbed
Manilji
Folji tal-linoleum u plastika
Serraturi u attrezzi għat-tiskir
Pjanċi għall-isem
Plywood
Rivets
Rollers
Kuxxinetti tal-lastiku
Viti (bir-ras tonda u self-tapping)
Sostenji għal xkafef
Spray activator
Molol
Mejjilli ta’ l-azzar li ma jsaddadx
Kanen ta’ l-azzar
Stoppers (ferrules)
Stoving enamel
Suspension drawer slides
Saqajn imfasslin bil-ponta
Viti u mixers ta’ l-ilma
Thinners
Sedili tapezzati
